Eżodu 7:1-25

7  Għaldaqstant, Ġeħova qal lil Mosè: “Ara! Għamiltek Alla għall-​Fargħun,+ u ħuk Aron jitkellem għan-​nom tiegħek bħala profeta.+  Int—int tgħid kulma nikkmandak;+ u ħuk Aron ikun dak li jitkellem mal-​Fargħun,+ u dan ikollu jibgħat lil ulied Israel minn pajjiżu.+  U jien inħalli lill-​Fargħun iwebbes qalbu,+ u żgur li nkattar is-​sinjali tiegħi u l-​mirakli tiegħi fl-​art taʼ l-​Eġittu.+  U l-​Fargħun mhux se jismaʼ minnkom;+ u jkolli mmidd idi fuq l-​Eġittu u noħroġ l-​armati tiegħi,+ il-​poplu tiegħi,+ ulied Israel,+ mill-​art taʼ l-​Eġittu b’ġudizzji kbar.+  U l-​Eġizzjani żgur li jkunu jafu li jien Ġeħova meta mmidd idi kontra l-​Eġittu,+ u tabilħaqq li noħroġ lil ulied Israel minn ġo nofshom.”+  U Mosè u Aron għamlu bħalma kien ikkmandahom Ġeħova.+ Għamlu preċiż hekk.+  U Mosè kellu tmenin sena u Aron kellu tlieta u tmenin sena meta kellmu lill-​Fargħun.+  Ġeħova issa qal lil Mosè u lil Aron:  “Fil-​każ li l-​Fargħun ikellimkom u jgħidilkom, ‘Agħmlu miraklu intom stess,’+ int trid tgħid lil Aron, ‘Aqbad il-​ħatar tiegħek+ u itfgħu fl-​art quddiem il-​Fargħun.’ U l-​ħatar isir serp kbir.”+ 10  Għalhekk, Mosè u Aron daħlu għand il-​Fargħun u għamlu eżatt bħalma kien ikkmandahom Ġeħova. U Aron tefaʼ l-​ħatar tiegħu fl-​art quddiem il-​Fargħun u l-​qaddejja tiegħu u l-​ħatar sar serp kbir. 11  Madankollu, il-​Fargħun sejjaħ ukoll lill-​għorrief u lis-​sħaħar;+ u l-​qassisin taʼ l-​Eġittu li kienu jipprattikaw il-​maġija għamlu wkoll l-​istess ħaġa bl-​arti tal-​maġija tagħhom.+ 12  Għalhekk, kull wieħed minnhom tefaʼ fl-​art il-​ħatar tiegħu, u dawn saru sriep kbar; imma l-​ħatar t’Aron belaʼ l-​oħtra tagħhom. 13  Xorta waħda, il-​Fargħun webbes qalbu+ u ma tahomx widen, sewwasew bħalma kien qal Ġeħova. 14  Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè: “Qalb il-​Fargħun mhix titqanqal.+ Ma jridx jibgħat lin-​nies.+ 15  Fil-għodu mur għand il-​Fargħun. Ara! Hu ħiereġ ħdejn l-​ilma!+ U oqgħod f’tarf ix-​Xmara Nil biex tiltaqaʼ miegħu+ u ħu f’idek il-​ħatar li kien inbidel f’serp.+ 16  U għidlu, ‘Ġeħova, l-​Alla taʼ l-​Ebrej, bagħatni għandek+ biex ngħidlek: “Ibgħat lin-​nies tiegħi sabiex jaqdu lili fix-​xagħri,”+ imma, ara, s’issa għadek m’obdejtx. 17  Hekk qal Ġeħova:+ “B’dan tkun taf li jien Ġeħova.+ Ara! Bil-​ħatar li għandi f’idi se nolqot l-​ilma li hemm fix-​Xmara Nil,+ u dan żgur li jsir demm.+ 18  U l-​ħut li hemm fix-​Xmara Nil imut,+ u x-​Xmara Nil tinten,+ u l-​Eġizzjani jiddardru jixorbu l-​ilma mix-​Xmara Nil.”’”+ 19  Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè: “Għid lil Aron, ‘Aqbad il-​ħatar tiegħek u midd idek+ fuq l-​ilmijiet taʼ l-​Eġittu, fuq ix-​xmajjar tagħhom, fuq il-​kanali tan-​Nil, fuq l-​għadajjar mimlijin qasab,+ u fuq l-​ilmijiet maħżunin kollha tagħhom sabiex isiru demm.’ U jkun hemm id-​demm fl-​art kollha taʼ l-​Eġittu u fir-​reċipjenti taʼ l-​injam u fir-​reċipjenti tal-​ġebel.” 20  Minnufih Mosè u Aron hekk għamlu,+ sewwasew bħalma kien ikkmanda Ġeħova,+ u Aron għolla l-​ħatar u laqat l-​ilma li kien hemm fix-​Xmara Nil taħt għajnejn il-​Fargħun u l-​qaddejja tiegħu,+ u l-​ilma kollu li kien hemm fix-​Xmara Nil inbidel f’demm.+ 21  U l-​ħut li kien hemm fix-​xmara Nil miet,+ u x-​Xmara Nil bdiet tinten; u l-​Eġizzjani ma setgħux jixorbu l-​ilma mix-​Xmara Nil;+ u kien hemm id-​demm fl-​art kollha taʼ l-​Eġittu. 22  Minkejja dan, il-​qassisin taʼ l-​Eġittu li kienu jipprattikaw il-​maġija għamlu l-​istess ħaġa bl-​arti sigrieta tagħhom;+ u b’hekk il-​Fargħun kompla jwebbes qalbu,+ u ma tahomx widen, sewwasew bħalma kien qal Ġeħova.+ 23  Għaldaqstant, il-​Fargħun dar lura u daħal f’daru, u lanqas biss qanqlitu qalbu biex jagħti kas dan.+ 24  U l-​Eġizzjani kollha bdew iħaffru madwar ix-​Xmara Nil biex isibu l-​ilma x’jixorbu, għax ma setgħux jixorbu mill-​ilma tax-​Xmara Nil.+ 25  U għaddew sebat ijiem mindu Ġeħova laqat ix-​Xmara Nil.

Noti taʼ taħt