Eżekjel 9:1-11

9  U għajjat b’leħen qawwi li smajtu b’widnejja, u qal: “Ħa jersqu dawk li se jikkastigaw il-​belt, kull wieħed bl-​arma tiegħu f’idu biex iġib ħerba!”  U, ara! Kien hemm sitt irġiel ġejjin min-​naħa tal-​bieb taʼ fuq+ li jħares lejn it-​tramuntana, u kull wieħed minnhom kellu l-​arma tiegħu f’idu biex ifarrak biha. Magħhom kien hemm raġel liebes l-​għażel,+ u kellu l-​kaxxa tal-​kitba taʼ segretarju fuq ġenbu, u dawn daħlu u waqfu ħdejn l-​artal tar-​ram aħmar.+  U l-​glorja taʼ l-​Alla taʼ Israel+ intrefgħet minn fuq il-​kerubini+ li kienet fuqhom u marret lejn l-​għatba tad-​dar,+ u hu beda jsejjaħ lir-​raġel liebes l-​għażel+ u li fuq ġenbu kellu l-​kaxxa tal-​kitba taʼ segretarju.  U Ġeħova kompla jgħidlu: “Għaddi minn nofs il-​belt, minn nofs Ġerusalemm, u agħmel marka fuq ġbin dawk li qed jitniehdu u jokorbu+ minħabba l-​affarijiet mistkerrhin kollha li qed isiru f’nofsha.”+  U lill-​oħrajn qalilhom, u dan smajtu b’widnejja: “Għaddu mill-​belt warajh u idorbu. Tħallux lil għajnejkom tiġihom ħasra, u tagħdrux.+  Ix-xiħ, iż-​żagħżugħ u l-​verġni u t-​tifel żgħir u n-​nisa,+ oqtluhom—sakemm teqirduhom. Imma kulmin ikollu fuqu l-​marka tersqux lejh,+ u tridu tibdew mis-​santwarju tiegħi.”+ Għalhekk, bdew mill-​irġiel xjuħ li kienu quddiem id-​dar.+  U qalilhom ukoll: “Niġġsu d-​dar u imlew il-​btieħi bil-​maqtulin.+ Oħorġu!” U ħarġu u bdew jidorbu fil-​belt.  U ġara li waqt li kienu qed jidorbu u bqajt jien waħdi, inxtħett wiċċi fl-​art+ u bdejt ngħajjat u ngħid: “Jaħasra,+ O Mulej Sovran Ġeħova! Kollha se teqridhom lil dawk li fadal minn Israel int u tferraʼ l-​korla tiegħek fuq Ġerusalemm?”+  Għalhekk, qalli: “L-​iżball taʼ dar Israel u Ġuda+ hu kbir ħafna u ħafna,+ u l-​pajjiż mimli bit-​tixrid taʼ demm+ u l-​belt mimlija tagħwiġ;+ għax qalu, ‘Ġeħova ħalla l-​pajjiż,+ u Ġeħova mhux qed jara.’+ 10  Mela jien ukoll, mhux se nħalli lil għajnejja tiġihom ħasra,+ u lanqas ma se nuri mogħdrija.+ Triqithom inġibha fuq rashom stess.”+ 11  U, ara, ir-​raġel liebes l-​għażel, u li fuq ġenbu kellu l-​kaxxa tal-​kitba, ġie lura jirrapporta u jgħid: “Għamilt eżatt kif ikkmandajtni.”+

Noti taʼ taħt