Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Eżekjel 5:1-17

5  “U int, O bin il-bniedem, ħu sejf jaqtaʼ. Użah bħal mus taʼ barbier, u għaddih fuq rasek u fuq id-daqna tiegħek,+ u aqbad miżien u qassam ix-xagħar f’porzjonijiet.  Terz taħarqu fin-nar f’nofs il-belt malli jgħaddu jiem l-assedju.+ Imbagħad tieħu terz ieħor. U tidorbu bix-xabla madwar il-belt kollha,+ u l-aħħar terz ixxerrdu mar-riħ, u jien nislet is-sejf għal warajhom.+  “U ħu ftit minn taʼ l-aħħar u geżwru fi djulek.+  U minn dan ħu ftit ieħor u itfgħu qalb in-nar u aħarqu fin-nar. Minn dan in-nar se jinfirex nar maʼ dar Israel kollha.+  “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Din hi Ġerusalemm. Qegħedtha f’nofs il-ġnus, imdawra bil-pajjiżi.  U hi aġixxiet b’mod ribelluż kontra d-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi u b’ħażen akbar minn tal-ġnus,+ u kontra l-istatuti tiegħi iktar mill-pajjiżi kollha taʼ madwarha, għax ċaħdu d-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi u ma mxewx maʼ l-istatuti tiegħi.’+  “Għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Talli rribellajtu+ iktar mill-ġnus kollha taʼ madwarkom, billi ma mxejtux maʼ l-istatuti tiegħi u ma wettaqtux id-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi;+ imma għamiltu skond id-deċiżjonijiet ġudizzjarji tal-ġnus taʼ madwarkom,+  mela hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Ara, jien kontrik, O belt, iva, jien,+ u se nwettaq f’nofsok id-deċiżjonijiet ġudizzjarji quddiem għajnejn il-ġnus.+  U fik nagħmel dak li m’għamiltx u li m’iniex se nerġaʼ nagħmel bħalu, minħabba l-affarijiet mistkerrhin kollha li għamilt int.+ 10  “‘“Għalhekk, ikun hemm missirijiet li jieklu ’l uliedhom f’nofsok,+ u wlied li jieklu lil missirijiethom, u jien inwettaq fik atti taʼ ġudizzju u nxerred maʼ kull riħ lil dawk kollha li jibqaʼ minnek.”’+ 11  “‘Għalhekk, daqskemm jien ħaj,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘żgur li talli kien is-santwarju tiegħi li int niġġist bil-qżiżijiet+ u bl-affarijiet mistkerrhin kollha tiegħek,+ inkun jien li nnaqqas l-għadd tiegħek+ u għajnejja ma jitħassrukx+ u ma nurikx mogħdrija.+ 12  Terz minnek—bil-pesti jmutu,+ u bil-ġuħ jintemmu f’nofsok.+ U terz ieħor—bis-sejf jaqgħu madwarek. U l-aħħar terz inxerridhom maʼ kull riħ,+ u nislet sejf għal warajhom.+ 13  U r-rabja tiegħi tintemm+ u jien inberred il-korla tiegħi għalihom+ u nitfarraġ;+ u jkollhom ikunu jafu li jien, Ġeħova, tkellimt għax ninsisti għal devozzjoni esklużiva,+ meta ntemm il-korla tiegħi fuqhom. 14  “‘U nagħmlek ħerba u oġġett taʼ żebliħ fost il-ġnus kollha taʼ madwarek quddiem għajnejn kulmin jgħaddi minn ħdejk.+ 15  U int issir oġġett taʼ żebliħ+ u taʼ tgħajjir,+ eżempju taʼ twissija+ u ħaġa tat-twerwir għall-ġnus kollha taʼ madwarek, meta nwettaq fik atti taʼ ġudizzju bir-rabja u bil-korla u b’ċanfir qalil.+ Jien, Ġeħova, tkellimt. 16  “‘Meta nitfaʼ fuqkom il-vleġeġ tal-ġuħ+ li jagħmlu l-ħsara u li jġibu rovina, vleġeġ li jien se nitfagħhom biex neqridkom,+ iva, se nżid il-ġuħ fuqkom u nkissrilkom il-bsaten li ddendlu l-ftajjar magħhom.+ 17  U se nibgħat fuqkom ġuħ u bhejjem salvaġġi+ li jagħmlu l-ħsara u jħallukom bla tfal; u pesta+ u demm+ se jgħaddu minn fostkom, u sejf inġib fuqkom.+ Jien, Ġeħova, tkellimt.’”

Noti taʼ taħt