Ekkleżjasti 4:1-16

4  Erġajt dort sabiex nara l-​atti kollha taʼ moħqrija+ li qed isiru taħt ix-​xemx, u rajt id-​dmugħ tal-​maħqurin,+ imma ma kellhomx min ifarraġhom.+ U fuq in-​naħa taʼ dawk li kienu jaħqruhom kien hemm il-​qawwa, u għalhekk ma kellhomx min ifarraġhom.  U fraħt lil dawk li kienu diġà mietu iktar milli lil dawk li kienu għadhom ħajjin.+  U min għadu ma ġiex hu aħjar minnhom it-​tnejn,+ għax għadu ma rax l-​għemejjel li jġibu l-​għali illi qed isiru taħt ix-​xemx.+  U jien rajt kull xogħol iebes u kull kapaċità fix-​xogħol,+ u li dawn jinvolvu l-​pika bejn bniedem u ieħor;+ dan ukoll frugħa u ġiri wara r-​riħ.  L-istupidu jorbot idejh+ u jiekol laħmu stess.+  Aħjar id mimlija bil-​mistrieħ milli tnejn mimlijin bix-​xogħol iebes u l-​ġiri wara r-​riħ.+  U rġajt dort sabiex nara l-​frugħa taħt ix-​xemx.  Hemm wieħed waħdu li m’għandu ’l ħadd miegħu;+ lanqas ulied jew aħwa m’għandu,+ imma ma jiqafx jaħdem iebes. Iżjed minn hekk, għajnejh ma jixbgħux bir-​rikkezzi:+ “U għal min qed nitħabat u niċċaħħad minn affarijiet tajbin?”+ Dan ukoll frugħa u attività li ġġib l-​għali.+  Tnejn aħjar minn wieħed,+ għax jiġu premjati tajjeb għax-​xogħol iebes tagħhom.+ 10  Għax jekk wieħed minnhom jaqaʼ, l-​ieħor jistaʼ jqajjem lil sieħbu.+ Imma wieħed li jkun waħdu, x’jiġrilu jekk jaqaʼ meta ma jkunx hemm min iqajmu?+ 11  Iktar minn hekk, jekk tnejn jimteddu flimkien jissaħħnu; imma wieħed waħdu kif jistaʼ jżomm sħun?+ 12  U wieħed li jkun waħdu jistaʼ jingħeleb minn xi ħadd, imma jekk ikunu tnejn flimkien jistgħu jiqfulu.+ Ħabel bi tlieta ma jinqatax malajr fi tnejn. 13  Aħjar tifel fil-​bżonn imma għaref+ milli sultan xiħ imma stupidu+ u li m’għadux jagħraf il-​bżonn li jiġi mwissi.+ 14  Għax hu ħareġ mill-​ħabs u sar sultan,+ għalkemm fis-​saltna taʼ l-​ieħor kien twieled bħala wieħed taʼ ftit mezzi.+ 15  Rajt lill-​ħajjin kollha li mexjin taħt ix-​xemx u x’jiġri mit-​tifel li jiġi wara u jieħu post is-​sultan.+ 16  Bla tmiem kienu n-​nies kollha li kien jaħkem fuqhom;+ in-​nies li jiġu wara ma jifirħux bih,+ għax dan ukoll frugħa u ġiri wara r-​riħ.+

Noti taʼ taħt