Ekkleżjasti 2:1-26

2  Jien, iva, jien, għedt f’qalbi:+ “Issa, ħa nipprova nieħu gost,+ u ngawdi wkoll affarijiet tajbin.”+ U, ara! Dan ukoll kien frugħa.  Lid-daħq għedtlu: “Ġenn!”+ u lill-​ferħ:+ “X’jiswa?”  Fittixt b’qalbi kollha x’inhi l-​bluha billi ferraħt lil ġismi bl-​inbid,+ waqt li ggwidajt lil qalbi bl-​għerf,+ sakemm stajt nara x’kien hemm tajjeb għal ulied il-​bnedmin f’dak li għamlu taħt is-​smewwiet il-​jiem kollha taʼ ħajjithom.+  Dħalt għal xogħlijiet akbar.+ Bnejt ħafna djar+ u ħawwilt ħafna għelieqi bid-​dwieli għalija nnifsi.+  Għamilt ġonna u oqsma għalija,+ u fihom ħawwilt kull xorta taʼ siġar tal-​frott.  Għamilt għadajjar taʼ l-​ilma,+ sabiex insaqqi bihom is-​siġar li kienu qed jikbru fil-​foresta tiegħi.+  Ksibt qaddejja rġiel u nisa,+ u kelli qaddejja li twieldu f’dari.+ Barra minn hekk, kelli wkoll kotra kbira taʼ bhejjem, baqar u mrieħel, iktar minn dawk kollha li ġew qabli f’Ġerusalemm.+  Ġmajt ukoll għalija fidda u deheb,+ u proprjetà li jkollhom biss is-​slaten u l-​provinċji.+ Ksibt għannejja rġiel u nisa+ għalija nnifsi, u ħafna nisa—l-​għaxqa+ taʼ wlied il-​bnedmin.+  U kbirt u żidt dak li kelli iktar minn kulmin kien qabli f’Ġerusalemm.+ Iżjed minn hekk, għerfi baqaʼ għandi.+ 10  U kulma xtaqu għajnejja ma ċħadthulhomx.+ Lil qalbi ma ħallejtha nieqsa mill-​ebda tip taʼ pjaċir, għax qalbi kienet ferħana minħabba x-​xogħol iebes kollu tiegħi,+ u dan kien sehmi għax-​xogħol iebes kollu tiegħi.+ 11  U jien, iva, jien, dort lejn ix-​xogħlijiet kollha li għamlu idejja u lejn ix-​xogħol iebes li kont tħabatt biex inwettaq,+ u, ara, kollox kien frugħa u ġiri wara r-​riħ,+ u ma kien hemm xejn taʼ vantaġġ taħt ix-​xemx.+ 12  U dort biex nara l-​għerf+ u l-​ġenn u l-​bluha;+ għax x’jistaʼ jagħmel il-​bniedem ordinarju li jiġi wara s-​sultan? Dak li diġà għamlu nies oħrajn. 13  U jien rajt li hemm iktar vantaġġ fl-​għerf milli fil-​bluha,+ bħalma hemm iktar vantaġġ fid-​dawl milli fid-​dlam.+ 14  Kulmin hu għaref jara kollox ċar;*+ imma l-​istupidu jimxi fi dlam ċappa.+ U jien stess sirt naf li hemm tmiem wieħed li jiġi fuqhom ilkoll.+ 15  U għedt f’qalbi:+ “L-​istess tmiem li jiġi fuq l-​istupidu+ se jiġi fuqi, iva, fuqi wkoll.”+ Allura jien għala kont sirt għaref iżżejjed+ dak iż-​żmien? U għedt f’qalbi: “Dan ukoll frugħa.” 16  Għax la taʼ l-​għaref u lanqas taʼ l-​istupidu ma se tibqaʼ t-​tifkira.+ Fiż-​żmien li ġej, żgur li kulħadd se jintesa; u kif se jmut l-​għaref? Bħall-​istupidu.+ 17  U bgħadtha l-​ħajja,+ għax mill-​ħarsa tiegħi x-​xogħol li sar taħt ix-​xemx ġab l-​għali,+ għax kollox frugħa u ġiri wara r-​riħ.+ 18  U jien, iva, jien, bgħadt ix-​xogħol iebes kollu li kont qed nitħabat fih taħt ix-​xemx+ u li kont se nħalli għall-​bniedem li jiġi warajja.+ 19  U min jaf jekk dan hux se jkun għaref jew iblah?+ Imma minkejja dan, hu se jieħu taħt idejh ix-​xogħol iebes kollu li jien tħabatt u wrejt l-​għerf fih taħt ix-​xemx.+ Dan ukoll frugħa. 20  U qalbi bdiet tiddispra+ minħabba x-​xogħol iebes kollu li tħabatt fih taħt ix-​xemx. 21  Għax hemm il-​bniedem li x-​xogħol iebes tiegħu għamlu bl-​għerf u bl-​għarfien u b’kapaċità,+ imma sehmu se jingħata lil bniedem li ma ħadimx iebes fih.+ Dan ukoll frugħa u gwaj kbir.+ 22  Għax x’jieħu bniedem tax-​xogħol iebes kollu tiegħu u talli b’qalbu qed jistinka biex jaħdem iebes taħt ix-​xemx?+ 23  Għax tul jiemu kollha l-​attività tiegħu hi taʼ wġigħ u dwejjaq,+ u anki bil-​lejl, qalbu ma tistrieħx.+ Dan ukoll m’huwiex ħlief frugħa. 24  Għall-bniedem m’hemm xejn aħjar milli jiekol u jixrob u jgawdi affarijiet tajbin minħabba x-​xogħol iebes tiegħu.+ Jien rajt li dan ukoll ġej minn id l-​Alla l-​veru.+ 25  Għax min jiekol+ u jixrob aħjar minni?+ 26  Għax lill-​bniedem li hu tajjeb quddiemu,+ Alla tah għerf, għarfien, u ferħ,+ imma lill-​midneb tah ix-​xogħol li jiġbor u jiġmaʼ sempliċement biex jagħtih lil min hu tajjeb quddiem l-​Alla l-​veru.+ Dan ukoll frugħa u ġiri wara r-​riħ.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “għajnejh f’rasu.”