Eżodu 5:1-23

5  U mbagħad Mosè u Aron daħlu u qalu lill-​Fargħun:+ “Hekk qal Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel, ‘Ibgħat lin-​nies tiegħi sabiex jiċċelebrawli festa fix-​xagħri.’”+  Imma l-​Fargħun qalilhom: “Min hu Ġeħova,+ biex jien nismaʼ minn kliemu u nibgħat lil Israel?+ Jien assolutament ma nafux lil Ġeħova+ u, iktar minn hekk, m’iniex se nibagħtu lil Israel.”+  Madankollu, huma ssoktaw jgħidulu: “L-​Alla taʼ l-​Ebrej dehrilna.+ Jekk jogħġbok, irridu mmorru vjaġġ taʼ tlett ijiem fix-​xagħri u noffru sagrifiċċji lil Ġeħova Alla tagħna;+ inkella jolqotna bil-​pesta jew bis-​sejf.”+  U s-​sultan taʼ l-​Eġittu qalilhom: “Mosè u Aron, għalfejn qed iġġiegħlu lin-​nies jieqfu minn xogħolhom?+ Morru ġorru t-​tagħbijiet tagħkom!”+  U l-​Fargħun kompla: “Ara! In-​nies tal-​pajjiż issa huma ħafna,+ u intom tabilħaqq qed twaqqfuhom milli jġorru t-​tagħbijiet.”+  Dakinhar il-​Fargħun ikkmanda minnufih lil dawk li kienu jġiegħlu lin-​nies jaħdmu u lill-​uffiċjali tagħhom,+ u qalilhom:  “Tiġbrux tiben bħal qabel sabiex tagħtuh lin-​nies biex jagħmlu l-​madum.*+ Ħa jmorru huma stess jiġbru t-​tiben.  Barra minn hekk, komplu imponu fuqhom l-​ammont meħtieġ taʼ madum li kienu qed jagħmlu qabel. Tnaqqsulhom xejn, għax qed jiħduha bil-​lajma.+ Huwa għalhekk li qed jgħajtu u jgħidu, ‘Irridu mmorru, irridu noffru sagrifiċċji lil Alla tagħna!’+  Agħtu lin-​nies xogħol iebes u araw li jagħmluh u ma jagħtux widen għal kliem falz.”+ 10  Għalhekk, dawk li kienu jġiegħlu lin-​nies jaħdmu+ u l-​uffiċjali tagħhom ħarġu u qalu lin-​nies: “Dan qal il-​Fargħun, ‘M’iniex se nagħtikom tiben iktar. 11  Morru intom stess ġibu t-​tiben minfejn issibuh, għaliex lanqas naqra ma se jitnaqqsilkom xogħolkom.’”+ 12  Għaldaqstant, in-​nies xterdu maʼ l-​art kollha taʼ l-​Eġittu biex jiġbru z-​zkuk li jibqaʼ fl-​għelieqi* ħalli jagħmlu t-​tiben. 13  U dawk li kienu jġegħluhom jaħdmu baqgħu jgħaġġluhom+ u jgħidulhom: “Lestu xogħolkom, kull wieħed xogħlu, jum wara jum, bħal meta t-​tiben kien disponibbli.”+ 14  Iktar tard l-​uffiċjali+ taʼ wlied Israel, imqegħdin fuqhom mill-​kapijiet tal-​Fargħun li kienu jimponu x-​xogħol, ġew imsawtin,+ u l-​kapijiet qalulhom: “Għala ma temmejtux ix-​xogħol tal-​madum+ li ġejtu ordnati biex tagħmlu bħal qabel, kemm il-​bieraħ u kemm illum?”+ 15  Għalhekk, l-​uffiċjali+ taʼ wlied Israel daħlu u bdew jgħajtu quddiem il-​Fargħun, u jgħidulu: “Għala tittrattahom hekk lill-​qaddejja tiegħek? 16  Mhux qed jingħata tiben lill-​qaddejja tiegħek, u safrattant qed jgħidulna, ‘Agħmlu l-​madum!’ u, ara, il-​qaddejja tiegħek qed jiġu msawtin, filwaqt li l-​ħtija hi taʼ niesek stess.”+ 17  Imma hu qalilhom: “Qed tiħduha bil-​lajma, qed tiħduha bil-​lajma!+ Huwa għalhekk li qed tgħidu, ‘Irridu mmorru, irridu noffru sagrifiċċji lil Ġeħova.’+ 18  U issa morru, aħdmu! Għalkemm mhux se jingħatalkom tiben, xorta tridu tagħtu l-​ammont stabbilit taʼ madum.”+ 19  Imbagħad l-​uffiċjali taʼ wlied Israel raw li kienu jinsabu f’sitwazzjoni mwiegħra għall-​aħħar peress li qalulhom:+ “M’għandkom tnaqqsu lanqas maduma waħda mill-​madum li kull wieħed għandu jagħmel kuljum.”+ 20  Imbagħad, malli ħarġu mingħand il-​Fargħun, iltaqgħu maʼ Mosè u Aron+ li kienu weqfin hemmhekk biex jiltaqgħu magħhom. 21  Minnufih qalulhom: “Jalla Ġeħova jixħet għajnejh fuqkom u jiġġudikakom,+ ladarba għamiltuna mibgħudin+ mill-​Fargħun u mill-​qaddejja tiegħu, u b’hekk qegħedtulhom sejf f’idhom biex joqtluna.”+ 22  Imbagħad Mosè dar lejn Ġeħova+ u qallu: “Ġeħova, għala ġibt id-​deni fuq dan il-​poplu?+ Għalfejn bgħattni?+ 23  Għax minn dak il-​ħin li jien dħalt quddiem il-​Fargħun biex nitkellem f’ismek,+ hu għamel id-​deni lil dan il-​poplu+ u int bl-​ebda mod ma ħlist lill-​poplu tiegħek.”+

Noti taʼ taħt

F’dan il-​kapitlu l-​kelma “madum” ġeneralment tirreferi għal briks magħmulin minn tiben u tajn jew tafal.
“Iz-​zkuk li jibqaʼ fl-​għelieqi.” Letteralment, “qasbija.” Milli jidher din tirreferi għaz-​zkuk tal-​qmuħ bħalma huma l-​qamħ u x-​xgħir li jibqgħu fl-​għalqa wara l-​ħsad.