Eżodu 31:1-18

31  U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu:  “Ara! Insejjaħ b’ismu lil Besalel,+ bin Uri, bin Ħur, mit-​tribù taʼ Ġuda.+  U nimlieh bl-​ispirtu t’Alla fl-​għerf u fl-​abbiltà li jifhem u fl-​għarfien u f’kull xorta taʼ ħila fis-​sengħa,+  biex ifassal proġetti, biex jaħdem fid-​deheb u l-​fidda u r-​ram aħmar,+  u biex jaħdem il-​ħaġar għat-​tqegħid+ u biex jaħdem l-​injam ħalli jagħmel oġġetti taʼ kull xorta.+  U ara! Jien inpoġġi miegħu lil Oħolijab, bin Aħisamak, mit-​tribù taʼ Dan,+ u nqiegħed l-​għerf f’qalb kulmin hu tas-​sengħa, biex jagħmlu tabilħaqq kulma kkmandajtek:+  it-tinda tal-​laqgħa+ u l-​Arka+ għat-​testimonjanza u l-​għatu li qiegħed fuqha,+ u l-​għodod kollha tat-​tinda,  u l-​mejda u l-​għodod tagħha,+ u l-​gandlier tad-​deheb pur u l-​għodod kollha tiegħu,+ u l-​artal taʼ l-​inċens,+  u l-​artal taʼ l-​offerta tal-​ħruq u l-​għodod kollha tiegħu,+ u l-​vaska u l-​bażi tagħha,+ 10  u l-​ilbies minsuġ fin u l-​ilbies qaddis għal Aron, il-​qassis, u l-​ilbies taʼ wliedu biex jaqdu bħala qassisin;+ 11  u ż-​żejt tad-​dlik u l-​inċens ifuħ għas-​santwarju.+ Għandhom jagħmlu skond kulma kkmandajtek.” 12  U Ġeħova qal ukoll lil Mosè: 13  “Int trid tkellem lil ulied Israel u tgħidilhom, ‘Fuq kollox għandkom tħarsu s-​Sabatijiet tiegħi,+ għax dan hu sinjal bejni u bejnkom matul il-​ġenerazzjonijiet tagħkom sabiex tkunu tafu li jien Ġeħova qed inqaddiskom.+ 14  U tridu tħarsu s-​Sabat, għax hu xi ħaġa qaddisa għalikom.+ Min jipprofanah żgur li jingħata l-​mewt.+ Jekk xi ħadd jagħmel xi xogħol fih, din ir-​ruħ trid tiġi maqtugħa minn nofs il-​poplu.+ 15  F’sitt ijiem isir ix-​xogħol, imma s-​sebaʼ jum ikun Sabat taʼ mistrieħ komplet.+ Hu xi ħaġa qaddisa għal Ġeħova. Kulmin jagħmel xi xogħol f’jum is-​Sabat żgur li jingħata l-​mewt. 16  U wlied Israel iridu jħarsu s-​Sabat, sabiex iwettqu s-​Sabat matul il-​ġenerazzjonijiet tagħhom. Hu patt għal żmien indefinit.+ 17  Hu sinjal għal żmien indefinit bejni u bejn ulied Israel,+ għaliex f’sitt ijiem Ġeħova għamel is-​smewwiet u l-​art u fis-​sebaʼ jum waqaf mix-​xogħol u beda jistrieħ.’”+ 18  Issa malli kien spiċċa jitkellem miegħu fuq il-​Muntanja Sinaj, hu ta lil Mosè żewġ twavel tat-​Testimonjanza,+ twavel tal-​ġebel miktubin bis-​sabaʼ t’Alla.+

Noti taʼ taħt