Għamos 1:1-15

1  Kliem Għamos, wieħed fost dawk li kienu jrabbu n-​nagħaġ minn Tekogħa,+ li semaʼ f’viżjoni dwar Israel+ fi żmien Użżija+ s-​sultan taʼ Ġuda u fi żmien Ġerobogħam+ bin Ġowas,+ is-​sultan taʼ Israel, sentejn qabel it-​terremot.+  U hu qal: “Ġeħova—minn Sijon se jgħajjat bħal iljun,+ u minn Ġerusalemm se jsemmaʼ leħnu;+ u l-​mergħat tar-​rgħajja jitnikktu, u l-​quċċata tal-​Karmel tinxef.”+  “Hekk qal Ġeħova, ‘“Minħabba tliet irvellijiet taʼ Damasku,+ minħabba erbgħa, m’iniex se rreġġaʼ dan lura, għax huma dirsu lil Gilegħad+ saħansitra b’għodod tad-​dris tal-​ħadid.  U se nibgħat nar+ fuq id-​dar taʼ Ħażagħel,+ u jiblaʼ t-​torrijiet mgħammrin taʼ Ben-ħadad.+  Inkisser l-​istaneg taʼ Damasku+ u neqred lill-​abitant minn Bikat-awen, u lil dak li jżomm ix-​xettru minn Bet-għeden; u n-​nies tas-​Sirja jiġu eżiljati f’Kir,”+ qal Ġeħova.’  “Hekk qal Ġeħova, ‘“Minħabba tliet irvellijiet taʼ Gaża,+ minħabba erbgħa, m’iniex se rreġġaʼ dan lura, għax huma ħadu fl-​eżilju ġemgħa sħiħa t’eżiljati+ biex jagħtuhom f’idejn Edom.+  Se nibgħat nar fuq is-​sur taʼ Gaża,+ u jiblaʼ t-​torrijiet mgħammrin tagħha.  U neqred lill-​abitanti minn Asdod,+ u lil dak li jżomm ix-​xettru minn Askelon;+ u mmidd idi+ fuq Għekron,+ u dawk li jifdal mill-​Filistin jgħibu,”+ qal il-​Mulej Sovran Ġeħova.’  “Hekk qal Ġeħova, ‘Minħabba tliet irvellijiet taʼ Tir,+ minħabba erbgħa, m’iniex se rreġġaʼ dan lura, għax huma taw ġemgħa sħiħa t’eżiljati f’idejn Edom, u għax ma ftakrux fil-​patt taʼ l-​aħwa.+ 10  Se nibgħat nar fuq is-​sur taʼ Tir, u jiblaʼ t-​torrijiet mgħammrin tagħha.’+ 11  “Hekk qal Ġeħova, ‘Minħabba tliet irvellijiet t’Edom,+ minħabba erbgħa, m’iniex se rreġġaʼ dan lura, għax hu ġera wara ħuh stess bis-​sejf,+ u għax aġixxa bla ħniena,+ u r-​rabja tiegħu dejjem tqattaʼ l-​priża tiegħu; u qilltu tħeġġeġ bla waqfien.+ 12  Se nibgħat nar f’Teman,+ u jiblaʼ t-​torrijiet mgħammrin taʼ Bosra.’+ 13  “Hekk qal Ġeħova, ‘“Minħabba tliet irvellijiet taʼ wlied Għammon,+ minħabba erbgħa, m’iniex se rreġġaʼ dan lura,+ għax huma jċarrtu beraħ lin-​nisa tqal taʼ Gilegħad, bl-​iskop li jkabbru t-​territorju tagħhom stess.+ 14  Se nagħti n-​nar lis-​sur taʼ Rabba,+ u jiblaʼ t-​torrijiet mgħammrin tagħha, b’għajta taʼ gwerra f’jum il-​battalja, b’tempesta f’jum ir-​riefnu.+ 15  U s-​sultan tagħhom imur fl-​eżilju, hu u l-​prinċpijiet tiegħu flimkien,”+ qal Ġeħova.’

Noti taʼ taħt