Eżodu 13:1-22

13  U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu:  “Qaddisli kull l-​ewwel imwieled tas-​sess maskil li jiftaħ kull ġuf minn fost ulied Israel, fost il-​bnedmin u l-​bhejjem. Ikun tiegħi.”+  U Mosè ssokta jgħid lin-​nies: “Ħa jkun hemm tifkira taʼ dan il-​jum li fih ħriġtu mill-​Eġittu,+ minn dar l-​ilsiera, għaliex kien bis-​saħħa taʼ idu li Ġeħova ħariġkom minn hawnhekk.+ Għalhekk, xejn imħemmer ma jistaʼ jittiekel.+  Illum intom ħerġin fix-​xahar taʼ Abib.+  U jrid iseħħ li meta Ġeħova jkun daħħlek fl-​art tal-​Kangħanin, tal-​Ħittin, taʼ l-​Amurrin, tal-​Ħiwwin, u tal-​Ġebusin,+ l-​art li ħalef lil missirijietek li jagħtik,+ art li tnixxi ħalib u għasel,+ imbagħad trid twettaq dan l-​att taʼ qima f’dan ix-​xahar.  Għal sebat ijiem trid tiekol ħobż bla ħmira,+ u fis-​sebaʼ jum tagħmel festa lil Ġeħova.+  Ħobż bla ħmira jrid jittiekel għas-​sebat ijiem;+ u xejn imħemmer m’għandu jidher għandek,+ u ebda għaġina mħemmra* m’għandha tidher għandek ’il ġewwa mill-​fruntieri kollha tiegħek.+  U dakinhar trid tkellem lil ibnek u tgħidlu, ‘Hu minħabba dak li Ġeħova għamel miegħi meta jien ħriġt mill-​Eġittu.’+  U dan irid iservi għalik bħala sinjal fuq idek u bħala tifkira bejn għajnejk,+ sabiex il-​liġi taʼ Ġeħova tkun ġo fommok;+ għax kien b’id b’saħħitha li Ġeħova ħarġek mill-​Eġittu.+ 10  U trid tħares dan l-​istatut fiż-​żmien stabbilit għalih minn sena għal sena.+ 11  “U jrid iseħħ li meta Ġeħova jdaħħlek fl-​art tal-​Kangħanin,+ sewwasew bħalma ħalef lilek u lil missirijietek,+ u meta jagħtihielek, 12  imbagħad lil Ġeħova trid tiddedikalu lil kulmin jiftaħ il-​ġuf+ u lil kull l-​ewwel ferħ taʼ bhima,+ li jsir tiegħek. L-​ewwel imweldin tas-​sess maskil ikunu taʼ Ġeħova.+ 13  U lil kull l-​ewwel ferħ taʼ ħmar trid tifdih b’nagħġa, u jekk ma tifdihx, trid tiksirlu għonqu.+ U trid tifdi wkoll lil kull l-​ewwel imwieled fost uliedek.+ 14  “U jrid iseħħ li fil-​każ li ibnek jistaqsik iktar tard+ u jgħidlek, ‘Dan xi jfisser?’ int trid tgħidlu, ‘Bis-​saħħa taʼ idu Ġeħova ħariġna mill-​Eġittu,+ minn dar l-​ilsiera.+ 15  U ġara li l-​Fargħun webbes rasu u ma riedx jibgħatna,+ u Ġeħova qatel lil kull l-​ewwel imwieled fl-​art taʼ l-​Eġittu,+ mill-​ewwel imwieled tal-​bniedem sa l-​ewwel imwieled tal-​bhejjem.+ Huwa għalhekk li qed noffri lil Ġeħova dawk kollha tas-​sess maskil li jiftħu l-​ġuf,+ u nifdi lil kull l-​ewwel imwieled minn uliedi.’+ 16  U dan irid iservi bħala sinjal fuq idek u bħala strixxa fuq ġbinek bejn għajnejk,+ għaliex bis-​saħħa taʼ idu Ġeħova ħariġna mill-​Eġittu.”+ 17  U ġara li, meta l-​Fargħun bagħat lin-​nies, Alla m’għaddihomx mit-​triq li tagħti għall-​art tal-​Filistin sempliċement għaliex kienet qrib, għax Alla qal: “Għandu mnejn li l-​poplu jiddispjaċih meta jara l-​gwerra u jerġaʼ lura lejn l-​Eġittu.”+ 18  Għaldaqstant, Alla ġiegħel lin-​nies jiħduha bid-​dawra mit-​triq li tagħti għax-​xagħri tal-​Baħar l-​Aħmar.+ U wlied Israel ħarġu mill-​art taʼ l-​Eġittu mqassmin għall-​battalja.*+ 19  U Mosè ħa miegħu l-​għadam taʼ Ġużeppi, għaliex dan kien ġiegħel lil ulied Israel jaħilfu solennement, u qalilhom: “Alla żgur li se jdawwar l-​attenzjoni tiegħu lejkom,+ u tridu toħorġu għadmi minn hawnhekk magħkom.”+ 20  U telqu minn Sukkot u kkampjaw f’Etam f’tarf ix-​xagħri.+ 21  U Ġeħova għadda quddiemhom bi nhar f’kolonna tas-​sħab sabiex imexxihom fit-​triq,+ u bil-​lejl f’kolonna tan-​nar ħalli jagħtihom id-​dawl biex jimxu bi nhar u bil-​lejl.+ 22  Il-kolonna tas-​sħab ma kinitx titlaq minn quddiem in-​nies bi nhar u lanqas il-​kolonna tan-​nar bil-​lejl.+

Noti taʼ taħt

Ara Eżo 12:15, in-​nota taʼ taħt.
X’aktarx bħal armata mqassma f’ħames partijiet, l-​għassa taʼ quddiemnett, l-​għassa taʼ waranett, it-​taqsima prinċipali, u ż-​żewġ taqsimiet tal-​ġnub.