Eżodu 40:1-38

40  Imbagħad Ġeħova kellem lil Mosè u qallu:  “Fl-​ewwel xahar,+ fl-​ewwel tax-​xahar, għandek twaqqaf it-​tabernaklu, jiġifieri, it-​tinda tal-​laqgħa.+  U poġġi l-​arka tat-​testimonjanza+ fih u agħmel il-​purtiera+ biex b’hekk ħadd ma jkun jistaʼ jersaq lejn l-​Arka.  U daħħal il-​mejda+ u rranġa l-​affarijiet taʼ fuqha bl-​ordni, u daħħal il-​gandlier+ u ixgħel l-​imsiebaħ tiegħu.+  U poġġi l-​artal tad-​deheb għall-​inċens+ quddiem l-​arka tat-​testimonjanza u poġġi f’postha l-​purtiera tad-​daħla tat-​tabernaklu.+  “U poġġi l-​artal+ taʼ l-​offerta tal-​ħruq quddiem id-​daħla tat-​tabernaklu, jiġifieri, it-​tinda tal-​laqgħa,  u qiegħed il-​vaska bejn it-​tinda tal-​laqgħa u l-​artal u itfaʼ l-​ilma fiha.+  U agħmel il-​bitħa+ dawramejt u dendel il-​purtiera tad-​daħla+ tal-​bieb tal-​bitħa.  U ħu ż-​żejt tad-​dlik+ u idlek it-​tabernaklu u kulma fih,+ u qaddes lilu u l-​għodod kollha tiegħu, u b’hekk isir xi ħaġa qaddisa. 10  U idlek l-​artal taʼ l-​offerta tal-​ħruq u l-​għodod kollha tiegħu u qaddes l-​artal,+ u b’hekk isir artal mill-​iktar qaddis.+ 11  U idlek il-​vaska u l-​bażi tagħha u qaddisha. 12  “Imbagħad ħu lil Aron u lil uliedu ħdejn id-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa u aħsilhom bl-​ilma.+ 13  U lil Aron libbsu l-​ilbies qaddis+ u idilku+ u qaddsu, u b’hekk jaqdi bħala qassis għalija. 14  Imbagħad ġib lil uliedu qrib u libbishom ilbiesi twal.+ 15  U idlikhom bħalma dlikt lil missierhom,+ u b’hekk jaqdu bħala qassisin għalija, u d-​dlik tagħhom iservi kontinwament għalihom bħala saċerdozju għal żmien indefinit matul il-​ġenerazzjonijiet tagħhom.”+ 16  U Mosè għamel skond kulma kien ikkmandah Ġeħova.+ Għamel preċiż hekk. 17  Għaldaqstant ġara li fl-​ewwel xahar, fit-​tieni sena, fl-​ewwel tax-​xahar, twaqqaf it-​tabernaklu.+ 18  Meta waqqaf it-​tabernaklu, Mosè qiegħed il-​pedestalli bl-​ingast+ fl-​art u poġġa t-​twavel* tal-​qafas f’posthom+ u daħħal it-​traversi+ u waqqaf il-​kolonni.+ 19  Imbagħad firex it-​tinda+ għal fuq it-​tabernaklu u fuqha qiegħed l-​għata+ tat-​tinda fuqnett, sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè. 20  Wara dan, ħa t-​Testimonjanza+ u poġġieha fl-​Arka+ u daħħal il-​lasti+ taʼ l-​Arka u poġġa l-​għatu+ fuq l-​Arka.+ 21  Imbagħad daħħal l-​Arka fit-​tabernaklu u poġġa l-​purtiera+ li tifred f’postha, u b’hekk ħadd ma setaʼ jersaq lejn l-​arka tat-​testimonjanza,+ sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè. 22  Imbagħad poġġa l-​mejda+ fit-​tinda tal-​laqgħa fuq in-​naħa tat-​tabernaklu lejn it-​tramuntana ’l barra mill-​purtiera, 23  u rranġa r-​ringiela tal-​ħobż+ fuqha quddiem Ġeħova, sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè. 24  Imbagħad qiegħed il-​gandlier+ fit-​tinda tal-​laqgħa quddiem il-​mejda, fuq in-​naħa tat-​tabernaklu lejn in-​nofsinhar. 25  Imbagħad xegħel l-​imsiebaħ+ quddiem Ġeħova, sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè. 26  U qiegħed l-​artal tad-​deheb+ fit-​tinda tal-​laqgħa quddiem il-​purtiera, 27  biex jaħraq l-​inċens ifuħ fuqu,+ sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè. 28  Fl-aħħar poġġa l-​purtiera+ tad-​daħla tat-​tabernaklu f’postha. 29  U qiegħed l-​artal+ taʼ l-​offerta tal-​ħruq fid-​daħla tat-​tabernaklu, jiġifieri, it-​tinda tal-​laqgħa, biex joffri fuqu l-​offerta tal-​ħruq+ u l-​offerta tal-​qmuħ, sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè. 30  Imbagħad qiegħed il-​vaska bejn it-​tinda tal-​laqgħa u l-​artal u tefaʼ l-​ilma fiha għall-​ħasil.+ 31  U Mosè, Aron, u wliedu ħaslu idejhom u saqajhom fiha. 32  Meta kienu jidħlu fit-​tinda tal-​laqgħa u meta kienu jersqu qrib l-​artal kienu jinħaslu,+ sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè. 33  Fl-aħħar waqqaf il-​bitħa+ dawramejt mat-​tabernaklu u maʼ l-​artal u dendel il-​purtiera tad-​daħla tal-​bieb tal-​bitħa.+ Għalhekk, Mosè temm ix-​xogħol. 34  U s-​sħaba+ bdiet tgħatti t-​tinda tal-​laqgħa, u l-​glorja taʼ Ġeħova mliet it-​tabernaklu. 35  U Mosè ma setax jidħol fit-​tinda tal-​laqgħa, għaliex is-​sħaba+ qagħdet fuqha u l-​glorja taʼ Ġeħova mliet it-​tabernaklu.+ 36  U meta s-​sħaba kienet titlaʼ ’l fuq minn fuq it-​tabernaklu, ulied Israel kienu jżarmaw il-​kamp u jitilqu minn dak il-​post matul il-​partijiet kollha tal-​vjaġġ tagħhom.+ 37  Madankollu, meta s-​sħaba ma kinitx titlaʼ ’l fuq, ma kinux iżarmaw il-​kamp sa dakinhar li kienet titlaʼ ’l fuq.+ 38  Għax is-​sħaba taʼ Ġeħova kienet tkun fuq it-​tabernaklu bi nhar, u nar kien jibqaʼ fuqu bil-​lejl quddiem għajnejn id-​dar kollha taʼ Israel matul il-​partijiet kollha tal-​vjaġġ tagħhom.+

Noti taʼ taħt

Ara Eżo 26:15, in-​nota taʼ taħt.