Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Eżekjel 7:1-27

7  U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi tgħid:  “U int, O bin il-bniedem, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova lill-art taʼ Israel, ‘Ġie tmiem, it-tmiem, fuq l-erbat itruf tal-pajjiż.+  Issa t-tmiem hu fuqek,+ u se nibgħat ir-rabja tiegħi kontrik, u se niġġudikak skond triqatek+ u nġib fuqek l-affarijiet mistkerrhin kollha tiegħek.  U għajnejja ma jitħassrukx,+ u ma nagħdrekx, għax triqatek inġibhom fuqek stess, u l-affarijiet mistkerrhin tiegħek jiġu f’nofsok;+ u intom se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova.’+  “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Ġej gwaj, gwaj mhux tas-soltu. Ara, ġej!+  Ġej tmiem.+ It-tmiem ġej; se jistenbaħ biex jiġi għalik. Ara! Ġej.+  Il-girlanda tal-gwaj ġejja għandek, O abitant tal-pajjiż, iż-żmien se jasal, il-jum fil-qrib.+ Hemm konfużjoni minflok l-għajat tal-muntanji.  “‘Issa dalwaqt inferraʼ l-korla tiegħi fuqek,+ u ntemm ir-rabja tiegħi fuqek,+ u niġġudikak skond triqatek+ u l-affarijiet mistkerrhin kollha tiegħek inġibhom fuqek.  U għajnejja ma jitħassrukx+ u ma nagħdrekx.+ Triqatek se nġibhom fuqek stess, u l-affarijiet mistkerrhin tiegħek se jiġu f’nofsok;+ u intom se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova, dak li qed insawwatkom.+ 10  “‘Ara! Il-jum! Ara! Ġej.+ Il-girlanda tal-gwaj ħarġet.+ Il-ħatar warrad.+ Il-prużunzjoni nibtet.+ 11  Il-vjolenza kibret u saret ħatar tal-ħażen.+ U la l-għana tagħhom, la huma nfushom, u lanqas il-prominenza tagħhom ma se jeħilsuhom mill-kastig. 12  Iż-żmien ġej, il-jum se jasal. U ħa ma jifraħx ix-xerrej;+ u ħa ma jitnikkitx il-bejjiegħ, għax is-saħna qiegħda kontra l-kotra tagħhom kollha. 13  Għax il-bejjiegħa mhux se jerġgħu lura għal dak li biegħu, waqt li jkunu għadhom ħajjin; għax il-viżjoni hi għall-kotra tagħhom kollha. Ħadd ma jerġaʼ lura, u ħadd ma jistaʼ jsalva ħajtu bl-iżball li jagħmel. 14  “‘Daqqew it-trumbetta+ u kulħadd ipprepara ruħu, imma ħadd m’hu sejjer għall-battalja, għax is-saħna tiegħi qiegħda kontra l-kotra tagħhom kollha.+ 15  Is-sejf+ qiegħed barra, u l-pesta u l-ġuħ ġewwa.+ Kulmin ikun fl-għalqa jmut bis-sejf, u kulmin ikun fil-belt jinbelaʼ mill-ġuħ u l-pesta.+ 16  U l-maħrubin tagħhom jaħarbu+ u fuq il-muntanji jsiru bħall-ħamiem tal-widien,+ li kollha jokorbu, kull wieħed minħabba l-iżball tiegħu. 17  U l-idejn kollha jintelqu;+ u l-irkopptejn kollha jqattru l-ilma.*+ 18  U huma tħażżmu bl-ilbies taʼ l-ixkora,+ u nksew bir-rogħda;+ u fuq l-uċuħ kollha tidher il-mistħija+ u rjushom kollha qargħin.+ 19  “‘Fit-toroq għad jitfgħu l-fidda tagħhom, u d-deheb tagħhom għad isir xi ħaġa mistmerra. La l-fidda u lanqas id-deheb tagħhom ma se jkunu jistgħu jeħilsuhom f’jum il-qilla taʼ Ġeħova.+ Ruħhom ma jxebbgħuhiex, u msarinhom ma jimlewhomx, għax dan sar tfixkil għalihom u kkaġuna l-iżball tagħhom.+ 20  Tkabbru bil-ġmiel tat-tiżjin tagħhom; huma użaw il-fidda u d-deheb biex jagħmlu xbihat mistkerrhin,+ l-affarijiet moqżieża tagħhom.+ Għalhekk, nagħmilhomlhom ħaġa mistmerra għalihom.+ 21  U nagħtihom f’id l-istranġieri biex jaħtfuhomlhom u lill-ħżiena taʼ l-art biex jiħduhomlhom bħala priża,+ u jipprofanawhom. 22  “‘U jkolli ndawwar wiċċi lil hinn minnhom,+ u huma jipprofanaw il-post moħbi tiegħi, u fih jidħlu l-ħallelin u jipprofanawh.+ 23  “‘Agħmel il-katina,+ għax il-pajjiż imtela b’ġudizzju mtebbaʼ bid-demm+ u l-belt imtliet bil-vjolenza.+ 24  U jien indaħħal l-agħar nies tal-ġnus,+ u huma jiħdulhom djarhom,+ u ntemm il-kburija taʼ dawk b’saħħithom,+ u s-santwarji tagħhom jiġu profanati.+ 25  Ikun hemm diqa, u jipprovaw ifittxu l-paċi imma ma jkun hemm ebda paċi.+ 26  Jiġi għawġ fuq għawġ,+ u jkun hemm rapport fuq rapport, u n-nies ifittxu viżjoni mingħand profeta,+ u l-liġi tgħib mingħand il-qassis u l-pariri mingħand ix-xjuħ.+ 27  Is-sultan stess ikun imnikket;+ u kap ewlieni jinħakem mid-disprament,+ u minħabba t-taħwid idejn in-nies tal-pajjiż jitriegħdu. Jien naġixxi magħhom skond triqithom,+ u bil-ġudizzji tagħhom niġġudikahom;+ u se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova.’”+

Noti taʼ taħt

Jiġifieri, għax jagħmlu taħthom bil-biżaʼ.