Eżodu 11:1-10

11  U Ġeħova qal lil Mosè: “Kastig ieħor se nġib fuq il-​Fargħun u l-​Eġittu. Imbagħad jibgħatkom minn hawnhekk.+ Meta jibgħatkom għalkollox, letteralment ikeċċikom ’il barra minn hawnhekk.+  Kellem, issa, lin-​nies biex jisimgħuk, sabiex kull raġel jitlob mingħand sieħbu u kull mara titlob mingħand seħbitha oġġetti tal-​fidda u oġġetti tad-​deheb.”+  Għaldaqstant, Ġeħova lin-​nies tahom li jsibu l-​ħniena f’għajnejn l-​Eġizzjani.+ Ukoll, fl-​art taʼ l-​Eġittu r-​raġel Mosè kien kbir ħafna f’għajnejn il-​qaddejja tal-​Fargħun u f’għajnejn in-​nies.+  U Mosè ssokta jgħid: “Hekk qal Ġeħova, ‘Għal xi nofsillejl se noħroġ f’nofs l-​Eġittu,+  u kull l-​ewwel imwieled+ fl-​art taʼ l-​Eġittu se jmut, mill-​ewwel imwieled tal-​Fargħun, li qiegħed fuq it-​tron tiegħu, sa l-​ewwel imwieled tal-​qaddejja, li qed iddawwar il-​mitħna, u kull l-​ewwel imwieled tal-​bhejjem.+  U jkun hemm għajat kbir fl-​art kollha taʼ l-​Eġittu, li bħalu la qatt kien hawn, u lanqas qatt ikun hawn.+  Imma għal ebda wieħed minn ulied Israel ma jinbaħ kelb, la għall-​bniedem u lanqas għall-​bhima;+ sabiex intom tkunu tafu li Ġeħova jistaʼ jagħmel distinzjoni bejn l-​Eġizzjani u wlied Israel.’+  U dawn il-​qaddejja kollha tiegħek żgur li se jinżlu għandi u jinxteħtu fl-​art quddiemi+ u jgħidu, ‘Mur, int u l-​poplu kollu li jimxi warajk.’ U wara dan noħroġ jien.” Imbagħad ħareġ mingħand il-​Fargħun b’saħna kbira fuqu.  Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè: “Il-​Fargħun mhux se jagħtikom widen,+ sabiex il-​mirakli tiegħi jiżdiedu fl-​art taʼ l-​Eġittu.”+ 10  U Mosè u Aron wettqu dawn il-​mirakli kollha quddiem il-​Fargħun;+ imma Ġeħova kien iħalli lill-​Fargħun iwebbes qalbu, u b’hekk dan ma kienx jibgħathom lil ulied Israel mill-​art tiegħu.+

Noti taʼ taħt