Eżodu 29:1-46

29  “U hekk għandek tagħmlilhom biex tqaddishom ħalli jaqdu bħala qassisin għalija: Ħu barri żgħir, u żewġ imtaten,+ bla difett,+  u ħobż bla ħmira u ftajjar bla ħmira miblulin fiż-​żejt u galletti midlukin biż-​żejt.+ Tagħmilhom mid-​dqiq fin tal-​qamħ.  U poġġihom f’qoffa u ppreżentahom fil-​qoffa,+ kif ukoll il-​barri u ż-​żewġ imtaten.  “U tippreżenta lil Aron u lil uliedu fid-​daħla+ tat-​tinda tal-​laqgħa, u trid tordnalhom jinħaslu bl-​ilma.+  Imbagħad ħu l-​ilbies,+ u lil Aron libbsu l-​libsa twila u l-​libsa bla kmiem taʼ l-​efod, u l-​efod u l-​pettoral, u orbtu sew miegħu bil-​ħżiem taʼ l-​efod.+  U qegħedlu t-​turbant fuq rasu u poġġi s-​sinjal qaddis tad-​dedikazzjoni fuq it-​turbant.+  U ħu ż-​żejt tad-​dlik+ u sawbu fuq rasu u idilku.+  “Imbagħad ġib lil uliedu qrib u libbishom l-​ilbiesi twal.+  U ħażżimhom bit-​trieħi, lil Aron kif ukoll lil uliedu, u dawrilhom l-​għata maʼ rashom; u s-​saċerdozju jsir tagħhom bħala statut għal żmien indefinit.+ Għalhekk, lil Aron u lil uliedu agħtihom is-​setgħa f’idhom.+ 10  “Imbagħad trid tippreżenta l-​barri quddiem it-​tinda tal-​laqgħa, u Aron u wliedu jridu jqiegħdu idejhom fuq ras il-​barri.+ 11  U oqtol il-​barri quddiem Ġeħova, fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa.+ 12  U ħu ftit mid-​demm tal-​barri+ u poġġih b’sebgħek fuq il-​qrun taʼ l-​artal,+ u dak kollu li jibqaʼ mid-​demm sawbu f’riġlejn l-​artal.+ 13  U ħu x-​xaħam kollu+ li jiksi l-​imsaren,+ u x-​xaħam taʼ mal-​fwied,+ u ż-​żewġ kilwiet u x-​xaħam taʼ fuqhom, u aħraqhom* fuq l-​artal.+ 14  Imma l-​laħam tal-​barri u l-​ġilda tiegħu u l-​ħmieġ tiegħu taħraqhom bin-​nar barra l-​kamp.+ Din hi offerta għad-​dnub. 15  “Imbagħad tieħu wieħed mill-​imtaten,+ u Aron u wliedu jridu jqiegħdu idejhom fuq ras il-​muntun.+ 16  U oqtol il-​muntun u ħu demmu u roxxu dawramejt fuq l-​artal.+ 17  U qattaʼ l-​muntun kull biċċa għaliha, u aħsel imsarnu+ u riġlejh* u qiegħed il-​bċejjeċ tiegħu waħda ħdejn l-​oħra sa rasu. 18  U aħraq il-​muntun kollu kemm hu fuq l-​artal. Din hi offerta tal-​ħruq+ lil Ġeħova, riħa pjaċevoli.*+ Hi offerta magħmula bin-​nar lil Ġeħova. 19  “Imbagħad ħu l-​muntun l-​ieħor, u Aron u wliedu jridu jqiegħdu idejhom fuq ras il-​muntun.+ 20  U oqtol il-​muntun u ħu ftit minn demmu u poġġih fuq id-​dendula tal-​widna l-​leminija t’Aron u fuq id-​dendula tal-​widna l-​leminija taʼ wliedu u fuq is-​sabaʼ l-​kbir taʼ idhom il-​leminija u s-​sabaʼ l-​kbir taʼ sieqhom il-​leminija,+ u roxx id-​demm dawramejt fuq l-​artal. 21  U ħu ftit mid-​demm li hemm fuq l-​artal u ftit miż-​żejt tad-​dlik,+ u roxxhom fuq Aron u fuq ilbiesu u fuq uliedu u fuq ilbies uliedu miegħu, sabiex hu u lbiesu u wliedu u l-​ilbies taʼ wliedu miegħu jkunu tabilħaqq imqaddsin.+ 22  “U mill-​muntun ħu x-​xaħam u d-​denb oħxon+ u x-​xaħam li jiksi l-​imsaren, u x-​xaħam taʼ mal-​fwied, u ż-​żewġ kilwiet u x-​xaħam taʼ fuqhom, u s-​sieq il-​leminija,+ għax hu muntun tal-​ħatra;+ 23  kif ukoll ħobża tonda u ftira miblula fiż-​żejt u galletta mill-​qoffa tal-​ħobż bla ħmira li qiegħda quddiem Ġeħova.+ 24  U poġġihom kollha fuq il-​pali taʼ idejn Aron u fuq il-​pali taʼ idejn uliedu,+ u xejjirhom ’l hemm u ’l hawn bħala offerta tat-​tixjir quddiem Ġeħova.+ 25  U ħudhom minn idejhom u aħraqhom fuq l-​artal fuq l-​offerta tal-​ħruq bħala riħa pjaċevoli quddiem Ġeħova.+ Din hi offerta magħmula bin-​nar lil Ġeħova.+ 26  “U ħu s-​sidra tal-​muntun tal-​ħatra,+ li hi għal Aron, u xejjirha ’l hemm u ’l hawn bħala offerta tat-​tixjir quddiem Ġeħova, u ssir sehmek. 27  U qaddes is-​sidra+ taʼ l-​offerta tat-​tixjir u s-​sieq tas-​sehem sagru; l-​offerta li xxejret u l-​offerta li ngħatat mill-​offerta tal-​muntun tal-​ħatra,+ minn dak li kien għal Aron u minn dak li kien għal uliedu. 28  U jsiru t’Aron u taʼ wliedu b’regolament għal żmien indefinit li għandu jitwettaq minn ulied Israel, għaliex hu sehem sagru;+ u jsir sehem sagru li għandu jingħata minn ulied Israel. Hu s-​sehem sagru tagħhom għal Ġeħova mis-​sagrifiċċji taʼ sħubija tagħhom.+ 29  “U l-​ilbies qaddis+ t’Aron iservi għal uliedu+ warajh biex jilbsuh meta jkunu se jiġu midlukin+ u jilbsuh meta jingħataw is-​setgħa f’idhom.+ 30  Għal sebat ijiem+ jilbsu l-​qassis li jilħaq minfloku minn fost uliedu u li jidħol fit-​tinda tal-​laqgħa biex jaqdi fil-​post qaddis. 31  “U int tieħu l-​muntun tal-​ħatra, u għalli l-​laħam tiegħu f’post qaddis.+ 32  U Aron u wliedu jridu jieklu+ l-​laħam tal-​muntun u l-​ħobż li jkun fil-​qoffa fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa. 33  U jieklu dak kollu li bih tkun saret it-​tpattija biex jingħataw is-​setgħa f’idhom, sabiex iqaddishom.+ Imma ebda individwu mhux awtorizzat* ma jistaʼ jieklu, għaliex hu xi ħaġa qaddisa.+ 34  U jekk xi laħam mis-​sagrifiċċju tal-​ħatra u xi ħobż jibqaʼ żejjed sa fil-​għodu, imbagħad trid taħraq bin-​nar dak li jibqaʼ żejjed.+ Ma jridx jittiekel, għaliex hu xi ħaġa qaddisa. 35  “U hekk għandek tagħmlilhom lil Aron u lil uliedu skond kulma kkmandajtek.+ Tieħu sebat ijiem biex tagħtihom is-​setgħa f’idhom.+ 36  U toffri kuljum il-​barri taʼ l-​offerta għad-​dnub bi tpattija,+ u tippurifika l-​artal mid-​dnub billi tagħmel tpattija għalih, u tidilku+ biex tqaddsu. 37  Tieħu sebat ijiem biex tagħmel tpattija għall-​artal, u trid tqaddsu+ sabiex isir tabilħaqq artal mill-​iktar qaddis.+ Kulmin imiss l-​artal għandu jkun qaddis.+ 38  “U dan għandek toffri fuq l-​artal: imtaten żgħar kull wieħed taʼ sena, tnejn kuljum il-​ħin kollu.+ 39  U għandek toffri muntun żgħir wieħed fil-​għodu,+ u toffri l-​muntun żgħir l-​ieħor bejn inżul ix-​xemx u d-​dlam.+ 40  U parti minn kull għaxra taʼ kejl t’efa dqiq fin+ miblul fil-​kwart taʼ ħinn żejt minn żebbuġ misħuq, u offerta tax-​xorb+ tal-​kwart taʼ ħinn inbid, ikunu għall-​ewwel muntun żgħir. 41  U għandek toffri t-​tieni muntun żgħir bejn inżul ix-​xemx u d-​dlam. B’offerta tal-​qmuħ+ bħal dik taʼ fil-​għodu u b’offerta tax-​xorb bħal dik taʼ fil-​għodu, tagħtiha bħala riħa pjaċevoli, offerta magħmula bin-​nar lil Ġeħova. 42  Hi offerta tal-​ħruq offruta regolarment+ matul il-​ġenerazzjonijiet tagħkom fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa, quddiem Ġeħova, fejn se nidhrilkom biex inkellmek hemmhekk.+ 43  “U nidher hemmhekk lil ulied Israel, u żgur li l-​post se jitqaddes bil-​glorja tiegħi.+ 44  U nqaddes it-​tinda tal-​laqgħa u l-​artal; u nqaddes+ lil Aron u lil uliedu biex jaqdu bħala qassisin għalija. 45  U ngħammar f’nofs ulied Israel, u nkun Alla tagħhom.+ 46  U żgur li jkunu jafu li jien Ġeħova Alla tagħhom, li ħriġthom mill-​art taʼ l-​Eġittu sabiex ngħammar f’nofshom.+ Jien Ġeħova Alla tagħhom.+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “agħmilhom idaħħnu.”
Ara Eżo 12:9, in-​nota taʼ taħt.
Letteralment, “riħa li sserraħ.”
Letteralment, “ebda stranġier.”