Eżodu 22:1-31

22  “Jekk raġel jisraq barri jew nagħġa u joqtolha jew ibigħha, għandu jagħti bħala kumpens ħamsa mill-​merħla tal-​barrin għall-​barri u erbgħa mill-​merħla tan-​nagħaġ għan-​nagħġa.+  (“Jekk ħalliel+ jinqabad hu u dieħel jisraq+ u jindarab u jmut, ma jkunx hemm ħtija tad-​demm minħabba fih.+  Jekk ix-​xemx tkun iddiet fuqu, ikun hemm ħtija tad-​demm minħabba fih.) “Il-​ħalliel żgur li għandu jagħti kumpens. Jekk ma jkollu xejn, irid jinbiegħ hu għall-​affarijiet li seraq.+  Jekk bla dubju l-​annimal li nsteraq , kemm jekk ikun barri, jew ħmar, jew nagħġa, jinstab f’idu ħaj, għandu jagħti d-​doppju bħala kumpens.  “Jekk raġel jikkaġuna l-​ħsara f’xi għalqa jew qasam tad-​dwieli billi jħalli l-​bhejjem tat-​tagħbija tiegħu jirgħu f’għalqa taʼ ħaddieħor, għandu jagħti bħala kumpens+ l-​aqwa prodott taʼ l-​għalqa tiegħu jew l-​aqwa prodott tal-​qasam tad-​dwieli tiegħu.  “Jekk jinfirex nar u jqabbad ix-​xewk, u jinqerdu l-​qatet jew iż-​żaraʼ wieqaf jew xi għalqa,+ dak li jqabbad in-​nar irid assolutament jagħti kumpens għal dak li nħaraq.  “Jekk raġel jagħti flus jew oġġetti lil sieħbu biex iżommhomlu,+ u jinsterqu mid-​dar tar-​raġel, jekk il-​ħalliel jinstab, dan għandu jagħti d-​doppju bħala kumpens.+  Jekk il-​ħalliel ma jinstabx, sid id-​dar irid jinġieb quddiem l-​Alla l-​veru+ biex jaraw jekk meddx idu fuq il-​ġid taʼ sieħbu.  U kwalunkwe każ taʼ ksur tal-​liġi,+ dwar barri, ħmar, nagħġa, libsa, u kwalunkwe ħaġa li tintilef u li dwarha xi ħadd jgħid, ‘Din tiegħi!’ il-​każ tagħhom it-​tnejn għandu jinġieb għand l-​Alla l-​veru.+ Lil min Alla jiddikjara li hu mill-​agħar għandu jagħti d-​doppju bħala kumpens lil sieħbu.+ 10  “Jekk raġel jagħti lil sieħbu ħmar jew barri jew nagħġa jew xi annimal domestiku biex iżommhulu, u dan imut jew jiġi mmankat jew jinsteraq u ħadd ma jkun ra xejn, 11  għandha ssir ħalfa+ b’Ġeħova bejniethom it-​tnejn li hu ma meddx idu fuq il-​proprjetà taʼ sieħbu;+ u sidhom irid jaċċettaha, u l-​ieħor m’għandux jagħti kumpens. 12  Imma jekk fil-​fatt jinsterqu mingħandu,* għandu jagħti kumpens lil sidhom.+ 13  Jekk fil-​fatt l-​annimal jitqattaʼ minn xi bhima salvaġġa,+ hu għandu jġib il-​fdalijiet bħala evidenza.+ Għal xi annimal imqattaʼ minn bhima salvaġġa hu m’għandux jagħti kumpens. 14  “Imma jekk xi ħadd jissellef bhima mingħand sieħbu,+ u din tiġi mmankata jew tmut meta sidha ma jkunx magħha, hu jrid assolutament jagħti kumpens.+ 15  Jekk sidha jkun magħha, hu m’għandux jagħti kumpens. Jekk tkun mikrija, il-​ħsara tkun inkluża fil-​kiri tagħha. 16  “Issa jekk raġel iħajjar lil xi verġni li ma tkunx mgħarrsa, u jimtedd magħha,+ żgur li jrid jiħodha bħala martu għall-​prezz tax-​xiri.+ 17  Jekk missierha jirrifjuta assolutament li jagħtihielu, irid iħallas il-​flus bir-​rata tal-​flus tax-​xiri għall-​verġni.+ 18  “Saħħara tħallihiex tgħix.+ 19  “Kulmin jimtedd maʼ bhima żgur li għandu jingħata l-​mewt.+ 20  “Min joffri sagrifiċċji lil xi alla ħlief lil Ġeħova waħdu għandu jiġi dedikat għall-​qerda.*+ 21  “U timmaltrattax lil resident barrani jew taħqru,+ għax intom kontu residenti barranin fl-​art taʼ l-​Eġittu.+ 22  “Tgħakksux lil xi armla jew tifel bla missier.+ 23  Għax jekk fil-​fatt tgħakksuh u jgħajjatli, jien bla dubju se nismaʼ l-​għajta tiegħu;+ 24  u r-​rabja tiegħi tixgħel kontrikom,+ u żgur li noqtolkom bis-​sejf, u n-​nisa tagħkom isiru romol u wliedkom subien tfal bla missier.+ 25  “Jekk tislef xi flus lil xi ħadd mill-​poplu tiegħi, lill-​magħkus li qiegħed maġenbek,+ tkunx rgħib miegħu. Tiħdulux imgħax.+ 26  “Jekk int taqbad u tieħu l-​libsa t’għajrek bħala rahan,+ għandek tagħtihielu lura maʼ nżul ix-​xemx. 27  Għax dik biss għandu biex jitgħatta.+ Hi l-​mantell tiegħu għal ġismu. Biex se jimtedd? U jiġri li hu jgħajjatli, u jien żgur li se nisimgħu, għaliex jien grazzjuż.+ 28  “Tgħidx affarijiet ħżiena dwar Alla+ u lanqas tisħet lil xi kap ewlieni fost niesek.+ 29  “Toqgħodx taħsibha biex tagħti mill-​ħsad sħiħ tiegħek u mill-​għasir imfawwar tiegħek.+ L-​ewwel imwieled minn uliedek subien għandek tagħtih lili.+ 30  Hekk għandek tagħmel bil-​barri tiegħek u bin-​nagħġa tiegħek:+ Sebat ijiem tħallihom m’ommhom.+ Fit-​tmien jum għandek tagħtihomli. 31  “U għandkom turu li intom nies qaddisin għalija;+ u tiklux laħam li jkun tqattaʼ minn xi bhima salvaġġa fir-​rabaʼ.+ Itfgħuh lill-​klieb.+

Noti taʼ taħt

B’mod evidenti minħabba traskuraġni jew ċirkustanzi li setgħu ġew evitati.
Il-kelma Ebrajka tirreferi għal li xi ħaġa jew xi ħadd ikun dedikat lil Alla b’mod li ma jistax jitħassar u mingħajr ma jkun jistaʼ jiġi mifdi, u b’hekk jiġi separat għal użu sagru, imma spiss għal qerda kompleta.