Eżodu 15:1-27

15  Dakinhar Mosè u wlied Israel għannew din l-​għanja lil Ġeħova u qalu dan li ġej:+“Ħa ngħannilu lil Ġeħova, għax kbira hi l-​glorja tiegħu.+Iż-​żiemel u r-​rikkieb tiegħu xeħithom fil-​baħar.+   Saħħti u setegħti hu Jah,*+ ladarba hu jsalvani.+Dan hu Alla tiegħi, u lilu jien se nfaħħar;+ Alla taʼ missieri,+ u lilu jien se ngħolli.+   Ġeħova hu persuna tal-​gwerra.+ Ġeħova hu ismu.+   Il-karrijiet tal-​Fargħun u l-​qawwiet militari tiegħu xeħithom fil-​baħar,+U l-​aqwa fost il-​gwerriera tiegħu ġew mgħarrqin fil-​Baħar l-​Aħmar.+   L-ilmijiet għoljin għattewhom;+ ’l isfel niżlu fil-​fond bħal ġebla.+   Idek il-​leminija, O Ġeħova, hi maestuża fil-​qawwa,+Idek il-​leminija, O Ġeħova, tistaʼ tfarrak lill-​għadu.+   Tant int kbir li tistaʼ ġġarraf lil dawk li jqumu kontrik;+Int tibgħat ir-​rabja taħraq tiegħek, u din tiblagħhom bħal tiben.*+   U b’nifs minn imnifsejk+ inġemgħu l-​ilmijiet;Waqfu bħal ilqugħ taʼ l-​għargħar;L-​ilmijiet għoljin għaqdu fil-​qalba tal-​baħar.   Qal l-​għadu, ‘Niġri għal warajhom!+ Nilħaqhom!+Inqassam il-​priża!+ Ruħi timtela bihom!Nislet sejfi! Idi teqridhom!’+ 10  Infaħt b’nifsek,+ u l-​baħar għattiehom;+Għerqu bħaċ-​ċomb f’ilmijiet maestużi.+ 11  Min fost l-​allat hu bħalek, O Ġeħova?+Min hu bħalek, turi li int suprem fil-​qdusija?+Int, Dak li għandhom jibżgħu minnek+ u jfaħħruk b’għanjiet,+ int li qed tagħmel il-​meravilji.+ 12  Meddejt idek il-​leminija,+ u l-​art belgħethom.+ 13  Int bil-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek mexxejt lill-​poplu li fdejt;+Int bis-​saħħa tiegħek se tieħdu lejn il-​post qaddis fejn tgħammar int.+ 14  Il-popli jkollhom jisimgħu,+ se jkunu inkwetati;+Uġigħ tal-​ħlas+ jaqbadhom l-​abitanti tal-​Filistja. 15  Dakinhar ix-​xejikki t’Edom se jitħawdu;It-​tiranni taʼ Mowab taqbadhom ir-​rogħda.+L-​abitanti kollha taʼ Kangħan jaqtgħu qalbhom.+ 16  Biżaʼ u tkexkix jaqgħu fuqhom.+Minħabba l-​kobor taʼ driegħek ma jitħarrkux, bħal ġebla,Sakemm jgħaddi l-​poplu tiegħek,+ O Ġeħova,Sakemm jgħaddi+ l-​poplu li nissilt int.+ 17  Iġġibhom u tħawwilhom fuq il-​muntanja taʼ wirtek,+Post stabbilit li int lestejt għalik biex toqgħod fih,+ O Ġeħova,Santwarju,+ O Ġeħova, li bnew idejk. 18  Ġeħova se jaħkem bħala sultan għal żmien indefinit, iva, għal dejjem.+ 19  Meta ż-​żwiemel tal-​Fargħun+ bil-​karrijiet tal-​gwerra tiegħu u bis-​suldati tal-​kavallerija tiegħu daħlu fil-​baħar,+Ġeħova reġġaʼ lura l-​ilmijiet tal-​baħar għal fuqhom,+Waqt li wlied Israel imxew fuq art niexfa minn ġo nofs il-​baħar.”+ 20  U Mirjam il-​profetessa, oħt Aron,+ ħadet tanburlin f’idha;+ u n-​nisa kollha ħarġu magħha bit-​tanburlini u biż-​żfin.+ 21  U Mirjam bdiet twieġeb lill-​irġiel:+ “Għannu lil Ġeħova,+ għax kbira hi l-​glorja tiegħu.+Iż-​żiemel u r-​rikkieb tiegħu xeħithom fil-​baħar.”+ 22  Iktar tard Mosè ġiegħel lill-​Israelin jitilqu mill-​Baħar l-​Aħmar u huma ħarġu fix-​xagħri taʼ Sur+ u mxew għal tlett ijiem fix-​xagħri, imma ma sabux ilma.+ 23  Imbagħad waslu Marah,+ imma ma setgħux jixorbu l-​ilma minn Marah għax kien morr. Huwa għalhekk li semmieh Marah.*+ 24  U n-​nies bdew igergru kontra Mosè,+ u qalulu: “X’se nixorbu?” 25  Imbagħad hu għajjat lil Ġeħova.+ Għalhekk, Ġeħova wrieh siġra, u hu xeħitha fl-​ilma u l-​ilma sar ħelu.+ Hemmhekk Hu stabbilixxa għalihom regolament u każ fuqiex jibbażaw il-​ġudizzju, u hemmhekk għaddiehom minn prova.+ 26  U ssokta jgħidilhom: “Jekk tassew tismaʼ minn leħen Ġeħova Alla tiegħek u tagħmel dak li hu sewwa f’għajnejh u tagħti widen għall-​kmandamenti tiegħu u tħares ir-​regolamenti kollha tiegħu,+ ma nġib fuqek ebda waħda mill-​mard li ġibt fuq l-​Eġizzjani;+ għaliex jien Ġeħova li qed infejqek.”+ 27  Imbagħad waslu Elim, fejn kien hemm tnax-il għajn taʼ l-​ilma u sebgħin siġra tal-​palm.+ Għalhekk, waqqfu l-​kamp hemmhekk ħdejn l-​ilma.

Noti taʼ taħt

Din hi l-​ewwel darba li tidher “Jah,” il-​forma mqassra taʼ l-​isem “Ġeħova,” u li tidher f’ħafna ismijiet li nsibu fil-​Bibbja.
Letteralment, “qasbija.” Ara Eżo 5:12, in-​nota taʼ taħt.
Ifisser “Imrar.”