Ekkleżjasti 7:1-29

7  Isem tajjeb aħjar minn żejt tajjeb,+ u jum il-​mewt aħjar minn jum it-​twelid.+  Aħjar tmur f’dar fejn hemm in-​niket minħabba mewt milli f’dar fejn hemm festa,+ għax dan hu t-​tmiem tal-​bnedmin kollha; u l-​ħaj għandu jieħu dan bis-​serjetà.  Aħjar id-​dwejjaq mid-​daħq,+ għax minħabba wiċċ serju l-​qalb issir aħjar.+  Qalb l-​għorrief qiegħda f’dar in-​niket,+ imma qalb l-​istupidi qiegħda f’dar il-​ferħ.+  Aħjar tismaʼ ċ-​ċanfira taʼ xi ħadd għaref+ milli tkun wieħed li jismaʼ l-​għanja taʼ l-​istupidi.+  Għax bħall-​ħoss tax-​xewk jaqbad taħt il-​borma, hekk hu d-​daħq taʼ l-​istupidu;+ u dan ukoll frugħa.  Għax il-​moħqrija tistaʼ ġġiegħel lill-​għaref jaġixxi taʼ miġnun,+ u rigal+ jistaʼ jħassar il-​qalb.+  Aħjar it-​tmiem taʼ xi ħaġa milli l-​bidu tagħha.+ Aħjar min hu paċenzjuż milli min għandu spirtu supperv.+  Tgħaġġilx biex tieħu għalik,+ għax l-​istupidi jieħdu għalihom u jżommu f’qalbhom.+ 10  Tgħidx: “Kif inhi li l-​jiem taʼ qabel kienu aħjar minn dawn?”+ għax ma jkunx għaqli+ li tistaqsi dan. 11  L-għerf flimkien maʼ wirt hu tajjeb u vantaġġuż għal dawk li jaraw ix-​xemx.+  12  Għax l-​għerf hu protezzjoni+ bħalma l-​flus huma protezzjoni;+ imma l-​vantaġġ taʼ l-​għarfien hu li l-​għerf iżomm ħaj lil sidu.+ 13  Ħares lejn l-​għemil+ taʼ l-​Alla l-​veru, għax dak li għawweġ hu min jistaʼ jiddrittah?+ 14  F’jum tajjeb uri t-​tjubija,+ u f’jum mimli għali agħraf li l-​Alla l-​veru għamel dan il-​jum bħalma għamel l-​ieħor,+ bil-​ħsieb li l-​bnedmin ma jiskopru xejn minn dak li jsir warajhom.+ 15  Tul il-​jiem fiergħa tiegħi rajt minn kollox.+ Hemm il-​ġust li qed jgħib bil-​ġustizzja tiegħu,+ u hemm il-​wieħed mill-​agħar li qed jgħix fit-​tul bil-​ħażen tiegħu.+ 16  Issirx ġust iżżejjed,+ u turix li int għaref wisq.+ Għala għandek teqred lilek innifsek?+ 17  Tkunx ħażin iżżejjed,+ u tibliehx.+ Għala għandek tmut qabel iż-​żmien?+ 18  Aħjar iżżomm maʼ din it-​twissija, mingħajr ma titlaq l-​oħra;+ għax min jibżaʼ minn Alla jżomm magħhom it-​tnejn.+ 19  L-għerf taʼ l-​għaref jagħmlu iktar b’saħħtu minn għaxart irġiel setgħanin f’belt.+ 20  Għax m’hemm l-​ebda bniedem ġust fuq l-​art li dejjem jagħmel it-​tajjeb u ma jidnibx.+ 21  Barra minn hekk, tiħux wisq bis-​serjetà l-​kliem kollu li jistgħu jgħidu n-​nies,+ li ma tmurx tismaʼ lill-​qaddej tiegħek stess jgħid affarijiet ħżiena dwarek.+ 22  Għax qalbek stess taf tajjeb li int, iva, int, kemm-il darba għedt affarijiet ħżiena dwar ħaddieħor.+ 23  Dan kollu eżaminajtu bl-​għerf. Għedt: “Jien se nsir għaref.” Imma dan kien ’il bogħod minni.+ 24  Kulma sar qiegħed ’il bogħod u fil-​fond wisq. Min jistaʼ jsibu?+ 25  Jien stess dort, u stinkajt b’qalbi kollha,+ biex insir naf u nifli u nfittex l-​għerf+ u r-​raġuni għal kollox,+ u biex inkun naf dwar il-​ħżunija taʼ l-​istupidità u l-​bluha tal-​ġenn;+ 26  u dan hu li sibt: Il-​mara li hi bħal nases u qalbha bħal xbieki u idejha bħal irbit+ hi iktar morra mill-​mewt.+ Wieħed ikun tajjeb quddiem l-​Alla l-​veru jekk jaħrab minnha, imma jkun qed jidneb jekk jinqabad minnha.+ 27  “Ara! Sibt dan,” qal il-​kongregatur,+ “stħarriġt ħaġa wara l-​oħra, biex insib il-​qofol taʼ kollox,+ 28  imma ma sibtux għalkemm fittixtu bla heda. Raġel rett minn elf sibtu,+ imma mara retta fost dawn kollha ma sibthiex.+ 29  Ara! Dan biss sibt, li l-​Alla l-​veru għamel lill-​bnedmin retti,+ imma huma fittxew ħafna pjanijiet oħrajn.”+

Noti taʼ taħt