Eżodu 27:1-21

27  “U agħmel l-​artal mill-​injam taʼ l-​akaċja, it-​tul tiegħu ħames kubiti u l-​wisaʼ tiegħu ħames kubiti. L-​artal+ għandu jkun kwadru, u l-​għoli tiegħu jkun tliet kubiti.  U agħmel il-​qrun tiegħu+ fuq l-​erbaʼ kantunieri tiegħu. Il-​qrun tiegħu joħorġu minnu, u iksih bir-​ram aħmar.+  U agħmillu r-​reċipjenti biex tnaddaf l-​irmied bix-​xaħam* minn fuqu, il-​pali tiegħu, l-​iskutelli tiegħu, il-​frieket tiegħu, u r-​reċipjenti għall-​ġamar tiegħu; u tagħmel l-​għodod kollha tiegħu tar-​ram aħmar.+  U agħmillu gradilja, xibka+ tar-​ram aħmar; u fuq ix-​xibka agħmel erbaʼ ħolqiet tar-​ram aħmar fl-​erbaʼ kantunieri tagħha.  U poġġiha taħt ix-​xifer taʼ l-​artal minn ġewwa, u x-​xibka trid tasal sa nofs l-​għoli taʼ l-​artal.+  U agħmel lasti għall-​artal, u l-​lasti tiegħu jkunu taʼ l-​injam taʼ l-​akaċja, u iksihom bir-​ram aħmar.+  U l-​lasti tiegħu tgħaddihom minn ġol-​ħoloq, u l-​lasti jridu jkunu fuq iż-​żewġt iġnub taʼ l-​artal meta jinġarr.+  Tagħmlu forma taʼ kaxxa tat-​twavel, vojt minn ġewwa. Bħalma ntwerielek fuq il-​muntanja, hekk irid isir.+  “U agħmel il-​bitħa+ tat-​tabernaklu. Għan-​naħa tan-​Negeb, lejn in-​nofsinhar, il-​bitħa għandha purtieri taʼ l-​għażel fin mibrum,+ u t-​tul taʼ naħa waħda hu mitt kubitu.  10  U l-​għoxrin pilastru tagħha u l-​għoxrin pedestall bl-​ingast tagħhom huma tar-​ram aħmar. Il-​kavilji tal-​pilastri u l-​irbit tagħhom huma tal-​fidda.+ 11  Hekk, ukoll, għan-​naħa tat-​tramuntana f’dak li hu tul, il-​purtieri huma twal mitt kubitu, u l-​għoxrin pilastru tagħha u l-​għoxrin pedestall bl-​ingast tagħhom huma tar-​ram aħmar, u l-​kavilji tal-​pilastri u l-​irbit tagħhom huma tal-​fidda.+ 12  U għall-​wisaʼ tal-​bitħa, in-​naħa tal-​punent il-​purtieri huma twal ħamsin kubitu, il-​pilastri tagħhom huma għaxra u l-​pedestalli bl-​ingast tagħhom għaxra.+ 13  U l-​wisaʼ tal-​bitħa, in-​naħa tal-​lvant lejn tlugħ ix-​xemx, hi ħamsin kubitu.+ 14  U naħa waħda hemm ħmistax-il kubitu taʼ purtieri, il-​pilastri tagħhom huma tlieta u l-​pedestalli bl-​ingast tagħhom tlieta.+ 15  U n-​naħa l-​oħra hemm ħmistax-il kubitu taʼ purtieri, il-​pilastri tagħhom huma tlieta u l-​pedestalli bl-​ingast tagħhom tlieta.+ 16  “U għall-​bieb tal-​bitħa hemm purtiera tad-​daħla twila għoxrin kubitu, tal-​ħajt blu, suf miżbugħ vjola ħamrani, materjal lewn l-​iskarlat,* u għażel fin mibrum, ix-​xogħol taʼ nissieġ,+ u l-​pilastri tagħhom huma erbgħa u l-​pedestalli bl-​ingast tagħhom erbgħa.+ 17  Il-pilastri kollha tal-​bitħa dawramejt għandhom irbit tal-​fidda, u l-​kavilji tagħhom huma tal-​fidda imma l-​pedestalli bl-​ingast tagħhom tar-​ram aħmar.+ 18  It-tul tal-​bitħa hu mitt kubitu,+ u l-​wisaʼ ħamsin kubitu, u l-​għoli tal-​purtieri taʼ l-​għażel fin mibrum hu ħames kubiti, u l-​pedestalli bl-​ingast tagħhom huma tar-​ram aħmar. 19  U l-​għodod kollha tat-​tabernaklu użati fis-​servizz kollu tiegħu, u l-​imsiemer tat-​tined kollha tiegħu, u l-​imsiemer kollha tal-​bitħa huma tar-​ram aħmar.+ 20  “U int għandek tordna lil ulied Israel biex jiksbulek żejt pur minn żebbuġ misħuq għad-​dawwala, sabiex l-​imsiebaħ jinżammu mixgħulin il-​ħin kollu.+ 21  Fit-tinda tal-​laqgħa, ’il barra mill-​purtiera+ taʼ ħdejn it-​Testimonjanza, Aron u wliedu se jirranġaw id-​dawwala biex tixgħel minn fil-​għaxija sa fil-​għodu quddiem Ġeħova.+ Dan hu statut għal żmien indefinit għall-​ġenerazzjonijiet tagħhom,+ li jrid jitwettaq minn ulied Israel.+

Noti taʼ taħt

Jiġifieri, l-​injam maħruq taʼ l-​artal, imxarrab bix-​xaħam taʼ l-​annimali.
F’dan il-​kapitlu “l-​iskarlat” jirreferi għaż-​żebgħa mill-​insett tal-​kukku.