Eżodu 36:1-38

36  “U Besalel irid jaħdem, kif ukoll Oħolijab+ u kull bniedem tas-​sengħa li Ġeħova tah l-​għerf+ u l-​abbiltà li jifhem+ f’dawn l-​affarijiet sabiex ikun jaf kif jagħmel ix-​xogħol kollu tas-​servizz qaddis skond kulma kkmanda Ġeħova.”+  U Mosè sejjaħ lil Besalel u lil Oħolijab u lil kull bniedem tas-​sengħa li Ġeħova kien poġġielu l-​għerf f’qalbu,+ kulmin qalbu qanqlitu biex jersaq ħalli jagħmel ix-​xogħol.+  Imbagħad ħadu minn quddiem Mosè l-​kontribuzzjoni kollha+ li wlied Israel kienu ġabu għax-​xogħol tas-​servizz qaddis sabiex jagħmluh, u, inkwantu għal dawn taʼ l-​aħħar, huma baqgħu jġibulu offerta volontarja għodwa wara għodwa.  U l-​għorrief kollha li kienu qed jagħmlu x-​xogħol qaddis kollu ġew wieħed wara l-​ieħor minn fuq ix-​xogħol tagħhom li kienu qed jagħmlu,  u qalu lil Mosè: “In-​nies qed iġibu ħafna iktar milli hemm bżonn għas-​servizz tax-​xogħol li Ġeħova kkmanda li jsir.”  Għalhekk, Mosè ordna li għandhom joħorġu avviż mal-​kamp kollu, li jgħid: “Irġiel u nisa, iġġibux iktar affarijiet għall-​kontribuzzjoni qaddisa.” B’hekk, in-​nies kienu miżmumin milli jġibu iżjed.  U kien hemm biżżejjed affarijiet, u iktar minn biżżejjed, għax-​xogħol kollu li kellu jsir.  U dawk kollha tas-​sengħa+ fost dawk li kienu qed jagħmlu x-​xogħol bdew jagħmlu t-​tabernaklu,+ l-​għaxar biċċiet drapp tat-​tined taʼ l-​għażel fin mibrum, ħajt blu, suf miżbugħ vjola ħamrani, u materjal lewn l-​iskarlat;* bil-​kerubini rrakkmati għamluhom, ix-​xogħol taʼ wieħed tas-​sengħa.  It-tul taʼ kull biċċa drapp tat-​tined kien tmienja u għoxrin kubitu, u l-​wisaʼ taʼ kull biċċa drapp tat-​tined erbaʼ kubiti. Kien hemm qjies wieħed għall-​bċejjeċ kollha tad-​drapp tat-​tined. 10  Imbagħad ġonġa ħames biċċiet drapp tat-​tined waħda maʼ l-​oħra,+ u l-​ħames biċċiet drapp tat-​tined l-​oħrajn ġonġiehom waħda maʼ l-​oħra. 11  Imbagħad għamel anelli tal-​ħajt blu f’tarf biċċa waħda mid-​drapp tat-​tined, fil-​post fejn jingħaqdu. Hu għamel l-​istess f’tarf il-​biċċa drapp tat-​tined tat-​tarfnett fil-​post l-​ieħor fejn jingħaqdu.+ 12  Għamel ħamsin anella fuq biċċa waħda mid-​drapp tat-​tined, u għamel ħamsin anella f’tarf il-​biċċa drapp tat-​tined li kienet fil-​post l-​ieħor fejn jingħaqdu, u b’hekk l-​anelli kienu faċċata taʼ xulxin.+ 13  Fl-aħħar għamel ħamsin ganċ tad-​deheb u ġonġa l-​bċejjeċ tad-​drapp tat-​tined waħda maʼ l-​oħra permezz tal-​ganċijiet, u b’hekk it-​tabernaklu sar ħaġa waħda.+ 14  U ssokta jagħmel bċejjeċ tad-​drapp tat-​tined mix-​xagħar tal-​mogħoż għat-​tinda taʼ fuq it-​tabernaklu. Għamel ħdax-il biċċa drapp tat-​tined.+ 15  It-tul taʼ kull biċċa drapp kien tletin kubitu, u l-​wisaʼ taʼ kull biċċa drapp erbaʼ kubiti. Kien hemm qjies wieħed għall-​ħdax-il biċċa drapp tat-​tined.+ 16  Imbagħad ġonġa flimkien ħames biċċiet drapp għalihom u s-​sitt biċċiet drapp l-​oħrajn għalihom.+ 17  Imbagħad għamel ħamsin anella fit-​tarf tal-​biċċa drapp tat-​tined tat-​tarfnett fil-​post fejn jingħaqdu, u għamel ħamsin anella fit-​tarf tal-​biċċa drapp tat-​tined l-​oħra li ġġonġiet magħha.+ 18  Wara dan, għamel ħamsin ganċ tar-​ram aħmar biex iġonġi t-​tinda flimkien biex issir biċċa waħda.+ 19  U għamel għata għat-​tinda mill-​ġlud tal-​muntun miżbugħin ħomor u għata mill-​ġlud tal-​bumerin+ fuqnett.+ 20  Imbagħad għamel it-​twavel* weqfin għall-​qafas tat-​tabernaklu mill-​injam taʼ l-​akaċja.+ 21  It-tul taʼ tavla kien għaxar kubiti, u l-​wisaʼ taʼ kull tavla kubitu u nofs.+ 22  Kull tavla kellha żewġ minċotti mwaħħlin wieħed maʼ l-​ieħor. Hekk għamel bit-​twavel kollha tal-​qafas tat-​tabernaklu.+ 23  Għalhekk, għamel it-​twavel tal-​qafas tat-​tabernaklu, għoxrin tavla għall-​ġenb li jħares lejn in-​Negeb, lejn in-​nofsinhar.+ 24  U għamel erbgħin pedestall bl-​ingast tal-​fidda għal taħt l-​għoxrin tavla, żewġ pedestalli bl-​ingast taħt tavla waħda biż-​żewġ minċotti tagħha u żewġ pedestalli bl-​ingast taħt it-​tavla l-​oħra biż-​żewġ minċotti tagħha.+ 25  U għall-​ġenb l-​ieħor tat-​tabernaklu, in-​naħa tat-​tramuntana, għamel għoxrin tavla+ 26  u l-​erbgħin pedestall bl-​ingast tal-​fidda tagħhom, żewġ pedestalli bl-​ingast taħt tavla waħda u żewġ pedestalli bl-​ingast taħt it-​tavla l-​oħra.+ 27  U għan-​naħa taʼ wara tat-​tabernaklu lejn il-​punent għamel sitt twavel.+ 28  U għamel żewġ twavel bħala pilastri għall-​kantunieri tat-​tabernaklu fuq iż-​żewġ naħat taʼ wara tiegħu.+ 29  U kienu doppji n-​naħa t’isfel u baqgħu telgħin pariġġ xulxin san-​naħa taʼ fuq fejn kienu jingħaqdu flimkien fl-​ewwel ħolqa. Hekk għamel lit-​tnejn li huma, liż-​żewġ pilastri għall-​kantunieri.+ 30  Għalhekk, kien hemm tmien twavel u l-​pedestalli bl-​ingast tal-​fidda tagħhom, sittax b’kollox, żewġ pedestalli bl-​ingast ħdejn żewġ pedestalli bl-​ingast taħt kull tavla.+ 31  U ssokta jagħmel traversi mill-​injam taʼ l-​akaċja, ħamsa għat-​twavel taʼ ġenb wieħed tat-​tabernaklu+ 32  u ħames traversi għat-​twavel tal-​ġenb l-​ieħor tat-​tabernaklu u ħames traversi għat-​twavel tal-​qafas tat-​tabernaklu għaż-​żewġ naħat taʼ wara lejn il-​punent.+ 33  Imbagħad għamel it-​traversa tan-​nofs tgħaddi minn nofs it-​twavel minn tarf wieħed sa l-​ieħor.+ 34  U kesa t-​twavel bid-​deheb, u l-​ħoloq tagħhom għamilhom tad-​deheb bħala appoġġ għat-​traversi, u ssokta jiksi t-​traversi bid-​deheb.+ 35  U għamel purtiera+ minn ħajt blu, suf miżbugħ vjola ħamrani, materjal lewn l-​iskarlat, u għażel fin mibrum. Għamilha bil-​kerubini+ rrakkmati, ix-​xogħol taʼ wieħed tas-​sengħa. 36  Imbagħad għamlilha erbaʼ kolonni taʼ l-​akaċja u ksiehom bid-​deheb, u l-​kavilji tagħhom kienu tad-​deheb, u għamlilhom erbaʼ pedestalli bl-​ingast mill-​fidda mdewba.+ 37  U ssokta jagħmel purtiera għad-​daħla tat-​tinda minn ħajt blu, suf miżbugħ vjola ħamrani, materjal lewn l-​iskarlat, u għażel fin mibrum, ix-​xogħol taʼ nissieġ,+ 38  u l-​ħames kolonni tagħha u l-​kavilji tagħhom. U ksielhom il-​parti taʼ fuq tagħhom u l-​irbit tagħhom bid-​deheb, imma l-​ħames pedestalli bl-​ingast tagħhom kienu tar-​ram aħmar.+

Noti taʼ taħt

F’dan il-​kapitlu “l-​iskarlat” jirreferi għaż-​żebgħa mill-​insett tal-​kukku.
Ara Eżo 26:15, in-​nota taʼ taħt.