Eżekjel 6:1-14

6  U l-​kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid:  “Bin il-​bniedem, dawwar wiċċek lejn il-​muntanji taʼ Israel u pprofetizzalhom.+  Għidilhom, ‘O muntanji taʼ Israel, isimgħu l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova:+ Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova lill-​muntanji u lill-​għoljiet,+ lin-​nixxigħat u lill-​widien: “Hawn jien! Se nġib fuqkom sejf, u se neqred il-​postijiet għall-​qima* tagħkom.+  U l-​artali tagħkom iridu jiġu abbandunati+ u l-​artali taʼ l-​inċens jitkissru, u se nwaqqaʼ lill-​maqtulin tagħkom quddiem l-​idoli tagħkom moqżieża daqs id-​demel.+  U nqiegħed l-​iġsma mejtin taʼ wlied Israel quddiem l-​idoli tagħhom moqżieża daqs id-​demel, u nxerred għadamkom madwar l-​artali tagħkom.+  Kulfejn tgħammru,+ blietkom isiru ħerba+ u l-​postijiet għall-​qima jiġu abbandunati, sabiex jibqgħu ħerba+ u l-​artali tagħkom jibqgħu abbandunati u jitkissru+ u l-​idoli tagħkom moqżieża daqs id-​demel jintemmu+ u l-​artali tagħkom taʼ l-​inċens jitkissru+ u xogħol idejkom jinqered.  U l-​maqtulin se jaqgħu f’nofskom,+ u intom se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova.*+  “‘“U meta jseħħ dan, jien inħallilkom bħala fdal lil dawk li jaħarbu mis-​sejf fost il-​ġnus, meta tixterdu mal-​pajjiżi.+  U dawk fostkom li jaħarbu żgur se jiftakruni fost il-​ġnus fejn ikunu ttieħdu fil-​jasar,+ għax qasmuli qalbi peress li l-​qalb żienja tagħhom warrbet minni+ u għajnejhom qed jiġru wara l-​idoli tagħhom moqżieża daqs id-​demel biex jiżnu magħhom;+ u minn wiċċhom ikun jidher li qed jistkerrhu lilhom infushom minħabba l-​affarijiet ħżiena li għamlu bl-​affarijiet mistkerrhin kollha tagħhom.+ 10  U se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova; ma tkellimtx għalxejn meta għedt+ li nġib fuqhom dan il-​gwaj.”’+ 11  “Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘Ċapċpu idejkom+ u sabbtu saqajkom, u għidu: “Jaħasra!” minħabba l-​affarijiet ħżiena u mistkerrhin kollha taʼ dar Israel,+ għax bis-​sejf,+ bil-​ġuħ+ u bil-​pesta għad jaqgħu.+ 12  U dak li jkun ’il bogħod+ imut bil-​pesta; u dak li jkun viċin jaqaʼ bis-​sejf; u dak li jkun baqaʼ u ħelisha jmut bil-​ġuħ, u jien intemm il-​korla tiegħi fuqhom.+ 13  U se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova,+ meta l-​maqtulin tagħhom ikunu qalb l-​idoli tagħhom moqżieża daqs id-​demel,+ madwar l-​artali tagħhom,+ fuq kull għolja,+ fuq il-​qċaċet kollha tal-​muntanji+ u taħt kull siġra tħaddar+ u taħt kull siġra kbira b’ħafna weraq,+ il-​post fejn offrew riħa pjaċevoli* lill-​idoli kollha tagħhom moqżieża daqs id-​demel.+ 14  U mmidd idi fuqhom+ u lil arthom nagħmilha art abbandunata, abbandunata iktar mix-​xagħri lejn Dibla, kulfejn jgħammru. U se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova.’”

Noti taʼ taħt

Letteralment, “postijiet fl-​għoli.” Ara Le 26:30, in-​nota taʼ taħt.
L-ewwel darba minn iktar minn 60 darba li tidher din il-​frażi f’Eżekjel, li tirreferi għat-​taqdis taʼ isem Ġeħova fuq l-​art.
Letteralment, “riħa li sserraħ.”