Eżodu 37:1-29

37  Besalel+ issa għamel l-​Arka+ mill-​injam taʼ l-​akaċja. It-​tul tagħha kien żewġ kubiti u nofs, u l-​wisaʼ tagħha kubitu u nofs, u l-​għoli tagħha kubitu u nofs.+  Imbagħad ksieha b’deheb pur minn ġewwa u minn barra u għamlilha bordura tad-​deheb dawramejt.+  Imbagħad għamlilha erbaʼ ħolqiet mid-​deheb imdewweb, biex jitpoġġew ’il fuq mill-​erbaʼ saqajn tagħha, b’żewġ ħolqiet fuq ġenb wieħed u żewġ ħolqiet fuq il-​ġenb l-​ieħor tagħha.+  Wara għamel lasti mill-​injam taʼ l-​akaċja u ksiehom bid-​deheb.+  Imbagħad għadda l-​lasti minn ġol-​ħoloq fuq il-​ġnub taʼ l-​Arka biex tinġarr l-​Arka.+  U ssokta jagħmel l-​għatu+ tad-​deheb pur. It-​tul tiegħu kien żewġ kubiti u nofs, u l-​wisaʼ tiegħu kubitu u nofs.+  Għamel ukoll żewġ kerubini tad-​deheb. Għamilhom maħdumin bil-​martell fuq iż-​żewġt itruf taʼ l-​għatu.+  Kerubin wieħed kien fit-​tarf taʼ lil hemm, u l-​kerubin l-​ieħor fit-​tarf taʼ lil hawn. Il-​kerubini għamilhom fuq l-​għatu fuq iż-​żewġt itruf tiegħu.+  U l-​kerubini kienu biż-​żewġ ġwienaħ tagħhom miftuħin ’il fuq, jgħattu l-​għatu bi ġwinħajhom,+ u kienu b’wiċċhom lejn xulxin. L-​uċuħ tal-​kerubini kienu jħarsu lejn l-​għatu.+ 10  U għamel il-​mejda mill-​injam taʼ l-​akaċja.+ It-​tul tagħha kien żewġ kubiti, u l-​wisaʼ tagħha kubitu, u l-​għoli tagħha kubitu u nofs.+ 11  Imbagħad ksieha b’deheb pur u għamlilha bordura tad-​deheb dawramejt.+ 12  Imbagħad għamlilha xifer dawramejt il-​wisaʼ taʼ id u għamel bordura tad-​deheb għax-​xifer tagħha dawramejt.+ 13  Barra minn hekk, għamlilha erbaʼ ħolqiet mid-​deheb imdewweb u poġġa l-​ħoloq fl-​erbaʼ kantunieri fejn kien hemm l-​erbaʼ saqajn.+ 14  Il-ħoloq kienu qrib ix-​xifer, bħala appoġġ għal-​lasti biex tinġarr il-​mejda.+ 15  Imbagħad għamel lasti mill-​injam taʼ l-​akaċja u ksiehom bid-​deheb biex tinġarr il-​mejda.+ 16  Imbagħad mid-​deheb pur+ għamel l-​għodod li qegħdin fuq il-​mejda, il-​platti u l-​kwies tagħha, l-​iskutelli u l-​buqari tagħha li bihom iferrgħu l-​offerti tal-​likwidi. 17  Imbagħad għamel il-​gandlier+ tad-​deheb pur. Il-​gandlier ħadmu bil-​martell. Minnu ħarġu l-​ġnub, il-​friegħi, il-​fjuri, il-​boċċi, u l-​petali tiegħu.+ 18  U sitt fergħat kienu ħerġin mill-​ġnub tiegħu, tliet fergħat tal-​gandlier minn ġenb wieħed tiegħu u tliet fergħat tal-​gandlier mill-​ġenb l-​ieħor tiegħu.+ 19  Tliet fjuriet forma taʼ fjura tal-​lewż kienu fuq il-​friegħi taʼ ġenb wieħed, bil-​boċċi u l-​petali bejniethom; u tliet fjuriet forma taʼ fjura tal-​lewż kienu fuq il-​friegħi tal-​ġenb l-​ieħor, bil-​boċċi u l-​petali bejniethom. Hekk kienu s-​sitt fergħat li kienu ħerġin mill-​gandlier.+ 20  U fuq il-​gandlier kien hemm erbaʼ fjuriet forma taʼ fjura tal-​lewż, bil-​boċċi u l-​petali tiegħu bejniethom.+ 21  U l-​boċċa taħt żewġ fergħat kienet ħierġa minnu, u l-​boċċa taħt żewġ fergħat oħra kienet ħierġa minnu, u l-​boċċa taħt iż-​żewġ fergħat l-​oħra kienet ħierġa minnu, għas-​sitt fergħat li kienu ħerġin mill-​gandlier.+ 22  Il-boċċi tagħhom u l-​friegħi tagħhom kienu ħerġin minnu. Kollox biċċa waħda maħdum bil-​martell, u tad-​deheb pur.+ 23  Imbagħad għamel is-​sebaʼ msiebaħ tiegħu u l-​imqassijiet tiegħu li jżommu l-​ftila u r-​reċipjenti għall-​ftejjel maħruqin tiegħu tad-​deheb pur.+ 24  B’talent deheb pur għamel lilu u l-​għodod kollha tiegħu. 25  Imbagħad għamel l-​artal taʼ l-​inċens+ mill-​injam taʼ l-​akaċja.+ It-​tul tiegħu kien kubitu, u l-​wisaʼ tiegħu kubitu, għax kien kwadru, u l-​għoli tiegħu kien żewġ kubiti. Il-​qrun tiegħu kienu ħerġin minnu.+ 26  Imbagħad ksieh bid-​deheb pur, il-​wiċċ taʼ fuq tiegħu u l-​ġnub tiegħu dawramejt u l-​qrun tiegħu, u għamillu bordura tad-​deheb dawramejt.+ 27  U għamillu żewġ ħolqiet tad-​deheb ’l isfel mill-​bordura tiegħu fuq tnejn mill-​ġnub tiegħu, fuq żewġt iġnub tiegħu faċċata taʼ xulxin, bħala appoġġ għal-​lasti biex iġorruh bihom.+ 28  Wara dan, għamel il-​lasti mill-​injam taʼ l-​akaċja u ksiehom bid-​deheb.+ 29  Għamel ukoll iż-​żejt tad-​dlik qaddis+ u l-​inċens pur ifuħ,+ ix-​xogħol taʼ wieħed li jagħmel l-​ingwent.

Noti taʼ taħt