Ekkleżjasti 12:1-14

12  Ftakar fil-​Ħallieq Grandjuż tiegħek+ f’jiem żgħożitek,+ qabel jiġu jiem l-​għali,+ jew jaslu s-​snin meta tgħid: “Xejn ma jogħġbuni”;+  qabel jiddallmu x-​xemx u d-​dawl u l-​qamar u l-​kwiekeb,+ u jirritorna s-​sħab, u mbagħad ix-​xita;  meta l-​għassiesa tad-​dar+ jitriegħdu, u l-​irġiel mimlijin enerġija jitgħawġu,+ u n-​nisa li jitħnu+ ma jibqgħux jaħdmu għax jonqsu, u n-​nisa li jittawlu mit-​twieqi+ jaraw id-​dlam;  u l-​bibien li jagħtu għat-​triq jingħalqu,+ meta l-​ħoss tal-​mitħna jitbaxxa,+ u wieħed iqum mal-​ħoss t’għasfur, u l-​bniet kollha taʼ l-​għana jinstemgħu fil-​baxx.+  Ukoll, saru jibżgħu mill-​għoli, u jitwerwru fit-​triq. U s-​siġra tal-​lewż ikollha ż-​żahar,+ u l-​ġurat li jaqbeż jitkaxkar, u l-​kappara tinfaqaʼ, għax il-​bniedem miexi lejn id-​dar fejn se jibqaʼ għal żmien twil,+ u n-​newwieħa joqogħdu jduru fit-​triq;+  qabel jitneħħa l-​ħabel tal-​fidda, u titfarrak l-​iskutella tad-​deheb,+ u titkisser il-​ġarra ħdejn in-​nixxiegħa, u tinqasam it-​taljola tal-​bir.  Imbagħad it-​trab jerġaʼ lura lejn l-​art+ fejn kien qabel, u l-​ispirtu+ jerġaʼ jmur lura għand l-​Alla l-​veru+ li tah.+  “L-​akbar frugħa!” qal il-​kongregatur,+ “Kollox frugħa.”+  U minbarra li sar għaref, il-​kongregatur+ kompla wkoll jgħallem lin-​nies l-​għarfien,+ u mmedita u għamel tiftix bir-​reqqa+ sabiex jirranġa f’ordni ħafna proverbji.+ 10  Il-kongregatur ipprova jsib kliem pjaċevoli+ u jikteb kliem korrett u veru.+ 11  Kliem l-​għorrief hu bħal ingiegeż tal-​barrin,+ u dawk li jagħtuha għall-​ġbir tas-​sentenzi huma bħal imsiemer imsammrin;+ dan ngħata minn ragħaj wieħed.+ 12  Dwar kwalunkwe ħaġa oħra iżjed minn dawn, ibni, nagħtik din it-​twissija: Dejjem se jibqgħu jinkitbu ħafna kotba, u dedikazzjoni kbira għalihom tgħejji l-​ġisem.+ 13  Il-konklużjoni taʼ dan, wara li nstemaʼ kollox, hi: Ibżaʼ mill-​Alla l-​veru+ u ħares il-​kmandamenti tiegħu.+ Għax dan hu l-​obbligu kollu tal-​bniedem. 14  Għax l-​Alla l-​veru se jiġġudika kull tip t’għemil, anki kulma hu moħbi, jekk hux tajjeb jew ħażin.+

Noti taʼ taħt