Ekkleżjasti 10:1-20

10  Id-dubbien mejjet initten iż-​żejt magħmul bis-​sengħa,+ u jtellagħlu l-​bżieżaq. Hekk ukoll ftit bluha tħassar ir-​reputazzjoni taʼ min hu magħruf għall-​għerf u l-​glorja.+  Qalb l-​għaref hi fuq il-​lemin tiegħu,+ imma qalb l-​istupidu fuq ix-​xellug.+  Iżjed minn hekk, jimxi kif jimxi,+ l-​iblah għandu qalbu belha,* u jgħid lil kulħadd li hu iblah.+  Jekk ħakkiem titlagħlu t-​tempra* minħabba fik, żomm postok,+ għax il-​kalma ttaffi dnubiet kbar.+  Taħt ix-​xemx rajt xi ħaġa li ġġib l-​għali, bħall-​iżball+ li jsir minn wieħed fil-​poter:+  Il-boloh ngħataw ħafna pożizzjonijiet għoljin,+ imma dawk li jistħoqqilhom baqgħu f’pożizzjonijiet baxxi.  Rajt qaddejja fuq iż-​żwiemel imma prinċpijiet mexjin fl-​art bħal qaddejja.+  Min qed iħaffer ħofra jaqaʼ fiha hu stess;+ u min qed iġarraf ħajt tal-​ġebel jingidem minn serp.+  Min qed jaqtaʼ l-​ġebel iweġġaʼ bih. Min qed jaqtaʼ l-​injam ikollu joqgħod attent.+ 10  Jekk għodda tal-​ħadid ma tibqax taqtaʼ u xi ħadd ma jsinnhiex,+ imbagħad ikollu juża l-​enerġija kollha tiegħu. Mela l-​għerf ikun taʼ siwi meta jintuża tajjeb.+ 11  Jekk is-​serp jigdem qabel ma jiġi msaħħar,+ ma jkun hemm l-​ebda vantaġġ għal min jaf juża lsienu bis-​sengħa. 12  Il-kliem taʼ fomm l-​għaref huwa pjaċevoli,+ imma xofftejn l-​istupidu jirrovinawh.+ 13  Il-bidu taʼ kliem fommu hu bluha,+ u l-​aħħar kliem li joħroġ minn fommu hu ġenn li jġib il-​gwaj. 14  U l-​iblah jgħid ħafna kliem.+ Il-bniedem ma jafx x’se jiġri; u min jistaʼ jgħidlu x’se jsir warajh?+ 15  Ix-xogħol iebes taʼ l-​istupidi jgħejjihom,+ għax anqas wieħed minnhom ma tgħallem kif imur sal-​belt.+ 16  X’se jsir minnek, O pajjiż, meta s-​sultan tiegħek ikun tifel+ u l-​prinċpijiet tiegħek joqogħdu jieklu minn fil-​għodu? 17  Hieni int, O pajjiż, meta s-​sultan tiegħek ikun bin in-​nobbli u l-​prinċpijiet tiegħek jieklu fil-​ħin xieraq biex isiru setgħanin, mhux sempliċement biex joqogħdu jixorbu.+ 18  Minħabba għażż kbir it-​travi jiżżaqqu, u minħabba idejn merħijin iqattar is-​saqaf tad-​dar.+ 19  Il-ħobż qiegħed għad-​daħq tal-​ħaddiema, u l-​inbid iferraħ il-​ħajja;+ imma l-​flus għandhom risposta għal kollox.+ 20  Tgħidx affarijiet ħżiena dwar is-​sultan,+ lanqas fil-​kamra tas-​sodda tiegħek, u meta tkun waħdek fil-​kamra fejn timtedd tgħidx affarijiet ħżiena dwar l-​għani;+ għax ħliqa li ttir fis-​smewwiet twassal dak li tkun għedt u xi ħaġa li għandha l-​ġwienaħ tirripeti kliemek.+

Noti taʼ taħt

Ara Pr 6:32, in-​nota taʼ taħt.
Letteralment, “l-​ispirtu.”