Ekkleżjasti 6:1-12

6  Rajt gwaj taħt ix-​xemx li hu komuni fost il-​bnedmin:  wieħed jingħata rikkezzi, affarijiet materjali, u glorja mill-​Alla l-​veru,+ u ma jkun jonqsu xejn minn dak kollu li jixtieq.+ Imma mbagħad l-​Alla l-​veru ma jagħtihx is-​setgħa li jiekol minnhom,+ għalkemm ikun jistaʼ jiekol minnhom il-​barrani.+ Dan hu frugħa u marda kerha.  Jekk wieħed isir missier għal mitt darba,+ u jekk jgħix ħafna snin, u b’hekk joktrulu jiem ħajtu,+ iżda ruħu ma tixbax b’affarijiet tajbin+ u lanqas il-​qabar ma jkun jistaʼ jikseb,+ ikolli ngħid li min jitwieled mejjet hu aħjar minnu.+  Għax dan ġie għalxejn u fid-​dlam imur, u bid-​dlam jinkesa ismu.+  Ix-xemx ma rahiex, u lanqas sar jafha.+ Dan għandu l-​mistrieħ, u mhux l-​ieħor.+  Anki li kieku għex elf sena għal darbtejn u xorta ma rax it-​tajjeb,+ mhux kulħadd f’post wieħed sejjer?+  Ix-xogħol iebes kollu li jagħmlu l-​bnedmin hu għal ħalqhom,+ imma x-​xewqat taʼ ruħhom ma jinqatgħux.  Għax x’vantaġġ għandu l-​għaref fuq l-​istupidu?+ X’jieħu min isofri talli jkun jaf kif jimxi mal-​ħajjin?  Aħjar tara b’għajnejk milli tixxennaq b’ruħek.+ Dan ukoll frugħa u ġiri wara r-​riħ.+ 10  Kulma sar jeżisti, ismu diġà ġie dikjarat, u sar magħruf x’inhu l-​bniedem;+ u hu ma jistax jiddefendi l-​kawża tiegħu maʼ xi ħadd iżjed qawwi minnu.+ 11  Ladarba jeżistu tant affarijiet li jġibu ħafna frugħa,+ x’vantaġġ hemm għall-​bniedem? 12  Għax min jaf liema affarijiet tajbin se jgawdi bniedem f’ħajtu+ tul il-​jiem kollha tal-​ħajja fiergħa tiegħu, li dawn jgħaddihom bħal dell?+ Għax min jistaʼ jgħidlu lill-​bniedem x’se jsir warajh taħt ix-​xemx?+

Noti taʼ taħt