Għobadija 1:1-21

 Il-viżjoni t’Għobadija: Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova dwar Edom:+ “Smajna aħbar mingħand Ġeħova, u ntbagħat xi ħadd fost il-​ġnus, ‘Qumu; ejjew inqumu kontrih fil-​battalja.’”+  “Ara! Żgħir għamiltek fost il-​ġnus.+ Int mistmerr ħafna.+  Il-prużunzjoni taʼ qalbek qarrqet bik,+ int li qed tgħammar fix-​xquq tal-​blat,+ fl-​għoli fejn tgħammar, u li qed tgħid f’qalbek, ‘Min se jniżżilni fl-​art?’  Jekk togħla ’l fuq bħall-​ajkla, jew jekk tqiegħed il-​bejta tiegħek fost il-​kwiekeb, minn hemmhekk inniżżlek,”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.  “Jekk jidħlulek il-​ħallelin, jekk jidħlu bil-​lejl dawk li jridu jisirquk, sa liema punt se jsikktuk?+ Mhux kemm iridu jisirqu? Jew jekk jidħlulek dawk li jaqtgħu l-​għeneb, ma jħallux xi tilqit?+  O kemm ġew imfittxin dawk t’Għesaw!+ Kemm sar tiftix għat-​teżori moħbijin tiegħu!  Sal-fruntiera bagħtuk. L-​irġiel kollha li qegħdin f’patt miegħek qarrqu+ bik. L-​irġiel li qegħdin fis-​sliem miegħek għelbuk.+ Dawk li qed jieklu l-​ikel miegħek jonsbulek xibka taħtek bħal wieħed li m’għandux dixxerniment.+  Mhux hekk se jkun dakinhar?” hija l-​kelma taʼ Ġeħova. “U jien żgur li neqred l-​għorrief minn Edom,+ u d-​dixxerniment mir-​reġjun muntanjuż t’Għesaw.  U s-​setgħanin tiegħek jitwerwru,+ O Teman,+ għax kull wieħed se jinqered+ minn fuq ir-​reġjun muntanjuż t’Għesaw, għaliex jinqatel.+ 10  Minħabba l-​vjolenza li saret lil ħuk Ġakobb,+ tkun miksi bl-​għajb,+ u jkollok tinqered għal żmien indefinit.*+ 11  Dakinhar meta int qgħadt fil-​ġenb, dakinhar meta l-​istranġieri ħadu fil-​jasar+ il-​qawwa militari tiegħu u meta l-​barranin daħlu minn biebu+ u tefgħu x-​xorti għal Ġerusalemm,+ int ukoll kont bħal wieħed minnhom. 12  “U m’għandekx titgħaxxaq b’dak li tara f’jum ħuk,+ f’jum l-​għawġ tiegħu; u m’għandekx tithenna b’ulied Ġuda dakinhar li jgħibu;+ u m’għandekx iċċarrat ħalqek f’jum in-​niket tagħhom. 13  M’għandekx tidħol minn bieb il-​poplu tiegħi f’jum id-​diżastru tiegħu.+ Int, iva, int, m’għandekx tħares lejn il-​gwaj tiegħu f’jum id-​diżastru tiegħu; u m’għandekx tmidd idek fuq ġidu f’jum id-​diżastru tiegħu.+ 14  U m’għandekx tieqaf f’salib it-​toroq, sabiex teqred il-​maħrubin tiegħu;+ u m’għandekx terħihom f’idejn l-​għedewwa tagħhom lil dawk li huma tiegħu u li jibqgħu ħajjin f’jum in-​niket.+ 15  Għax jum Ġeħova kontra l-​ġnus kollha huwa qrib.+ Kif għamilt, jagħmlulek.+ Il-​mod kif ittrattajt int se jiġi lura fuq rasek stess.+ 16  Għax kif intom xrobtu fuq il-​muntanja qaddisa tiegħi, hekk il-​ġnus kollha se jibqgħu jixorbu l-​ħin kollu.+ U jixorbu u jlegilgu u jsiru bħallikieku qatt m’eżistew. 17  “U dawk li qed jaħarbu se jkunu fuq il-​Muntanja Sijon,+ u din issir xi ħaġa qaddisa;+ u dar Ġakobb tieħu f’idejha l-​affarijiet biex ikunu l-​proprjetà tagħha.+ 18  U dar Ġakobb issir nar,+ u dar Ġużeppi fjamma, u dar Għesaw bħal tiben;*+ u jridu jagħtuhom in-​nar u jibilgħuhom. U ma jkun hemm ħadd li jibqaʼ ħaj f’dar Għesaw;+ għax Ġeħova nnifsu tkellem. 19  U jieħdu f’idejhom in-​Negeb, saħansitra r-​reġjun muntanjuż t’Għesaw,+ u s-​Sefela, art il-​Filistin.+ U jieħdu f’idejhom it-​territorju t’Efrajm+ u t-​territorju tas-​Samarija;+ u Benjamin jieħu f’idejh Gilegħad.+ 20  U dak li l-​Kangħanin+ kellhom f’idejhom sa Sarefat+ ikun taʼ l-​eżiljati taʼ din il-​fortifikazzjoni,*+ taʼ wlied Israel. U l-​eżiljati taʼ Ġerusalemm, li kienu f’Sefarad, jieħdu f’idejhom il-​bliet tan-​Negeb.+ 21  “U l-​meħlusin+ jitilgħu fuq il-​Muntanja Sijon,+ sabiex jiġġudikaw ir-​reġjun muntanjuż t’Għesaw;+ u s-​saltna ssir taʼ Ġeħova.”+

Noti taʼ taħt

Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.
Letteralment, “qasbija.” Ara Eżo 5:12, in-​nota taʼ taħt.
Bl-Ebrajk, “ir-​rampa.”