Għamos 2:1-16

2  “Hekk qal Ġeħova, ‘“Minħabba tliet irvellijiet taʼ Mowab,+ minħabba erbgħa, m’iniex se rreġġaʼ dan lura, għax hu ħaraq l-​għadam tas-​sultan t’Edom għall-​ġir.+  Se nibgħat nar f’Mowab, u jiblaʼ t-​torrijiet mgħammrin taʼ Kerjot;+ u Mowab imut f’nofs l-​istorbju, l-​għajat tal-​gwerra, u l-​ħoss taʼ qarn.+  Neqred l-​imħallef minn nofsu, u lill-​prinċpijiet kollha tiegħu noqtolhom miegħu,”+ qal Ġeħova.’  “Hekk qal Ġeħova, ‘Minħabba tliet irvellijiet taʼ Ġuda,+ minħabba erbgħa, m’iniex se rreġġaʼ dan lura, għax huma ċaħdu l-​liġi taʼ Ġeħova,+ u għax ma żammewx ir-​regolamenti tiegħu; imma baqaʼ jiżvijahom il-​gideb+ tagħhom, li warajh imxew missirijiethom.+  Se nibgħat nar f’Ġuda, u jiblaʼ t-​torrijiet mgħammrin taʼ Ġerusalemm.’+  “Hekk qal Ġeħova, ‘Minħabba tliet irvellijiet taʼ Israel,+ minħabba erbgħa, m’iniex se rreġġaʼ dan lura, għax huma jbigħu lill-​ġust għall-​fidda, u lill-​fqir għall-​prezz taʼ par sandli.+  Huma jilhġu u jixxennqu li t-​trab taʼ l-​art ikun fuq ras il-​batuti;+ iwarrbu+ lill-​ġwejdin; raġel u missieru marru għand l-​istess tfajla,+ bl-​iskop li jkasbru l-​isem qaddis tiegħi.+  U jimteddu maġenb kull artal+ fuq ilbiesi maħtufin bħala rahan;+ u fid-​dar taʼ l-​allat tagħhom huma jixorbu l-​inbid+ taʼ dawk li ġew immultati.’  “‘Imma minħabba fihom jien qridt għalkollox lill-​Amurri,+ li l-​għoli tiegħu kien bħall-​għoli taċ-​ċedri u li kien b’saħħtu bħas-​siġar immensi;+ jien qridt għalkollox il-​frott tiegħu minn fuq u għeruqu minn taħt.+ 10  Ħriġtkom mill-​art taʼ l-​Eġittu,+ u mexxejtkom fix-​xagħri għal erbgħin sena,+ sabiex tieħdu f’idejkom l-​art taʼ l-​Amurri.+ 11  U bqajt inqajjem lil xi wħud minn uliedkom bħala profeti+ u lil xi wħud mill-​irġiel żgħażagħ tagħkom bħala Nażiriti.+ Jaqaw dan m’għandux ikun, O wlied Israel?’ hija l-​kelma taʼ Ġeħova. 12  “‘Imma intom bqajtu tagħtu l-​inbid lin-​Nażiriti biex jixorbuh,+ u kkmandajtu lill-​profeti billi għedtulhom: “Tipprofetizzawx.”+ 13  Ara! Qed inġiegħel l-​art taʼ taħtkom titbandal, bħalma jitbandal il-​karru mimli b’dak li nġabar minn ringiela qmuħ li jkunu għadhom kif inqatgħu. 14  Il-ħafif ma jkollux iktar post fejn jaħrab,+ u ebda wieħed b’saħħtu ma jsaħħaħ il-​qawwa tiegħu, u ebda setgħan ma jeħles lil ruħu.+ 15  Ħadd minn dawk li jużaw il-​qaws ma jibqaʼ wieqaf, ebda wieħed b’saqajh ħfief ma jaħrab, u ebda rikkieb taż-​żwiemel ma jeħles lil ruħu.+ 16  U l-​qalbieni fost l-​irġiel setgħanin se jaħrab għarwien f’dak il-​jum,’+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.”

Noti taʼ taħt