Ekkleżjasti 1:1-18

1  Kliem il-​kongregatur,+ bin David, is-​sultan f’Ġerusalemm.+  “L-​akbar frugħa!”+ qal il-​kongregatur, “l-​akbar frugħa! Kollox frugħa!”+  Xi qligħ għandu bniedem mix-​xogħol iebes kollu li jitħabat fih+ taħt ix-​xemx?*+  Ġenerazzjoni sejra,+ u ġenerazzjoni ġejja;+ imma l-​art tibqaʼ wieqfa għal dejjem.*+  U x-​xemx ukoll iddiet, u x-​xemx niżlet,+ u ġejja tilheġ f’postha minfejn se tiddi.+  Ir-riħ sejjer lejn in-​nofsinhar, u qed idur lejn it-​tramuntana.+ Jibqaʼ jdur u jdur,+ u jerġaʼ lura għat-​tidwir tiegħu.+  Il-widien taʼ l-​ilma+ kollha sejrin lejn il-​baħar,+ iżda l-​baħar ma jimteliex.+ Il-​widien taʼ l-​ilma sejrin lura minfejn ħerġin, biex jerġgħu joħorġu minn hemmhekk.+  Kollox iġib l-​għeja;+ ħadd m’hu kapaċi jiddeskrivi dan kollu. L-​għajn ma tixbax tara,+ lanqas il-​widna ma timtela bis-​smigħ.+  Dak li kien diġà hu dak li se jerġaʼ jkun;+ u dak li sar diġà hu dak li se jerġaʼ jsir; u għalhekk m’hemm xejn ġdid taħt ix-​xemx.+ 10  Teżisti xi ħaġa li dwarha jistaʼ jingħad: “Ara, din ġdida”? Diġà ilha teżisti minn żmien twil ilu;+ dak li beda jeżisti ġej miż-​żmien taʼ qabilna.+ 11  M’hemm l-​ebda tifkira tan-​nies taʼ qabel, u lanqas se jkun hemm taʼ dawk li jiġu warajhom.+ Lanqas taʼ dawn ma se jkun hemm tifkira fost dawk li għad jiġu iktar ’il quddiem.+ 12  Jien, il-​kongregatur, sirt sultan taʼ Israel f’Ġerusalemm.+ 13  U stinkajt b’qalbi kollha biex infittex u nifli l-​għerf+ f’kulma sar taħt is-​smewwiet—kull attività li ġġib l-​għali illi Alla ta lil ulied il-​bnedmin biex ikunu okkupati biha.+ 14  Rajt l-​għemejjel kollha li saru taħt ix-​xemx,+ u, ara, kollox kien frugħa u ġiri wara r-​riħ.+ 15  Dak li hu mgħawweġ ma jistax jiġi drittat,+ u dak li hu nieqes ma jistax jingħadd. 16  Jien, iva, jien, għedt f’qalbi:+ “Ara! Jien kattart l-​għerf tiegħi ferm iktar minn kulmin ġie qabli f’Ġerusalemm,+ u qalbi rat ħafna għerf u għarfien.”+ 17  Imbagħad stinkajt b’qalbi kollha biex insir naf l-​għerf u nsir naf il-​ġenn,+ u sirt naf il-​bluha;+ dan ukoll huwa ġiri wara r-​riħ.+ 18  Għax fejn hemm ħafna għerf hemm ħafna dwejjaq,+ u b’hekk min iżid l-​għarfien iżid l-​uġigħ.+

Noti taʼ taħt

Il-frażi “taħt ix-​xemx” tidher 29 darba f’Ekkleżjasti.
Letteralment, “għal żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.