Eżodu 28:1-43

28  “U int ġib ħdejk lil ħuk Aron u lil uliedu miegħu minn fost ulied Israel sabiex jaqdu bħala qassisin għalija,+ Aron+ u wliedu Nadab u Abiħu,+ Elegħażar u Itamar.+  U agħmel ilbies qaddis għal ħuk Aron biex jagħtuh glorja u ġmiel.+  U int għandek tkellem lill-​għorrief kollha li qalbhom jien imlejthielhom bl-​ispirtu taʼ l-​għerf,+ u jridu jagħmlu l-​ilbies t’Aron biex iqaddsuh, ħalli jaqdi bħala qassis għalija.+  “U dan hu l-​ilbies li jridu jagħmlu: pettoral,+ efod,+ libsa bla kmiem,+ libsa twila ċċangjata, turbant,+ u terħa;+ u jridu jagħmlu l-​ilbies qaddis għal ħuk Aron u għal uliedu, sabiex hu jaqdi bħala qassis għalija.  U huma jieħdu d-​deheb, il-​ħajt blu, is-​suf miżbugħ vjola ħamrani, il-​materjal lewn l-​iskarlat,* u l-​għażel fin.  “U l-​efod iridu jagħmluh tad-​deheb, ħajt blu, suf miżbugħ vjola ħamrani, materjal lewn l-​iskarlat, u għażel fin mibrum, ix-​xogħol taʼ wieħed li jirrakkma.+  U jrid ikollu biċċtejn għal fuq l-​ispallejn biex jintrabtu fiż-​żewġt itruf tiegħu, u jrid jintrabat.+  U l-​ħżiem,+ li qiegħed fuq l-​efod biex jorbtu sew, irid jinħadem bl-​istess mod, bl-​istess materjal, tad-​deheb, ħajt blu, suf miżbugħ vjola ħamrani, materjal lewn l-​iskarlat, u għażel fin mibrum.  “U ħu żewġ ħaġriet taʼ l-​oniċi+ u onqox+ fuqhom l-​ismijiet taʼ wlied Israel,+ 10  sitt ismijiet minnhom fuq ħaġra waħda u l-​ismijiet tas-​sitta li jibqaʼ fuq il-​ħaġra l-​oħra skond l-​ordni taʼ twelidhom.+ 11  Bix-xogħol taʼ bniedem tas-​sengħa fil-​ħaġar, bħalma jsir it-​tinqix taʼ siġill, għandek tonqox iż-​żewġ ħaġriet bl-​ismijiet taʼ wlied Israel.+ Tagħmilhom ingastati fid-​deheb.+ 12  U tqiegħed iż-​żewġ ħaġriet fuq il-​bċejjeċ taʼ fuq l-​ispallejn taʼ l-​efod bħala ħaġar taʼ tifkira għal ulied Israel;+ u Aron irid iġorr l-​ismijiet tagħhom quddiem Ġeħova fuq il-​biċċtejn taʼ fuq spallejh bħala tifkira. 13  U agħmel ingasti tad-​deheb, 14  u żewġ ktajjen tad-​deheb pur.+ Bħala qfieli tagħmilhom, maħdumin b’sengħa bħal ħabel; u trid twaħħal il-​ktajjen li huma bħal ħabel maʼ l-​ingasti.+ 15  “U agħmel il-​pettoral tal-​ġudizzju+ maħdum bis-​sengħa taʼ wieħed li jirrakkma. Tagħmlu maħdum bis-​sengħa bħall-​efod. Tagħmlu tad-​deheb, ħajt blu, suf miżbugħ vjola ħamrani, materjal lewn l-​iskarlat, u għażel fin mibrum.+ 16  Għandu jkun kwadru meta jkun mitwi fi tnejn, twil xiber u wiesaʼ xiber.+ 17  U imlieh bil-​ħaġar, u jkun hemm erbaʼ ringieli ħaġar.+ L-​ewwel ringiela jkun fiha rubin,+ topazju,+ u żmerald.+ 18  U t-​tieni ringiela turkina,+ żaffir,+ u djaspru.+ 19  U t-​tielet ringiela ħaġra tal-​lesem,* agata,+ u ametist.+ 20  U r-​rabaʼ ringiela krisolitu,+ oniċi,+ u ġada. Ingasti tad-​deheb għandu jkun hemm fid-​dwawar tagħhom.+ 21  U l-​ħaġar għandu jkun skond l-​ismijiet taʼ wlied Israel, tnax skond ismijiethom.+ Bħalma jsir it-​tinqix taʼ siġill, kull waħda għandha tkun minquxa bl-​isem taʼ kull wieħed mit-​tnax-il tribù.+ 22  “U fuq il-​pettoral agħmel ktajjen minsuġin, maħdumin bħal ħabel, tad-​deheb pur.+ 23  U fuq il-​pettoral agħmel żewġ ħolqiet tad-​deheb,+ u qiegħed iż-​żewġ ħolqiet fuq iż-​żewġt itruf tal-​pettoral. 24  U għaddi ż-​żewġ ħbula tad-​deheb miż-​żewġ ħolqiet li hemm fit-​truf tal-​pettoral.+ 25  U trid tgħaddi ż-​żewġt itruf taż-​żewġ ħbula miż-​żewġ ingasti, u poġġihom fuq il-​bċejjeċ taʼ fuq l-​ispallejn taʼ l-​efod, fuq il-​quddiem tiegħu.+ 26  U agħmel żewġ ħolqiet tad-​deheb u qegħedhom fiż-​żewġt itruf tal-​pettoral fuq it-​tarf tiegħu li qiegħed fuq in-​naħa taʼ ġewwa li tmiss maʼ l-​efod.+ 27  U agħmel żewġ ħolqiet tad-​deheb u qegħedhom fuq il-​biċċtejn taʼ fuq l-​ispallejn taʼ l-​efod minn taħt, fuq il-​quddiem tiegħu, ħdejn il-​post fejn jintrabat, ’il fuq mill-​ħżiem taʼ l-​efod.+ 28  U jorbtu l-​pettoral mill-​ħoloq tiegħu mal-​ħoloq taʼ l-​efod b’lazz blu, biex jibqaʼ ’l fuq mill-​ħżiem taʼ l-​efod, u b’hekk il-​pettoral ma jiċċaqlaqx minn fuq l-​efod.+ 29  “U Aron irid iġorr l-​ismijiet taʼ wlied Israel fuq il-​pettoral tal-​ġudizzju fuq qalbu meta jidħol fil-​Qaddis bħala tifkira dejjiema quddiem Ġeħova. 30  U int qiegħed l-​Urim+ u t-​Tummim fil-​pettoral tal-​ġudizzju, u jkunu fuq qalb Aron meta jidħol quddiem Ġeħova; u Aron irid iġorr il-​pettoral tal-​ġudizzju+ għal ulied Israel fuq qalbu quddiem Ġeħova l-​ħin kollu. 31  “U agħmel il-​libsa bla kmiem li tintlibes taħt l-​efod kollha kemm hi tal-​ħajt blu.+ 32  U jrid ikun hemm skollatura n-​naħa taʼ fuq fin-​nofs tagħha. L-​iskollatura tagħha għandu jkollha bordura dawramejt, maħduma bis-​sengħa taʼ wieħed li jinseġ bin-​newl. Bħall-​iskollatura taʼ kurazza għandha tkun, sabiex ma titqattax.+ 33  U mal-​keffa tagħha agħmlilha rummien tal-​ħajt blu, suf miżbugħ vjola ħamrani, u materjal lewn l-​iskarlat, mal-​keffa tagħha dawramejt, u ġlieġel+ tad-​deheb bejniethom dawramejt; 34  ġolġol tad-​deheb u rummiena, ġolġol tad-​deheb u rummiena mal-​keffa tal-​libsa bla kmiem dawramejt.+ 35  U jilbisha Aron sabiex jaqdi, u l-​ħoss li jagħmel irid jinstemaʼ meta jidħol fis-​santwarju quddiem Ġeħova u meta joħroġ, għax inkella jmut.+ 36  “U agħmel strixxa tleqq tad-​deheb pur u onqox fuqha, bħalma jsir it-​tinqix taʼ siġill, ‘Il-​qdusija hi taʼ Ġeħova.’+ 37  U aqfilha b’lazz blu, u trid tkun fuq it-​turbant.+ Fuq il-​quddiem tat-​turbant għandha tkun. 38  U trid tkun fuq ġbin Aron, u Aron irid iwieġeb għall-​ħtija li ssir kontra l-​oġġetti mqaddsin,+ li wlied Israel se jqaddsu, jiġifieri, l-​għotjiet imqaddsin kollha tagħhom; u trid tibqaʼ fuq ġbinu l-​ħin kollu, biex tinkiseb l-​approvazzjoni għalihom+ quddiem Ġeħova. 39  “U inseġ il-​libsa twila taʼ l-​għażel fin u agħmilha ċċangjata u agħmel turbant taʼ l-​għażel fin,+ u agħmel terħa,+ ix-​xogħol taʼ nissieġ. 40  “U għal ulied Aron tagħmel ilbiesi twal,+ u agħmlilhom it-​trieħi, u tagħmlilhom għata tar-​ras+ għall-​glorja u l-​ġmiel.+ 41  U libbishom lil ħuk Aron u lil uliedu miegħu, u idlikhom+ u agħtihom is-​setgħa f’idhom+ u qaddishom, u jridu jaqdu bħala qassisin għalija. 42  U agħmlilhom qliezet taʼ taħt taʼ l-​għażel biex jgħattu l-​ġisem għeri.+ Għandhom ikunu twal minn ġenbejhom sa koxxtejhom. 43  U Aron u wliedu jridu jilbsuhom meta jidħlu fit-​tinda tal-​laqgħa jew meta jmorru ħdejn l-​artal biex jaqdu fil-​post qaddis, sabiex ma jiżbaljawx u jmutu. Dan hu statut għal żmien indefinit għalih u għal uliedu warajh.+

Noti taʼ taħt

F’dan il-​kapitlu “l-​iskarlat” jirreferi għaż-​żebgħa mill-​insett tal-​kukku.
Ħaġra prezzjuża mhix identifikata.