Għamos 7:1-17

7  Dan urieni l-​Mulej Sovran Ġeħova, u, ara, hu kien qed jibgħat qatgħa ġurati fil-​bidu taż-​żrigħ imwaħħar* li kien wasal.+ U, ara, kien iż-​żrigħ imwaħħar wara l-​ħsad tal-​ħaxix tas-​sultan.  U ġara li meta kienu kielu l-​ħxejjex taʼ l-​art, jien għedt: “O Mulej Sovran Ġeħova, aħfer, jekk jogħġbok.+ Min se jibqaʼ ħaj mill-​poplu taʼ Ġakobb? Għax hu żgħir!”+  Ġeħova ddispjaċieh għal dan.+ “Mhux se jseħħ,” qal Ġeħova.  Dan urieni l-​Mulej Sovran Ġeħova, u, ara, il-​Mulej Sovran Ġeħova ried li ssir tilwima permezz tan-​nar;+ u dan belaʼ l-​ilmijiet fondi u vasti u kiel il-​medda taʼ l-​art.  U jien għedt: “O Mulej Sovran Ġeħova, tkomplix, jekk jogħġbok.+ Min se jibqaʼ ħaj mill-​poplu taʼ Ġakobb? Għax hu żgħir!”+  Ġeħova ddispjaċieh għal dan.+ “Dan ukoll mhux se jseħħ,” qal il-​Mulej Sovran Ġeħova.  Dan urieni, u, ara! Ġeħova kien qiegħed fuq ħajt mibni biċ-​ċomb tal-​bennejja,+ u f’idu kellu ċ-​ċomb tal-​bennejja.  Imbagħad Ġeħova qalli: “X’qed tara, Għamos?” Għalhekk, jien għedt: “Ċomb tal-​bennejja.” U Ġeħova qalli: “Ara, qed inqiegħed iċ-​ċomb tal-​bennejja f’nofs il-​poplu tiegħi Israel.+ M’iniex se niskużah iktar.+  U l-​postijiet għall-​qima* taʼ Iżakk+ se jiġu abbandunati, u s-​santwarji+ taʼ Israel se jiġu mħarbtin;+ u jien se nqum kontra d-​dar taʼ Ġerobogħam* b’sejf.”+ 10  U Amażija l-​qassis taʼ Betel+ bagħat jgħid lil Ġerobogħam+ is-​sultan taʼ Israel: “Għamos ikkonfoffa kontrik proprju fid-​dar taʼ Israel.+ Il-​pajjiż ma jiflaħx għall-​kliem kollu tiegħu.+ 11  Għax dan qal Għamos, ‘Bis-​sejf se jmut Ġerobogħam; u Israel bla dubju se jiġi eżiljat minn artu stess.’”+ 12  U Amażija qal lil Għamos: “O viżjonarju,+ mur, itlaq iġri lejn l-​art taʼ Ġuda, u kul il-​ħobż hemmhekk, u pprofetizza hemmhekk. 13  Imma m’għandekx tipprofetizza iktar+ f’Betel, għax hija s-​santwarju taʼ sultan+ u d-​dar taʼ saltna.” 14  Imbagħad Għamos wieġeb u qal lil Amażija: “Jien la kont profeta u lanqas iben profeta;+ imma kont ragħaj+ u noqros it-​tin tas-​siġar tal-​ġummajż. 15  U Ġeħova ħadni minn wara l-​merħla, u Ġeħova qalli, ‘Mur, ipprofetizza lill-​poplu tiegħi Israel.’+ 16  U issa ismaʼ l-​kelma taʼ Ġeħova, ‘Qiegħed int tgħid: “M’għandekx tipprofetizza kontra Israel,+ u m’għandek tlissen ebda kelma kontra dar Iżakk”?+ 17  Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova: “Martek se ssir prostituta fil-​belt.+ Uliedek subien u bniet bis-​sejf se jaqgħu. Artek se tiġi mqassma bil-​ħabel tal-​kejl. U int fuq art mhix nadifa se tmut;+ inkwantu għal Israel, bla dubju se jiġi eżiljat minn artu stess.”’”+

Noti taʼ taħt

Jiġifieri, matul Jannar u Frar.
Letteralment, “postijiet fl-​għoli.” Ara Le 26:30, in-​nota taʼ taħt.
Jiġifieri, Ġerobogħam II, bin Ġowas (Ġeħogħas). Ara Għm 1:1.