Eżodu 34:1-35

34  Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè: “Onqox għalik żewġ twavel tal-​ġebel bħal dawk taʼ l-​ewwel,+ u jien nikteb fuq it-​twavel il-​kliem li deher fuq l-​ewwel twavel,+ li farrakt int.+  U lesti għal fil-​għodu, għax fil-​għodu trid titlaʼ fuq il-​Muntanja Sinaj u toqgħod ħdejja hemmhekk fuq il-​quċċata tal-​muntanja.+  Imma ħadd ma jistaʼ jitlaʼ miegħek u, ukoll, qis li ħadd iktar ma jidher fuq il-​muntanja kollha.+ Iktar minn hekk, ebda merħla tan-​nagħaġ jew tal-​baqar m’għandha tirgħa quddiem din il-​muntanja.”+  Għaldaqstant, Mosè naqqax żewġ twavel tal-​ġebel bħal dawk taʼ l-​ewwel u qam kmieni fil-​għodu u telaʼ fuq il-​Muntanja Sinaj, bħalma kien ikkmandah Ġeħova, u ħa f’idu ż-​żewġ twavel tal-​ġebel.  U Ġeħova niżel+ fis-​sħaba u qagħad miegħu hemmhekk u ddikjara l-​isem taʼ Ġeħova.+  U Ġeħova għadda minn quddiem wiċċu u ddikjara: “Ġeħova, Ġeħova, Alla ħanin+ u grazzjuż,+ bil-​mod biex jirrabja+ u għani fil-​qalb tajba bl-​imħabba+ u l-​verità,+  jerfaʼ l-​qalb tajba bl-​imħabba għal eluf,+ jaħfer l-​iżball u l-​ksur tal-​liġi u d-​dnub,+ imma bl-​ebda mod ma jeħles lil dak li jkun mill-​kastig,+ u jġib il-​kastig għall-​iżball tal-​missirijiet fuq l-​ulied u fuq ulied l-​ulied, fuq it-​tielet ġenerazzjoni u fuq ir-​rabaʼ ġenerazzjoni.”+  Mosè minnufih għaġġel biex imil u jinxteħet fl-​art.+  Imbagħad qal: “Jekk, issa, sibt il-​ħniena f’għajnejk, O Ġeħova, jekk jogħġbok, ħa jiġi f’nofsna Ġeħova,+ għaliex dan hu poplu rasu iebsa,+ u aħfer l-​iżball tagħna u d-​dnub tagħna,+ u ħudna bħala proprjetà tiegħek.”+ 10  Hu wieġbu: “Ara! Qed nagħmel patt: Quddiem in-​nies tiegħek kollha se nagħmel affarijiet taʼ l-​għaġeb li qatt ma nħolqu fl-​art kollha jew qalb il-​ġnus kollha;+ u n-​nies kollha li int qiegħed f’nofshom tabilħaqq se jaraw ix-​xogħol taʼ Ġeħova, għaliex miegħek qed nagħmel xi ħaġa li tqanqal il-​biżaʼ.+ 11  “Min-​naħa tiegħek ħares dak li qed nikkmandak illum.+ Ara! Qed inkeċċi minn quddiemek l-​Amurrin, il-​Kangħanin, il-​Ħittin, il-​Pereżin, il-​Ħiwwin, u l-​Ġebusin.+ 12  Oqgħod attent li ma tagħmilx xi patt maʼ l-​abitanti taʼ l-​art li sejjer fiha,+ li ma jmurx ikun xi nassa f’nofsok.+ 13  Imma l-​artali tagħhom tridu ġġarrfuhom, u l-​pilastri sagri tagħhom tridu tfarrkuhom, u l-​arbli sagri tagħhom tridu tqaċċtuhom.+ 14  Għax ma tridx tinxteħet fl-​art quddiem alla ieħor,+ għaliex Ġeħova, li ismu hu Għajjur, hu Alla għajjur;*+ 15  li ma tmurx tagħmel xi patt maʼ l-​abitanti taʼ l-​art, għax dawn żgur li se jkollhom relazzjoni immorali maʼ l-​allat tagħhom+ u joffru sagrifiċċji lill-​allat tagħhom,+ u ibqaʼ ċert li xi ħadd se jistiednek, u int tiekol xi ftit mis-​sagrifiċċju tiegħu.+ 16  Imbagħad ikollok tieħu xi wħud mill-​bniet tagħhom għal uliedek subien,+ u ibqaʼ ċert li l-​bniet tagħhom se jkollhom relazzjoni immorali maʼ l-​allat tagħhom u jġiegħlu lil uliedek subien ikollhom relazzjoni immorali maʼ l-​allat tagħhom.+ 17  “Tagħmilx idoli minn metall imdewweb bħala allat.+ 18  “Għandek tħares il-​festa tal-​ħobż bla ħmira.+ Tiekol ħobż bla ħmira, bħalma kkmandajtek, sebat ijiem fiż-​żmien stabbilit fix-​xahar taʼ Abib,+ għaliex kien fix-​xahar taʼ Abib li int ħriġt mill-​Eġittu. 19  “Kulma jiftaħ il-​ġuf l-​ewwel darba jkun tiegħi,+ u, mill-​bhejjem kollha tiegħek, l-​ewwel ferħ raġel tal-​barrin u tan-​nagħaġ.+ 20  U l-​ewwel ferħ taʼ ħmar għandek tifdih b’nagħġa.+ Imma jekk ma tifdihx, trid tiksirlu għonqu. Għandek tifdi lil kull l-​ewwel imwieled minn uliedek.+ Ħadd m’għandu jidher quddiemi b’idu vojta.+ 21  “Sitt ijiem għandek taħdem, imma fis-​sebaʼ jum tħares is-​Sabat.+ Fi żmien il-​ħrit u fil-​ħsad tħares is-​Sabat.+ 22  “U tagħmel il-​festa tal-​ġimgħat tiegħek bl-​ewwel frott misjur tal-​ħsad tal-​qamħ,+ u l-​festa tal-​ġbir meta tkun se taqleb is-​sena.+ 23  “Tliet darbiet fis-​sena l-​irġiel kollha tiegħek għandhom jidhru+ quddiem il-​Mulej il-​veru, Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel. 24  Għax se nkeċċi lill-​ġnus minn quddiemek,+ u nkabbar it-​territorju tiegħek;+ u ħadd ma jkun jixtieq artek meta titlaʼ biex tara wiċċ Ġeħova Alla tiegħek tliet darbiet fis-​sena.+ 25  “Toffrilix id-​demm tas-​sagrifiċċju flimkien maʼ xi ħaġa li jkun fiha l-​ħmira.+ U s-​sagrifiċċju tal-​festa tal-​Qbiż m’għandux jibqaʼ l-​lejl kollu sa fil-​għodu.+ 26  “L-​aqwa mill-​ewwel frott misjur+ tal-​ħamrija tiegħek għandek iġġibu fid-​dar taʼ Ġeħova Alla tiegħek.+ “Tgħallix gidi f’ħalib ommu.”+ 27  U Ġeħova ssokta jgħid lil Mosè: “Niżżel bil-​miktub għalik innifsek dan il-​kliem,+ għaliex hu fi qbil maʼ dan il-​kliem li se nagħmel patt miegħek u maʼ Israel.”+ 28  U hu baqaʼ hemmhekk maʼ Ġeħova erbgħin jum u erbgħin lejl. La kiel ħobż u lanqas xorob ilma.+ U Hu kiteb fuq it-​twavel il-​kliem tal-​patt, l-​Għaxar Kelmiet.+ 29  Issa ġara li, meta Mosè niżel minn fuq il-​Muntanja Sinaj, iż-​żewġ twavel tat-​Testimonjanza kienu f’id Mosè meta niżel minn fuq il-​muntanja,+ u Mosè ma kienx jaf li mill-​ġilda taʼ wiċċu kienu ħerġin ir-​raġġi minħabba li kien tkellem miegħu.+ 30  Meta Aron u wlied Israel kollha raw lil Mosè, mill-​ġilda taʼ wiċċu kienu ħerġin ir-​raġġi u beżgħu jersqu qribu.+ 31  U Mosè sejħilhom. Għalhekk, Aron u l-​kapijiet ewlenin kollha fost il-​ġemgħa ġew lura ħdejh, u Mosè beda jkellimhom. 32  Imbagħad wara dan ġew qribu wlied Israel kollha, u hu beda jikkmandahom kulma kien qallu Ġeħova fuq il-​Muntanja Sinaj.+ 33  Meta Mosè kien jispiċċa jitkellem magħhom, kien ipoġġi velu fuq wiċċu.+ 34  Imma meta Mosè kien jidħol quddiem Ġeħova biex ikellmu, kien ineħħi l-​velu sakemm joħroġ.+ U kien joħroġ u jgħid lil ulied Israel dak li kien jiġi kmandat.+ 35  U wlied Israel kienu jaraw wiċċ Mosè, li mill-​ġilda taʼ wiċċu kienu joħorġu r-​raġġi;+ u Mosè kien ipoġġi lura l-​velu fuq wiċċu sakemm kien jidħol biex ikellmu.+

Noti taʼ taħt

Jew, “Alla li jesiġi devozzjoni esklużiva.”