Eżodu 33:1-23

33  U Ġeħova qal ukoll lil Mosè: “Mur, itlaʼ ’l fuq minn hawnhekk, int u l-​poplu li int tellajt mill-​art taʼ l-​Eġittu,+ lejn l-​art li dwarha jien ħlift lil Abraham, lil Iżakk, u lil Ġakobb, billi għedt, ‘Lil nislek se nagħtiha.’+  U nibgħat anġlu qablek+ u nkeċċi lill-​Kangħanin, lill-​Amurrin, lill-​Ħittin, lill-​Pereżin, lill-​Ħiwwin, u lill-​Ġebusin;+  lejn art li tnixxi ħalib u għasel,+ għax m’iniex se nitlaʼ f’nofsok, għaliex int poplu rasu iebsa,+ biex ma neqirdekx għalkollox fit-​triq.”+  Meta n-​nies semgħu din l-​aħbar kerha, bdew jitnikktu;+ u ħadd minnhom ma libes it-​tiżjin tiegħu.  U Ġeħova ssokta jgħid lil Mosè: “Għid lil ulied Israel, ‘Intom poplu rasu iebsa.+ F’mument wieħed+ nistaʼ nitlaʼ f’nofsok u neqirdek għalkollox. Għalhekk, issa inżaʼ minn fuqek it-​tiżjin tiegħek, għax irrid inkun naf x’se nagħmillek.’”+  U wlied Israel neżgħu t-​tiżjin tagħhom minn fuqhom ħdejn il-​Muntanja Ħoreb+ u ma reġgħux libbsuh minn hemmhekk ’il quddiem.  U Mosè ħa t-​tinda tiegħu u waqqafha barra l-​kamp, ’il bogħod mill-​kamp; u semmieha tinda tal-​laqgħa. U ġara li kulmin kien jistaqsi x’jgħid+ Ġeħova kien joħroġ lejn it-​tinda tal-​laqgħa, li kienet barra l-​kamp.  U kien jiġri li malli Mosè kien joħroġ lejn it-​tinda, in-​nies kollha kienu jqumu,+ u joqogħdu kull wieħed fid-​daħla tat-​tinda tiegħu stess, u jħarsu fiss lejn Mosè sakemm jidħol fit-​tinda.  Kien jiġri wkoll li malli Mosè kien jidħol fit-​tinda, kienet tinżel il-​kolonna tas-​sħab,+ u tieqaf fid-​daħla tat-​tinda u Alla kien ikellem+ lil Mosè. 10  U n-​nies kollha kienu jaraw il-​kolonna tas-​sħab+ wieqfa fid-​daħla tat-​tinda, u n-​nies kollha kienu jqumu u jmilu kull wieħed fid-​daħla tat-​tinda tiegħu stess.+ 11  U Ġeħova kien ikellem lil Mosè wiċċ imbwiċċ,+ sewwasew bħalma bniedem ikellem lil sieħbu. Meta kien jerġaʼ lura lejn il-​kamp, il-​qaddej tiegħu+ Ġożwè, bin Nun,+ bħala assistent, ma kienx iwarrab mit-​tinda. 12  Issa Mosè qal lil Ġeħova: “Ara, int qed tgħidli, ‘Tellaʼ lil dan il-​poplu,’ imma int m’għarraftnix lil min se tibgħat miegħi. Iktar minn hekk, int stess għedt, ‘Nafek b’ismek+ u, barra minn hekk, int approvat f’għajnejja.’ 13  U issa, jekk jogħġbok, jekk jien approvat f’għajnejk,+ ġegħelni nkun naf, jekk jogħġbok, il-​mogħdijiet tiegħek,+ ħalli nkun nafek, sabiex inkun approvat f’għajnejk. U ftakar li dan il-​ġens hu l-​poplu tiegħek.”+ 14  Għalhekk, Hu qal: “Jien stess se niġi miegħek+ u żgur li se nagħtik il-​mistrieħ.”+ 15  Għal dan, Mosè qallu: “Jekk ma tiġix magħna int, ittellagħniex minn hawnhekk. 16  U, issa, biex se jkun magħruf li jien approvat f’għajnejk, jien u l-​poplu tiegħek? M’huwiex billi int tiġi magħna,+ minħabba li jien u l-​poplu tiegħek sirna differenti mill-​popli l-​oħrajn kollha li qegħdin fuq wiċċ l-​art?”+ 17  U Ġeħova ssokta jgħid lil Mosè: “Se nagħmel ukoll din il-​ħaġa li tkellimt dwarha int,+ għaliex int approvat f’għajnejja u jien nafek b’ismek.” 18  Qallu: “Ħallini nara, jekk jogħġbok, il-​glorja tiegħek.”+ 19  Imma hu qal: “Jien innifsi se nġiegħlek tara t-​tjubija kollha tiegħi,+ u se niddikjara l-​isem taʼ Ġeħova quddiemek;+ u se napprova lil min napprova, u nuri ħniena lil min nuri ħniena.”+ 20  U hu żied: “Ma tistax tarali wiċċi, għaliex ebda bniedem ma jistaʼ jarani u madankollu jibqaʼ ħaj.”+ 21  U Ġeħova qal ukoll: “Ara! Hawn post ħdejja, u int trid toqgħod fuq il-​blata. 22  U jrid iseħħ li meta tkun għaddejja l-​glorja tiegħi npoġġik f’toqba fil-​blata, u npoġġi l-​pala taʼ idi fuqek bħala għata sakemm inkun għaddejt. 23  Imbagħad inneħħi l-​pala taʼ idi, u int tarali dahri. Imma ma tistax tarali wiċċi.”+

Noti taʼ taħt