Ekkleżjasti 5:1-20

5  Qis il-​passi tiegħek+ kulmeta tmur fid-​dar taʼ l-​Alla l-​veru; u ħa tersaq biex tismaʼ+ minflok ma toffri sagrifiċċju bħalma jagħmlu l-​istupidi,+ għax huma ma jindunawx li qed jagħmlu l-​ħażen.+  Tkunx ħafif biex tiftaħ fommok; u tħallix lil qalbek+ tgħaġġel biex titkellem quddiem l-​Alla l-​veru.+ Għax l-​Alla l-​veru jinsab fis-​smewwiet+ imma int qiegħed fuq l-​art. Għalhekk, kliemek għandu jkun ftit.+  Għax ħafna ħsibijiet iġibu l-​ħolm,+ u ħafna kliem iġib diskors stupidu.+  Kulmeta twiegħed wegħda lil Alla, taħsibhiex darbtejn biex troddha,+ għax ma fihomx għaxqa l-​istupidi.+ Dak li twiegħed, roddu.+  Aħjar ma twiegħed+ xejn milli twiegħed u ma troddx.+  Tħallix lil ġismek jidneb minħabba fommok,+ u lanqas tgħid quddiem l-​anġlu+ li kien żball.+ Għala għandu l-​Alla l-​veru jagħdab minħabba kliemek u jkollu jħassar xogħol idejk?+  Għax minħabba ħafna attività jkun hemm il-​ħolm+ kif ukoll il-​frugħat u kliem bil-​kotra. Imma ibżaʼ mill-​Alla l-​veru.+  Jekk f’xi provinċja tara lil dak taʼ ftit mezzi jinħaqar u l-​ġustizzja u s-​sewwa jitneħħew għalkollox,+ tiskanta xejn b’dan,+ għax wieħed ogħla qed jara lil wieħed għoli,+ u fuq uħud għoljin hemm oħrajn ogħla minnhom.  Barra minn hekk, frott l-​art hu għalihom ilkoll;+ anki sultan jiġi moqdi meta tinħadem l-​għalqa.+ 10  Min iħobb il-​fidda ma jixbax bil-​fidda, u lanqas min iħobb l-​għana ma jixbaʼ bid-​dħul.+ Dan ukoll frugħa.+ 11  Meta l-​affarijiet tajbin joktru, joktru wkoll dawk li jikluhom.+ U x’vantaġġ hemm għal sidhom, ħlief li jarahom b’għajnejh?+ 12  Il-qaddej jiġih ħelu l-​irqad,+ sew jekk jiekol ftit u sew jekk jiekol ħafna; imma l-​abbundanza taʼ l-​għani mhix qed tħallih jorqod. 13  Rajt gwaj serju taħt ix-​xemx: rikkezzi maħżunin minn sidhom bi ħsara kbira għalih.+ 14  U dawn ir-​rikkezzi għabu+ minħabba xi attività li ġġib l-​għali, u meta ma kellu xejn f’idu wiled iben.+ 15  Bħalma ħareġ minn żaqq ommu, hekk wieħed se jerġaʼ jitlaq,+ għarwien bħalma ġie; u xejn ma jistaʼ jieħu miegħu+ għax-​xogħol iebes tiegħu, xejn li jistaʼ jġorr f’idu. 16  U dan ukoll hu gwaj serju: preċiż bħalma ġie, hekk wieħed se jmur; u xi qligħ għandu dak li jibqaʼ jaħdem iebes għar-​riħ?+ 17  U tul jiemu kollha jiekol fid-​dlam, bi dwejjaq kbar,+ bil-​mard u l-​għadab. 18  Ara! L-​isbaħ ħaġa li rajt hi li wieħed għandu jiekol u jixrob u jgawdi affarijiet tajbin għax-​xogħol iebes kollu tiegħu+ li fih jitħabat taħt ix-​xemx il-​jiem kollha taʼ ħajtu li tah l-​Alla l-​veru, għax dak hu sehmu. 19  Iktar minn hekk, kull bniedem li ngħata rikkezzi u affarijiet materjali mill-​Alla l-​veru,+ ngħata wkoll is-​setgħa li jiekol minnhom+ u jieħu sehmu u jifraħ bix-​xogħol iebes tiegħu.+ Din hi l-​għotja t’Alla.+ 20  Hu rari joqgħod jiftakar fil-​problemi* tal-​ħajja qasira tiegħu, għax l-​Alla l-​veru jżommu okkupat bil-​ferħ taʼ qalbu.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “jiem.”