Eżodu 2:1-25

2  Sadanittant, ċertu raġel minn dar Levi mar u ħa waħda mill-​bniet taʼ Levi.+  U l-​mara ħarġet tqila u wildet iben. Meta rat kemm kien sbejjaħ, żammitu moħbi+ għal tliet xhur qamrin.+  Meta ma setgħetx taħbih iktar,+ ħadet kaxxa* tal-​papiru u ksietha bil-​qatran u biż-​żift+ u poġġiet it-​tifel fiha u qegħditha qalb il-​qasab+ qrib ix-​xatt tax-​xmara Nil.  Barra minn hekk, oħtu qagħdet ftit ’il bogħod biex tara x’se jsir minnu.+  Wara ftit niżlet bint il-​Fargħun biex tinħasel fix-​Xmara Nil, u l-​qaddejja nisa tagħha kienu mexjin mal-​ġenb tax-​Xmara Nil. U hi lemħet il-​kaxxa f’nofs il-​qasab. Fil-​pront bagħtet lill-​ilsira tagħha biex iġġibhielha.+  Meta fetħitha rat it-​tarbija, u, ara, it-​tifel kien qed jibki. Hi tħassritu,+ għalkemm qalet: “Dan wieħed minn ulied l-​Ebrej.”  Imbagħad oħtu qalet lil bint il-​Fargħun: “Tridx immur insejjaħlek mara li treddaʼ min-​nisa Ebrej biex treddagħlek it-​tifel?”  Għalhekk, bint il-​Fargħun wiġbitha: “Mur!” Minnufih it-​tfajla marret u sejħet lil omm it-​tifel.+  Bint il-​Fargħun imbagħad qaltilha: “Ħu lil dan it-​tifel miegħek u reddagħhuli, u jien inħallsek.”+ Għaldaqstant, il-​mara ħadet it-​tifel u reddgħetu. 10  U t-​tifel kiber. Imbagħad ġabitu għand bint il-​Fargħun, u b’hekk sar bħal iben għaliha;+ u semmietu Mosè* u qalet: “Għaliex tellajtu mill-​ilma.”+ 11  Issa ġara li, hekk kif kien qed isir b’saħħtu, Mosè ħareġ ħdejn ħutu biex jara t-​tagħbijiet li kienu qed iġorru;+ u lemaħ lil wieħed Eġizzjan isawwat lil wieħed minn ħutu l-​Ebrej.+ 12  Għalhekk, ħares madwaru u ra li ma kien hemm ħadd. Imbagħad qatel lill-​Eġizzjan u ħbieh fir-​ramel.+ 13  Madankollu, l-​għada ħareġ, u, ara, kien hemm żewġt irġiel Ebrej jissieltu maʼ xulxin. Għalhekk, hu qal lil dak li kellu t-​tort: “Għala għandek issawwat lil sieħbek?”+ 14  U dak wieġbu: “Min ħatrek bħala prinċep u mħallef fuqna?+ Jaqaw bi ħsiebek toqtolni bħalma qtilt lill-​Eġizzjan?”+ Mosè issa beżaʼ u qal: “Żgur li din il-​ħaġa saret magħrufa!”+ 15  Wara dan, il-​Fargħun semaʼ b’din il-​ħaġa, u pprova joqtol lil Mosè;+ imma Mosè ħarab+ mill-​Fargħun sabiex jgħammar fl-​art taʼ Midjan;+ u qagħad bil-​qiegħda ħdejn bir. 16  Issa l-​qassis+ taʼ Midjan kellu sebat ibniet, u bħas-​soltu dawn ġew itellgħu l-​ilma u mlew il-​ħwat biex jisqu l-​merħla taʼ missierhom.+ 17  U bħas-​soltu ġew ir-​rgħajja u keċċewhom. X’ħin ra dan, Mosè qam u għen lin-​nisa u sqielhom il-​merħla tagħhom.+ 18  Għalhekk, meta marru d-​dar għand missierhom Regħwel,+ dan staqsiehom: “Kif ġejtu d-​dar daqshekk malajr illum?” 19  Huma wiġbuh: “Wieħed Eġizzjan+ ħelisna minn id ir-​rgħajja u, barra minn hekk, saħansitra tellgħalna l-​ilma sabiex jisqi l-​merħla.” 20  Imbagħad hu qal lill-​bniet tiegħu: “Imma fejn hu? Għala ħallejtuh warajkom ir-​raġel? Sejħulu, sabiex jiekol biċċa ħobż.”+ 21  Wara dan, Mosè wera li kien lest li jgħammar mar-​raġel, u dan ta lil bintu Sefora+ lil Mosè. 22  Iktar tard hi wildet iben u hu semmieh Gersom,*+ għaliex qal: “Sirt resident barrani f’art barranija.”+ 23  U ġara li, matul dak iż-​żmien, is-​sultan taʼ l-​Eġittu fl-​aħħar miet,+ imma wlied Israel baqgħu jitniehdu minħabba l-​jasar u jgħajtu minħabba n-​niket,+ u l-​għajta tagħhom għall-​għajnuna minħabba l-​jasar baqgħet tielgħa għand l-​Alla l-​veru.+ 24  U Alla semaʼ+ l-​krib tagħhom+ u Alla ftakar fil-​patt tiegħu m’Abraham, Iżakk, u Ġakobb.+ 25  Għalhekk, Alla ħares lejn ulied Israel u Alla ta kashom.

Noti taʼ taħt

Jew, “arka.” F’vers 5 wkoll.
Ifisser “Imtellaʼ; Salvat mill-​Ilma.”
Ifisser “Resident Barrani Hemmhekk.”