Għamos 9:1-15

9  Jien rajt lil Ġeħova ’l fuq mill-​artal,+ u hu qal: “Olqot ras il-​kolonna, sabiex l-​għetiebi jitriegħdu. U qaċċtilhom rashom, ilkoll kemm huma.+ U dawk li jifdal mill-​poplu noqtolhom bis-​sejf. Ebda wieħed minnhom ma se jirnexxilu jaħrab, u ħadd minn dawk li qed jaħarbu ma se jeħlisha.+  Jekk iħaffru fil-​Qabar,* minn hemmhekk idi stess se tiħodhom;+ u jekk jitilgħu sas-​smewwiet, minn hemmhekk se nniżżilhom.+  Jekk jinħbew fuq il-​quċċata tal-​Karmel, se nfittex bir-​reqqa u niħodhom minn hemmhekk.+ U jekk jinsatru minn quddiem għajnejja f’qiegħ il-​baħar,+ hemm isfel nikkmanda lis-​serp, u jigdimhom.  Jekk imorru fil-​jasar quddiem l-​għedewwa tagħhom, minn hemmhekk se nikkmanda lis-​sejf, u dan irid joqtolhom;+ u se nitfaʼ għajnejja fuqhom għad-​deni u mhux għall-​ġid.+  U l-​Mulej Sovran, Ġeħova taʼ l-​armati, hu Dak li qed imiss l-​art, sabiex iddub;+ u l-​abitanti kollha tagħha se jkollhom jitnikktu;+ u se togħla bħan-​Nil, kollha kemm hi, u tbatti bħan-​Nil taʼ l-​Eġittu.+  “‘Hu li qed jibni t-​taraġ tiegħu fis-​smewwiet,+ u l-​bini tiegħu ’l fuq mill-​art li sejjes;+ hu li qed isejjaħ l-​ilmijiet tal-​baħar+ biex iferragħhom fuq wiċċ l-​art+—Ġeħova jismu.’+  “‘M’intomx għalija bħal ulied il-​Kusin, O wlied Israel?’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. ‘Ma tellajtx jien lil Israel mill-​art taʼ l-​Eġittu,+ u lill-​Filistin+ minn Kreta, u lis-​Sirja minn Kir?’+  “‘Ara! Għajnejn il-​Mulej Sovran Ġeħova huma fuq is-​saltna midinba,+ u hu se jeqridha minn fuq wiċċ l-​art.+ Madankollu, m’iniex se neqred għalkollox id-​dar taʼ Ġakobb,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.  ‘Għax, ara! Jien qed nikkmanda, u se nheżżeż id-​dar taʼ Israel fost il-​ġnus kollha,+ bħal meta wieħed jheżżeż l-​għarbiel, sabiex lanqas ċagħqa waħda ma taqaʼ fl-​art. 10  Bis-sejf imutu—il-​midinbin kollha tal-​poplu tiegħi,+ dawk li qed jgħidu: “Il-​gwaj ma jersaqx u ma jasalx sa ħdejna.”’+ 11  “‘F’dak il-​jum se nqajjem+ l-​għarix+ taʼ David li ġġarraf,+ u se nsewwi t-​tiċrit tagħhom. U ntellaʼ r-​rovini tiegħu, u nibnih bħal fil-​jiem taʼ żmien twil ilu,+ 12  bl-għan li jieħdu f’idejhom dak li baqaʼ minn Edom,+ u lill-​ġnus kollha li ssejjaħ ismi fuqhom,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, li qed jagħmel dan. 13  “‘Ara! Ġej żmien,’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘meta dak li jaħrat jilħaq lill-​ħassâd,+ u dak li jgħaffeġ l-​għeneb, lil dak li jġorr iż-​żerriegħa;+ u l-​muntanji joqtru bi nbid ħelu,+ u l-​għoljiet kollha jdubu.+ 14  U niġbor lura lill-​imjassrin tal-​poplu tiegħi Israel,+ u huma jibnu l-​bliet abbandunati u joqogħdu fihom,+ u jħawlu għelieqi bid-​dwieli u jixorbu l-​inbid tagħhom, u jagħmlu ġonna u jieklu frotthom.’+ 15  “‘U jien inħawwilhom fuq arthom, u ma jkunux iktar maqlugħin mill-​għeruq mill-​art tagħhom li jien tajthom,’+ qal Ġeħova Alla tiegħek.”

Noti taʼ taħt

Bl-Ebrajk, “Xeol.” Ara Appendiċi 4.