Eżodu 8:1-32

8  Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè: “Idħol għand il-​Fargħun u għidlu, ‘Hekk qal Ġeħova: “Ibgħat lin-​nies tiegħi sabiex jaqdu lili.+  U jekk tibqaʼ tirrifjuta li tibgħathom, ara, bħala kastig se nimla t-​territorju kollu tiegħek biż-​żrinġijiet.+  U x-​Xmara Nil tkun miżgħuda biż-​żrinġijiet, u jitilgħu u jidħlu f’darek u fil-​kamra tas-​sodda taʼ ġewwa tiegħek u f’soddtok u fid-​djar tal-​qaddejja tiegħek u fuq il-​poplu tiegħek u fl-​ifran tiegħek u fil-​mejjilli li fihom tagħġen il-​ħobż tiegħek.+  U ż-​żrinġijiet jitilgħu fuqek u fuq il-​poplu tiegħek u fuq il-​qaddejja kollha tiegħek.”’”+  Iktar tard Ġeħova qal lil Mosè: “Għid lil Aron, ‘Midd idek bil-​ħatar tiegħek+ fuq ix-​xmajjar, fuq il-​kanali tan-​Nil, u fuq l-​għadajjar mimlijin qasab u ġiegħel iż-​żrinġijiet jitilgħu fuq l-​art taʼ l-​Eġittu.’”  U Aron medd idu fuq l-​ilmijiet taʼ l-​Eġittu, u ż-​żrinġijiet bdew jitilgħu u jiksu l-​art taʼ l-​Eġittu.  Madankollu, il-​qassisin li kienu jipprattikaw il-​maġija għamlu l-​istess ħaġa bl-​arti sigrieta tagħhom u ġiegħlu ż-​żrinġijiet jitilgħu fuq l-​art taʼ l-​Eġittu.+  Wara ftit taż-​żmien, il-​Fargħun sejjaħ lil Mosè u lil Aron u qalilhom: “Itolbu bil-​ħrara lil Ġeħova+ sabiex ineħħi ż-​żrinġijiet minn fuqi u minn fuq il-​poplu tiegħi, għax jien irrid nibgħathom in-​nies sabiex joffru sagrifiċċji lil Ġeħova.”+  Imbagħad Mosè qal lill-​Fargħun: “Meta jogħġbok għidli meta tridni nitlob bil-​ħrara għalik u għall-​qaddejja tiegħek u għall-​poplu tiegħek sabiex iż-​żrinġijiet jinqerdu minn fuqek u minn djarek. Jitħallew biss fix-​Xmara Nil.” 10  Wieġbu: “Għada.” Għalhekk, qallu: “Isir skond kelmtek, sabiex tkun taf li m’hemm ħadd ieħor bħal Ġeħova Alla tagħna,+ 11  għax iż-​żrinġijiet żgur li jitbiegħdu minnek u minn djarek u mill-​qaddejja tiegħek u mill-​poplu tiegħek. Jitħallew biss fix-​Xmara Nil.”+ 12  Għaldaqstant, Mosè u Aron ħarġu minn quddiem il-​Fargħun, u Mosè għajjat lil Ġeħova+ minħabba ż-​żrinġijiet li Hu kien ġab fuq il-​Fargħun. 13  U Ġeħova għamel skond il-​kelma taʼ Mosè,+ u ż-​żrinġijiet bdew imutu fid-​djar, fil-​btieħi, u fl-​għelieqi. 14  U bdew jiġimgħuhom, gzuz gzuz, u l-​art bdiet tinten.+ 15  Meta l-​Fargħun ra li l-​art kienet straħet, qalbu ma tqanqlitx;+ u ma tahomx widen, sewwasew bħalma kien qal Ġeħova.+ 16  Ġeħova issa qal lil Mosè: “Għid lil Aron, ‘Midd il-​ħatar tiegħek+ u olqot it-​trab taʼ l-​art, u dan isir nemus fl-​art kollha taʼ l-​Eġittu.’” 17  U hekk għamlu. Għalhekk, Aron medd idu bil-​ħatar tiegħu u laqat it-​trab taʼ l-​art, u ġie n-​nemus fuq il-​bnedmin u fuq il-​bhejjem. It-​trab kollu taʼ l-​art sar nemus fl-​art kollha taʼ l-​Eġittu.+ 18  U l-​qassisin li kienu jipprattikaw il-​maġija pprovaw jagħmlu l-​istess permezz taʼ l-​arti sigrieta tagħhom,+ sabiex iġibu n-​nemus, imma ma setgħux.+ U kien hemm in-​nemus fuq il-​bnedmin u fuq il-​bhejjem. 19  Għalhekk, il-​qassisin li kienu jipprattikaw il-​maġija qalu lill-​Fargħun: “Dan hu s-​sabaʼ+ t’Alla!”+ Imma l-​Fargħun baqaʼ jwebbes qalbu,+ u ma tahomx widen, sewwasew bħalma kien qal Ġeħova. 20  Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè: “Qum kmieni fil-​għodu u ħu postok quddiem il-​Fargħun.+ Ara! Ħiereġ ħdejn l-​ilma! U għidlu, ‘Hekk qal Ġeħova: “Ibgħat lin-​nies tiegħi sabiex jaqdu lili.+ 21  Imma jekk ma tibgħathomx, nibgħat id-​dubbien+ fuqek u fuq il-​qaddejja tiegħek u fuq il-​poplu tiegħek u fi djarek; u d-​djar taʼ l-​Eġittu żgur li jimtlew bid-​dubbien, kif ukoll l-​art li qegħdin fuqha. 22  U dakinhar l-​art taʼ Gosen, li fiha hemm il-​poplu tiegħi, nittrattaha b’mod differenti, u ebda dubbiena ma tkun teżisti hemmhekk;+ sabiex int tkun taf li jien Ġeħova f’nofs l-​art.+ 23  U tabilħaqq li naqtaʼ linja bejn il-​poplu tiegħi u l-​poplu tiegħek.+ Għada jseħħ dan is-​sinjal.”’” 24  U Ġeħova hekk għamel; u qtajjaʼ kbar taʼ dubbien bdew jinvadu d-​dar tal-​Fargħun u d-​djar tal-​qaddejja tiegħu, u l-​art kollha taʼ l-​Eġittu.+ L-​art inqerdet minħabba d-​dubbien.+ 25  Fl-aħħar, il-​Fargħun sejjaħ lil Mosè u lil Aron u qalilhom: “Morru, offru sagrifiċċji lil Alla tagħkom fil-​pajjiż.”+ 26  Imma Mosè qallu: “Ma nistgħux nagħmlu hekk, għaliex lil Ġeħova Alla tagħna nkunu qed noffrulu bħala sagrifiċċju xi ħaġa mistkerrha għall-​Eġizzjani.+ Suppost li kellna noffru bħala sagrifiċċju xi ħaġa mistkerrha għall-​Eġizzjani quddiem għajnejhom; kieku ma jħaġġruniex? 27  Aħna sejrin vjaġġ taʼ tlett ijiem fix-​xagħri u bla dubju noffru sagrifiċċji lil Ġeħova Alla tagħna sewwasew bħalma qalilna.”+ 28  Il-Fargħun issa qal: “Jien—jien se nibgħatkom,+ u intom tabilħaqq li se toffru sagrifiċċji lil Ġeħova Alla tagħkom fix-​xagħri.+ Biss araw li fejn sejrin ma jkunx ’il bogħod wisq. Itolbu bil-​ħrara għalija.”+ 29  Imbagħad Mosè qallu: “Ara! Jien ħiereġ mingħandek, u tabilħaqq li se nitlob bil-​ħrara lil Ġeħova, u għada d-​dubbien żgur li jitbiegħed mill-​Fargħun, mill-​qaddejja tiegħu, u mill-​poplu tiegħu. Biss il-​Fargħun m’għandux jerġaʼ jqarraq bina billi ma jibgħatx lin-​nies biex joffru sagrifiċċji lil Ġeħova.”+ 30  U Mosè ħareġ mingħand il-​Fargħun u talab bil-​ħrara lil Ġeħova.+ 31  Għalhekk, Ġeħova għamel skond il-​kelma taʼ Mosè,+ u d-​dubbien tbiegħed mill-​Fargħun, mill-​qaddejja tiegħu, u mill-​poplu tiegħu.+ Lanqas waħda ma kien baqaʼ. 32  Madankollu, qalb il-​Fargħun lanqas din id-​darba ma tqanqlet u lin-​nies ma bagħathomx.+

Noti taʼ taħt