Ekkleżjasti 9:1-18

9  Jien fittixt li nifhem u nieħu bis-​serjetà dan kollu:+ Il-​ġusti u l-​għorrief u l-​għemejjel tagħhom huma f’idejn l-​Alla l-​veru.+ Il-​bnedmin m’humiex konxji taʼ l-​imħabba jew tal-​mibegħda li kien hemm qabilhom.+  Ilkoll jiġrilhom l-​istess.+ Tmiem wieħed+ hemm għall-​ġust+ u l-​ħażin,+ għat-​tajjeb u n-​nadif u dak li mhux nadif, u għal dak li jissagrifika u dak li ma jissagrifikax. It-​tajjeb hu bħall-​midneb;+ min jaħlef bl-​għaġla bħal min jibżaʼ jaħlef.+  F’kulma sar taħt ix-​xemx dan hu li jġib l-​għali: minħabba li hemm tmiem wieħed għal kulħadd,+ qalb ulied il-​bnedmin hi mimlija wkoll bil-​ħażen;+ u f’qalbhom hemm il-​ġenn+ matul ħajjithom, u wara jingħaqdu mal-​mejtin!+  Kulmin jingħadd mal-​ħajjin għandu l-​fiduċja, għax kelb ħaj+ aħjar minn iljun mejjet.+  Għax il-​ħajjin jafu li għad imutu;+ imma l-​mejtin ma jafu assolutament xejn,+ u lanqas jieħdu iktar ħlas, għax tifkirithom intesiet.+  Ukoll, l-​imħabba u l-​mibegħda u l-​għira tagħhom diġà għabu,+ u għal żmien indefinit mhux se jkollhom iktar sehem f’kulma għandu jsir taħt ix-​xemx.+  Mur, kul l-​ikel tiegħek bil-​ferħ u ixrob l-​inbid tiegħek b’qalb hienja,+ għax l-​Alla l-​veru diġà tgħaxxaq bl-​għemejjel tiegħek.+  Ħa jkunu ħwejġek bojod f’kull okkażjoni,+ u ħa ma jonqosx iż-​żejt minn fuq rasek.+  Gawdi l-​ħajja mal-​maħbuba martek+ il-​jiem kollha tal-​ħajja fiergħa tiegħek li Hu tak taħt ix-​xemx, il-​jiem kollha tal-​frugħa tiegħek, għax dak hu sehmek fil-​ħajja+ u fix-​xogħol iebes li qed titħabat fih taħt ix-​xemx. 10  Kulma idek issib x’tagħmel, agħmlu bil-​qawwa tiegħek kollha,+ għax la hemm xogħol, la ppjanar, la għarfien,+ u lanqas għerf+ fil-​Qabar,*+ il-​post fejn int sejjer.+ 11  Erġajt dort biex nara taħt ix-​xemx li l-​ħfief mhux dejjem jirbħu t-​tiġrija,+ u lanqas is-​setgħanin ma jirbħu dejjem il-​battalja;+ l-​għorrief ukoll ma jkollhomx ikel,+ u dawk li għandhom l-​abbiltà li jifhmu wkoll ma jkollhomx rikkezzi,+ u lanqas dawk li għandhom l-​għarfien ma jkollhom l-​approvazzjoni;+ għax iż-​żmien u l-​ġrajjiet mhux mistennijin jiġu fuq kulħadd.+ 12  Għax il-​bniedem+ lanqas il-​waqt tiegħu ma jaf.+ Bħall-​ħut li qed jinqabad f’xibka mill-​agħar,+ u bħall-​għasafar li qed jinqabdu f’nasba,+ hekk ukoll ulied il-​bnedmin qed jinqabdu f’nassa fi żmien taʼ gwaj,+ meta dan jiġi fuqhom għal għarrieda.+ 13  U rajt ukoll dan taħt ix-​xemx dwar għerf li kien taʼ l-​għaġeb f’għajnejja: 14  Kien hemm belt ċkejkna, u l-​irġiel fiha kienu ftit; u telaʼ għaliha sultan kbir, u dawwarha u bena rampa għall-​assedju kontriha.+ 15  U fiha kien hemm raġel, fil-​bżonn imma għaref, u dan ħeles lill-​belt b’għerfu.+ Imma ħadd ma ftakar f’dak ir-​raġel fil-​bżonn.+ 16  U jien għedt: “L-​għerf aħjar mis-​setgħa;+ madankollu, l-​għerf taʼ min hu fil-​bżonn hu mistmerr, u ħadd ma jismaʼ minn kliemu.”+ 17  Kliem l-​għorrief li jingħad bil-​kwiet jinstemaʼ iktar+ mill-​għajta taʼ wieħed li qed jaħkem fost poplu stupidu.+ 18  L-għerf aħjar mill-​għodda tal-​ġlied, u midneb wieħed jistaʼ jeqred ħafna affarijiet tajbin.+

Noti taʼ taħt

Bl-Ebrajk, “Xeol.” Ara Appendiċi 4.