Għamos 4:1-13

4  “Isimgħu din il-​kelma, intom baqar taʼ Basan,+ li qegħdin fuq il-​muntanja tas-​Samarija,+ li qed timbroljaw lill-​batuti,+ li qed tgħakksu lill-​foqra, u li qed tgħidu lis-​sidien tagħkom, ‘Ġibu ħa nixorbu!’  Il-Mulej Sovran Ġeħova ħalef bi qdusitu,+ ‘“Ara! Ġej fuqkom żmien meta hu jtellagħkom bil-​ganċijiet tal-​biċċier u lil dak li jifdal minnkom bis-​snanar.+  U mit-​tiċrit fis-​swar se toħorġu,+ kull waħda mit-​tiċrita taʼ quddiemha; u tintefgħu ’l barra lejn Ħarmon,” hija l-​kelma taʼ Ġeħova.’  “‘Ejjew lejn Betel u iksru l-​liġi.+ Komplu iksru l-​liġi f’Gilgal,+ u ġibu s-​sagrifiċċji tagħkom fil-​għodu, u l-​għexur tagħkom fit-​tielet jum.+  Aħarqu* sagrifiċċju taʼ radd il-​ħajr minn dak li hu mħemmer,+ u pproklamaw offerti volontarji;+ xandru dan, għax hekk jogħġobkom, O wlied Israel,’+ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova.  “‘U jien ukoll, min-​naħa tiegħi, bi snien nodfa+ ħallejtkom fi blietkom kollha u b’nuqqas taʼ ħobż fil-​postijiet kollha tagħkom;+ imma ma ġejtux lura lejja,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.  “‘U wkoll, jien żammejt lura minnkom ix-​xita bil-​qliel meta kien għad baqaʼ tliet xhur għall-​ħsad;+ u bgħatt ix-​xita fuq belt waħda, imma fuq belt oħra ma bgħatthiex. Kien hemm medda art fejn għamlet ix-​xita, imma l-​medda art fejn ma bgħattx xita nixfet.+  U żewġt ibliet jew tlieta ġew jitkaxkru lejn belt waħda sabiex jixorbu l-​ilma,+ u ma xebgħux; imma intom ma ġejtux lura lejja,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.  “‘Jien ilqattkom bit-​taħsir taʼ riħ jaħraq u bil-​moffa.+ Kattartu l-​ġonna tagħkom u l-​għelieqi tad-​dwieli tagħkom, imma s-​siġar tat-​tin tagħkom u s-​siġar taż-​żebbuġ tagħkom se jiblagħhom ix-​xagħat;+ madankollu, ma ġejtux lura lejja,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 10  “‘Bgħatt fostkom pesta bħal dik taʼ l-​Eġittu.+ Qtilt lill-​irġiel żgħażagħ tagħkom bis-​sejf,+ kif ukoll ħadtilkom iż-​żwiemel tagħkom.+ U bqajt intellaʼ fi mnifsejkom l-​intiena tal-​kampijiet tagħkom;+ imma ma ġejtux lura lejja,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 11  “‘Jien qridt lil xi wħud minnkom, bħal meta Alla qered lil Sodoma u Gomorra.+ Sirtu bħal zokk maħtuf minn ġon-​nar;+ imma ma ġejtux lura lejja,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 12  “Għaldaqstant, hekk se nagħmillek, O Israel. Minħabba dak li se nagħmillek, lesti ruħek biex tiltaqaʼ m’Alla tiegħek,+ O Israel. 13  Għax, ara! Dak li sawwar il-​muntanji+ u li ħalaq ir-​riħ,+ u li jgħid lill-​bniedem x’inhuma ħsibijietu,+ li qed idallam+ iż-​żerniq, u li qed jirfes fuq il-​postijiet għoljin taʼ l-​art,+ Ġeħova l-​Alla taʼ l-​armati jismu.”+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “Agħmlu jdaħħan.”