Ekkleżjasti 8:1-17

8  Min hemm bħall-​għaref?+ U min jaf kif jinterpreta xi ħaġa?+ L-​għerf taʼ bniedem idawwallu wiċċu, u l-​ħruxija taʼ wiċċu tinbidel għall-​aħjar.+  Ngħid: “Ħares l-​ordni tas-​sultan,+ u dan agħmlu b’rispett għall-​ħalfa li għamilt quddiem Alla.+  Tgħaġġilx biex titlaq minn quddiemu.+ Tinvolvix ruħek f’xi ħaġa ħażina.+ Għax kulma jogħġbu jagħmel jagħmlu,+  għax il-​kelma tas-​sultan għandha l-​qawwa li tikkontrolla;+ u min jistaʼ jgħidlu: ‘X’int tagħmel?’”  Min qed iħares il-​kmandament ma jġarrab ebda għali,+ u l-​qalb għarfa tagħraf kemm iż-​żmien u kemm il-​ġudizzju.+  Għax hemm żmien u ġudizzju għal kull ħaġa,+ peress li l-​għali tal-​bniedem hu kotran.+  U m’hemm ebda bniedem li jaf x’se jiġri fil-​futur,+ għax min jistaʼ jgħidlu eżatt kif se jkun dan?  M’hemm ebda bniedem li għandu setgħa fuq l-​ispirtu sabiex iżomm l-​ispirtu;+ lanqas m’hemm setgħa fuq jum il-​mewt;+ u lanqas m’hemm ħelsien mill-​gwerra.+ U l-​ħażen mhux se jeħles lil dawk li jingħataw għalih.+  Rajt dan kollu, u kkunsidrajt b’qalbi kollha kull għemil li sar taħt ix-​xemx, matul iż-​żmien li l-​bniedem iddomina lill-​bniedem bi ħsara għalih.+ 10  Imma minkejja dan, rajt lill-​ħżiena jindifnu,+ u rajt ukoll kif kienu jidħlu u joħorġu mill-​post qaddis,+ u ntesew fil-​belt fejn għamlu dan.+ Dan ukoll frugħa. 11  Peress li s-​sentenza kontra l-​għemil ħażin damet ma twettqet,+ qalb ulied il-​bnedmin saret iktar determinata li tagħmel il-​ħażin.+ 12  Għalkemm il-​midneb jistaʼ jagħmel il-​ħażin+ mitt darba u jibqaʼ jagħmel dak li jogħġbu għal żmien twil, jien naf ukoll li dawk li jibżgħu mill-​Alla l-​veru se jaħbtilhom tajjeb,+ talli kellhom il-​biżaʼ tiegħu.+ 13  Imma lill-​ħażin+ żgur mhux se jaħbatlu tajjeb, u lanqas ma se jtawwal jiemu, li huma bħal dell,+ għax hu m’għandux il-​biżaʼ t’Alla.+ 14  Hemm frugħa li qed issir fuq l-​art: hemm il-​ġusti li qed imisshom dak li jistħoqq lill-​ħżiena għal għemilhom,+ u hemm il-​ħżiena li qed imisshom dak li jistħoqq lill-​ġusti għal għemilhom.+ U għedt li dan ukoll frugħa. 15  U faħħart il-​ferħ,+ għaliex il-​bnedmin m’għandhom xejn aħjar taħt ix-​xemx milli jieklu u jixorbu u jifirħu, u dan għandu jibqaʼ magħhom fix-​xogħol iebes tagħhom tul jiem ħajjithom,+ li l-​Alla l-​veru tahom taħt ix-​xemx.+ 16  Fi qbil maʼ dan, jien stinkajt b’qalbi kollha+ biex insir naf l-​għerf u nara l-​attività li għaddejja fuq l-​art,+ għax hemm min mhux qed jara rqad, la bi nhar u lanqas bil-​lejl.+ 17  U rajt l-​għemil kollu taʼ l-​Alla l-​veru,+ kif il-​bnedmin ma jistgħux isibu tarf l-​għemil li sar taħt ix-​xemx;+ jitħabtu kemm jitħabtu l-​bnedmin biex ifittxuh jibqgħu ma jsibuhx.+ U anki jekk jgħidu li għandhom biżżejjed għerf biex ikunu jafu,+ huma ma jistgħux isibu tarf.+

Noti taʼ taħt