Għamos 8:1-14

8  Dan urieni l-​Mulej Sovran Ġeħova, u, ara, kien hemm qoffa frott tas-​sajf.+  Imbagħad hu qal: “X’qed tara,+ Għamos?” Għalhekk, jien għedt: “Qoffa frott tas-​sajf.”*+ U Ġeħova qalli: “Wasal it-​tmiem* għall-​poplu tiegħi Israel.+ M’iniex se niskużahom iktar.+  ‘U l-​għanjiet tat-​tempju se jkunu tinwiħ f’dak il-​jum,’+ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova. ‘Se jkun hemm ħafna iġsma mejtin.+ F’kull post, se jitwaddbu ’l barra—skiet!’  “Isimgħu dan, intom li qed taħtfu f’ħalqkom lil xi ħadd fqir+ biex teqirdu lill-​ġwejdin taʼ l-​art,+  billi tgħidu, ‘Kemm baqaʼ biex jgħaddi l-​qamar ġdid+ ħalli nbigħu ċ-​ċereali?+ U s-​Sabat*+ ukoll, biex inbigħu l-​qmuħ; sabiex inċekknu l-​efa+ u nkabbru x-​xekel u niffalsifikaw il-​miżien tal-​qerq;+  sabiex nixtru lill-​batuti għal sempliċi fidda u lill-​fqir għall-​prezz taʼ par sandli, u biex inbigħu l-​karfa tal-​qmuħ?’+  “Ġeħova ħalef bis-​Superjorità taʼ Ġakobb,+ ‘Qatt ma se ninsa l-​għemejjel kollha tagħhom.+  Jaqaw mhux minħabba f’dan li l-​art se titheżżeż,+ u kull abitant fiha se jkollu jitnikket;+ u kollha kemm hi se togħla l-​istess bħan-​Nil u titqalleb u tbatti bħan-​Nil taʼ l-​Eġittu?’+  “‘U jrid iseħħ f’dak il-​jum,’ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘li nniżżel ix-​xemx sewwasew f’nofsinhar,+ u ndallam l-​art f’jum imdawwal. 10  Inbiddel il-​festi tagħkom f’vistu+ u l-​għanjiet kollha tagħkom f’għanja taʼ niket, u nġib ilbies taʼ l-​ixkora fuq il-​ġenbejn kollha u l-​irjus kollha qargħin;+ nagħmel is-​sitwazzjoni bħall-​vistu għal iben waħdieni,+ u t-​tmiem tagħha bħal jum taʼ mrar.’ 11  “‘Ara! Ġej żmien,’ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘meta se nibgħat ġuħ fuq l-​art, ġuħ, mhux għall-​ħobż, u għatx, mhux għall-​ilma, imma għas-​smigħ tal-​kliem taʼ Ġeħova.+ 12  U se jiġu jitkaxkru minn baħar sa baħar, u mit-​tramuntana sa tlugħ ix-​xemx. Se jibqgħu jiġru ’l hemm u ’l hawn waqt li jfittxu l-​kelma taʼ Ġeħova, imma ma jsibuhiex.+ 13  F’dak il-​jum ix-​xebbiet sbieħ se jħosshom ħażin, u l-​ġuvintur ukoll, minħabba l-​għatx;+ 14  dawk li qed jaħilfu bil-​ħtija tas-​Samarija,+ u li jgħidu: “Daqskemm hu ħaj l-​alla tiegħek, O Dan!”+ u li jaħilfu bit-​triq taʼ Bir-​xeba.+ Jaqgħu u ma jqumux iktar.’”+

Noti taʼ taħt

“Frott tas-​sajf.” Bl-​Ebrajk, qajits; jindika t-​tmiem tas-​sena agrikola.
“It-​tmiem.” Bl-​Ebrajk, ħaqqets; logħob bil-​kelma Ebrajka qajits, “frott tas-​sajf,” fl-​ewwel parti tal-​vers.
Is-Sabat kien minn inżul ix-​xemx tal-​Ġimgħa sa nżul ix-​xemx tas-​Sibt. Ara Eżo 16:23, in-​nota taʼ taħt.