Ekkleżjasti 11:1-10

11  Ibgħat ħobżok+ fuq wiċċ l-​ilmijiet,+ għax wara ħafna jiem int terġaʼ ssibu.+  Agħti sehem minn dak li għandek lil sebgħa, jew anki lil tmienja,+ għax ma tafx liema gwaj jistaʼ jinqalaʼ fuq l-​art.+  Jekk is-​sħab ikun mimli ilma, iferraʼ ħalba xita fuq l-​art;+ u jekk siġra taqaʼ+ lejn in-​nofsinhar jew jekk lejn it-​tramuntana, hemmhekk tkun waqgħet.  Min joqgħod għassa tar-​riħ ma jiżrax; u min joqgħod iħares lejn is-​sħab ma jaħsadx.+  Bħalma int ma tafx kif l-​ispirtu jaħdem ġo l-​għadam f’żaqq mara tqila,+ hekk ukoll ma tafx l-​għemil taʼ l-​Alla l-​veru, li jagħmel kollox.+  Iżraʼ ż-​żerriegħa tiegħek fil-​għodu u tħallix idek tistrieħ sa fil-​għaxija;+ għax ma tafx fejn se tirnexxi,+ jekk hux hawnhekk jew hemmhekk, jew jekk hux it-​tnejn se jkunu tajbin indaqs.  Id-dawl hu ħelu wkoll, u huwa tajjeb għall-​għajnejn li jaraw ix-​xemx;+  għax jekk bniedem jgħix ħafna snin, ħa jifraħ matulhom kollha.+ U ħa jiftakar fil-​jiem mudlama,+ għalkemm jistgħu jkunu ħafna; kull jum li jgħaddi hu frugħa.+  Ifraħ,+ żagħżugħ, waqt li għadek żgħir, u ħalli lil qalbek thennik f’jiem żgħożitek, u imxi fit-​triqat taʼ qalbek u wara dak li jaraw għajnejk.+ Imma kun af li l-​Alla l-​veru se jiġġudikak għal dan kollu.+ 10  Għalhekk, neħħi d-​dwejjaq minn qalbek, u biegħed l-​għali minn ġismek;+ għax iż-​żgħożija u l-​fjur tal-​ħajja huma frugħa.+

Noti taʼ taħt