Ekkleżjasti 3:1-22

3  Għal kollox hemm żmien stabbilit;+ iva, kull ħaġa taħt is-​smewwiet għandha waqtha:  żmien għat-​twelid+ u żmien li tmut;+ żmien li tħawwel u żmien li taqlaʼ l-​imħawwel;+  żmien li toqtol+ u żmien li tfejjaq;+ żmien li ġġarraf u żmien li tibni;+  żmien li tibki+ u żmien li tidħaq;+ żmien li tolfoq+ u żmien li taqbeż ’l hemm u ’l hawn;+  żmien li tarmi l-​ġebel+ u żmien li tiġbor il-​ġebel;+ żmien li tħaddan+ u żmien li tiċċaħħad mit-​tħaddin;+  żmien li tfittex+ u żmien li tgħodd b’mitluf; żmien li żżomm u żmien li tarmi;+  żmien li ċċarrat+ u żmien li tħit flimkien;+ żmien li toqgħod kwiet+ u żmien li titkellem;+  żmien li tħobb u żmien li tobgħod;+ żmien għall-​gwerra+ u żmien għall-​paċi.+  X’vantaġġ hemm għall-​ħaddiem fix-​xogħol iebes tiegħu?+ 10  U rajt l-​attività li Alla ta lil ulied il-​bnedmin biex ikunu okkupati biha.+ 11  Kulma għamel għamlu sabiħ u f’waqtu.+ Saħansitra poġġielhom f’qalbhom l-​eternità,*+ sabiex il-​bnedmin qatt ma jsiru jafu mill-​bidu sat-​tmiem l-​għemil li għamel l-​Alla l-​veru.+ 12  Sirt naf li m’hemm xejn aħjar għalihom milli jifirħu u jagħmlu t-​tajjeb matul ħajjithom;+ 13  u wkoll li kull bniedem għandu jiekol u jixrob u jgawdi affarijiet tajbin għax-​xogħol iebes kollu tiegħu.+ Din hi l-​għotja t’Alla.+ 14  Sirt naf li kulma jagħmel l-​Alla l-​veru jibqaʼ għal dejjem.+ M’hemm xejn x’jiżdied miegħu u m’hemm xejn x’jitnaqqas minnu;+ imma l-​Alla l-​veru għamel dan+ sabiex in-​nies jibżgħu minnu.+ 15  Dak li sar, kien sar diġà, u dak li se jsir, diġà sar qabel;+ u l-​Alla l-​veru+ jkompli jfittex il-​ġid taʼ dawk persegwitati.+ 16  U rajt ukoll taħt ix-​xemx li kien hemm il-​ħażen f’post il-​ġustizzja u kien hemm il-​ħażen f’post is-​sewwa.+ 17  U jien għedt f’qalbi:+ “L-​Alla l-​veru se jiġġudika kemm lil min hu sewwa u kemm lil min hu mill-​agħar,+ għax għandu żmien għal kollox u għal kull għemil.”+ 18  Jien, iva, jien, għedt f’qalbi li l-​Alla l-​veru se jgħarbel lil ulied il-​bnedmin sabiex ikunu jistgħu jaraw li huma bħal bhejjem.+ 19  Għax hemm tmiem għal ulied il-​bnedmin u tmiem għall-​bhima, u dawn għandhom l-​istess tmiem.+ Bħalma jmut wieħed, hekk imut l-​ieħor;+ u lkoll għandhom biss spirtu wieħed,+ u għalhekk il-​bniedem m’huwiex superjuri għall-​bhima, għax kollox frugħa. 20  Ilkoll sejrin f’post wieħed.+ Kollha mit-​trab ġew,+ u kollha lejn it-​trab jerġgħu jmorru.+ 21  Min jaf jekk l-​ispirtu taʼ wlied il-​bnedmin hux tielaʼ ’l fuq; u jekk l-​ispirtu tal-​bhima hux nieżel ’l isfel lejn l-​art?+ 22  U jien rajt li m’hemm xejn aħjar milli l-​bniedem jifraħ b’xogħlijietu,+ għax dak hu sehmu; għax min se jġibu lura biex jara x’se jsir warajh?+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “iż-​żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.