Eżodu 30:1-38

30  “U int agħmel artal bħala post biex taħraq l-​inċens;+ agħmlu mill-​injam taʼ l-​akaċja.  Għandu jkun kwadru, twil kubitu u wiesaʼ kubitu, u l-​għoli tiegħu żewġ kubiti. Il-​qrun tiegħu joħorġu minnu.+  U iksih bid-​deheb pur, il-​wiċċ taʼ fuq u l-​ġnub tiegħu dawramejt u l-​qrun tiegħu; u agħmillu bordura tad-​deheb dawramejt.+  Tagħmillu wkoll żewġ ħolqiet tad-​deheb. Tagħmilhom ’l isfel mill-​bordura tiegħu fuq tnejn mill-​ġnub tiegħu, fuq żewġt iġnub tiegħu faċċata taʼ xulxin, għax iridu jservu bħala appoġġ għal-​lasti biex iġorruh bihom.+  U agħmel il-​lasti mill-​injam taʼ l-​akaċja u iksihom bid-​deheb.+  U poġġih quddiem il-​purtiera li qiegħda qrib l-​arka tat-​testimonjanza,+ quddiem l-​għatu li qiegħed fuq it-​Testimonjanza, fejn se nidhirlek.+  “U Aron irid jaħraq l-​inċens ifuħ+ fuqu.+ Jaħarqu għodwa wara għodwa, meta jipprepara l-​imsiebaħ.+  U Aron jaħarqu meta jixgħel l-​imsiebaħ bejn inżul ix-​xemx u d-​dlam. Huwa inċens li jkun il-​ħin kollu quddiem Ġeħova matul il-​ġenerazzjonijiet tagħkom.  Toffrux fuq dan l-​artal inċens+ projbit jew offerta tal-​ħruq jew offerta tal-​qmuħ; u ssawbux offerta tax-​xorb fuqu. 10  U Aron irid jagħmel tpattija fuq il-​qrun taʼ l-​artal darba fis-​sena.+ Bi ftit mid-​demm taʼ l-​offerta għad-​dnub+ tat-​tpattija hu jagħmel tpattija għall-​artal darba fis-​sena matul il-​ġenerazzjonijiet tagħkom. Hu mill-​iktar qaddis għal Ġeħova.” 11  U Ġeħova ssokta jkellem lil Mosè u jgħidlu: 12  “Kulmeta tieħu l-​għadd taʼ wlied Israel bħala ċensiment tagħhom,+ imbagħad kull wieħed irid jagħti fidwa għal ruħu lil Ġeħova meta jsir ċensiment tagħhom,+ sabiex ebda kastig ma jiġi fuqhom meta jsir ċensiment tagħhom.+ 13  Dan iridu jagħtu dawk kollha li jgħaddu għal mal-​magħdudin: nofs xekel skond ix-​xekel tal-​post qaddis.+ Għoxrin gera huma daqs xekel. Nofs xekel hi l-​kontribuzzjoni lil Ġeħova.+ 14  Kulmin għandu minn għoxrin sena ’l fuq u jgħaddi għal maʼ dawk li huma reġistrati jrid jagħti l-​kontribuzzjoni lil Ġeħova.+ 15  L-għonja m’għandhomx jagħtu iktar, u l-​batuti m’għandhomx jagħtu inqas minn nofs xekel,+ meta jagħtu l-​kontribuzzjoni lil Ġeħova biex issir tpattija għal ruħkom.+ 16  U ħu l-​flus tal-​fidda tat-​tpattija mingħand ulied Israel u agħtihom għas-​servizz tat-​tinda tal-​laqgħa,+ sabiex iservu bħala tifkira quddiem Ġeħova għal ulied Israel, biex issir tpattija għal ruħkom.” 17  U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè, u qallu: 18  “Agħmel vaska tar-​ram aħmar u l-​bażi tagħha tar-​ram aħmar, għall-​ħasil,+ u poġġiha bejn it-​tinda tal-​laqgħa u l-​artal u itfaʼ l-​ilma fiha.+ 19  U Aron u wliedu jaħslu idejhom u saqajhom fiha.+ 20  Meta jidħlu fit-​tinda tal-​laqgħa jew meta jersqu ħdejn l-​artal biex jaqdu sabiex jaħarqu offerta magħmula bin-​nar lil Ġeħova,+ għandhom jinħaslu bl-​ilma, għax inkella jmutu. 21  U jaħslu idejhom u saqajhom, għax inkella jmutu,+ u dan iservi bħala regolament għal żmien indefinit għalihom, għalih u għal uliedu matul il-​ġenerazzjonijiet tagħhom.”+ 22  U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 23  “U int, ħu għalik l-​aqwa fwejjaħ:+ ħames mitt xekel qtar magħqud tal-​mirra,+ u nofs dak l-​ammont, mitejn u ħamsin xekel, kannella tfuħ,+ u mitejn u ħamsin xekel qasab aromatiku,+ 24  u ħames mitt xekel kassja,+ skond ix-​xekel tal-​post qaddis,+ u ħinn żejt taż-​żebbuġa.+ 25  Imbagħad minnhom trid tagħmel żejt tad-​dlik qaddis, ingwent, taħlita maħduma minn wieħed li jagħmel l-​ingwent.+ Dan għandu jkun żejt tad-​dlik qaddis.+ 26  “U idlek bih it-​tinda tal-​laqgħa+ u l-​arka tat-​testimonjanza, 27  u l-​mejda u l-​għodod kollha tagħha u l-​gandlier u l-​għodod tiegħu u l-​artal taʼ l-​inċens, 28  u l-​artal taʼ l-​offerta tal-​ħruq u l-​għodod kollha tiegħu u l-​vaska u l-​bażi tagħha. 29  U qaddishom biex isiru tabilħaqq mill-​iktar imqaddsin.+ Kulmin imisshom għandu jkun qaddis.+ 30  U idlek lil Aron+ u lil uliedu,+ u qaddishom biex jaqdu bħala qassisin għalija.+ 31  “U kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Dan għandu jibqaʼ bħala żejt tad-​dlik qaddis għalija matul il-​ġenerazzjonijiet tagħkom.+ 32  M’għandux jindilek fuq ġisem il-​bniedem, u bit-​taħlita tiegħu tagħmlu xejn bħalu. Hu xi ħaġa qaddisa. Għandu jibqaʼ bħala xi ħaġa qaddisa għalikom. 33  Kulmin jagħmel ingwent bħalu u jqiegħed ftit minnu fuq xi individwu mhux awtorizzat* irid jiġi maqtugħ minn mal-​poplu tiegħu.’”+ 34  U Ġeħova ssokta jgħid lil Mosè: “Ħu għalik dawn il-​fwejjaħ:+ qtar taʼ l-​istakte u inċens ifuħ u galbanu jfuħ u inċens abjad pur.+ Għandu jkun hemm l-​istess kwantità minn kull waħda. 35  Agħmel minnhom inċens,+ taħlita taʼ ħwawar, maħdum minn wieħed li jagħmel l-​ingwent, bil-​melħ,+ pur, xi ħaġa qaddisa. 36  U itħan ftit minnu fi trab fin u poġġi ftit minnu quddiem it-​Testimonjanza fit-​tinda tal-​laqgħa,+ fejn se nidhirlek.+ Dan għandu jkun mill-​iktar qaddis għalikom. 37  U l-​inċens li tagħmel b’din it-​taħlita, ma tridux tagħmluh għalikom infuskom.+ Għalik irid jibqaʼ bħala xi ħaġa qaddisa għal Ġeħova.+ 38  Kulmin jagħmel bħalu biex jieħu gost bir-​riħa tiegħu jrid jiġi maqtugħ+ minn mal-​poplu tiegħu.”

Noti taʼ taħt

Letteralment, “fuq stranġier.”