Eżekjel 48:1-35

48  “U dawn huma l-​ismijiet tat-​tribujiet. Mit-​tarf tat-​tramuntana, fuq in-​naħa tat-​triq taʼ Ħetlon+ sad-​daħla taʼ Ħamat,+ Ħasar-għenan,+ il-​fruntiera taʼ Damasku lejn it-​tramuntana, fuq in-​naħa taʼ Ħamat; u jkun hemm it-​tarf tal-​lvant u tal-​punent: Dan,+ sehem wieħed.  U mal-​fruntiera taʼ Dan, mit-​tarf tal-​lvant sat-​tarf tal-​punent: Aser,+ sehem wieħed.  U mal-​fruntiera t’Aser, mit-​tarf tal-​lvant sat-​tarf tal-​punent: Naftali,+ sehem wieħed.  U mal-​fruntiera taʼ Naftali, mit-​tarf tal-​lvant sat-​tarf tal-​punent: Manasse,+ sehem wieħed.  U mal-​fruntiera taʼ Manasse, mit-​tarf tal-​lvant sat-​tarf tal-​punent: Efrajm,+ sehem wieħed.  U mal-​fruntiera t’Efrajm, mit-​tarf tal-​lvant sat-​tarf tal-​punent: Ruben,+ sehem wieħed.  U mal-​fruntiera taʼ Ruben, mit-​tarf tal-​lvant sat-​tarf tal-​punent: Ġuda,+ sehem wieħed.  U mal-​fruntiera taʼ Ġuda, mit-​tarf tal-​lvant sat-​tarf tal-​punent, il-​kontribuzzjoni li għandkom tikkontribwixxu trid tkun wiesgħa ħamsa u għoxrin elf kubitu,+ u twila skond wieħed mill-​ishma mit-​tarf tal-​lvant sat-​tarf tal-​punent. U s-​santwarju jrid ikun f’nofsha.+  “U l-​kontribuzzjoni li għandkom tikkontribwixxu lil Ġeħova tkun twila ħamsa u għoxrin elf kubitu u wiesgħa għaxart elef. 10  U din għandha tkun il-​kontribuzzjoni qaddisa għall-​qassisin,+ lejn it-​tramuntana ħamsa u għoxrin elf kubitu, u lejn il-​punent wisaʼ t’għaxart elef, u lejn il-​lvant wisaʼ t’għaxart elef, u lejn in-​nofsinhar tul taʼ ħamsa u għoxrin elf. U s-​santwarju taʼ Ġeħova jrid ikun f’nofsha.+ 11  Din se tkun għall-​qassisin minn ulied Sadok+ li huma mqaddsin, li ħadu ħsieb l-​obbligu lejja, li ma żvijawx meta żvijaw ulied Israel, bħalma żvijaw il-​Leviti.+ 12  U se jkollhom kontribuzzjoni mill-​kontribuzzjoni taʼ l-​art bħala xi ħaġa mill-​iktar qaddisa, mal-​fruntiera tal-​Leviti.+ 13  “U l-​Leviti għandu jkollhom,+ eżatt ħdejn it-​territorju tal-​qassisin, ħamsa u għoxrin elf kubitu tul, u għaxart elef wisaʼ; it-​tul kollu hu ħamsa u għoxrin elf u l-​wisaʼ għaxart elef.+ 14  U m’għandhom ibigħu l-​ebda parti minnha, u la jpartu u lanqas iħallu l-​aqwa parti taʼ l-​art tgħaddi minn għandhom; għax hi xi ħaġa qaddisa għal Ġeħova.+ 15  “Inkwantu għall-​ħamest elef kubitu li jifdal fil-​wisaʼ ħdejn il-​ħamsa u għoxrin elf, huma xi ħaġa profana għall-​belt,+ bħala post t’abitazzjoni u mergħa. U l-​belt se tkun fin-​nofs.+ 16  U dawn huma l-​qisien tal-​belt: it-​tarf tat-​tramuntana erbat elef u ħames mitt kubitu, u t-​tarf tan-​nofsinhar erbat elef u ħames mija, u t-​tarf tal-​lvant erbat elef u ħames mija, u t-​tarf tal-​punent erbat elef u ħames mija. 17  U l-​belt se jkollha mergħa,+ lejn it-​tramuntana mitejn u ħamsin kubitu, u lejn in-​nofsinhar mitejn u ħamsin, u lejn il-​lvant mitejn u ħamsin, u lejn il-​punent mitejn u ħamsin. 18  “U dak li jifdal mit-​tul ikun eżatt daqs il-​kontribuzzjoni qaddisa,+ għaxart elef kubitu lejn il-​lvant, u għaxart elef lejn il-​punent; u tkun eżatt daqs il-​kontribuzzjoni qaddisa, u l-​prodott tagħha jkun il-​ħobż taʼ dawk li jaqdu l-​belt.+ 19  U dawk li jaqdu l-​belt mit-​tribujiet kollha taʼ Israel se jikkultivawha.+ 20  “Il-​kontribuzzjoni sħiħa hi ħamsa u għoxrin elf kubitu b’ħamsa u għoxrin elf. Għandkom tikkontribwixxu parti kwadra bħala l-​kontribuzzjoni qaddisa u l-​proprjetà tal-​belt. 21  “U dak li jifdal ikun tal-​kap ewlieni,+ fuq din in-​naħa u fuq in-​naħa l-​oħra tal-​kontribuzzjoni qaddisa u tal-​proprjetà tal-​belt,+ maġenb il-​ħamsa u għoxrin elf kubitu tal-​kontribuzzjoni lejn il-​fruntiera tal-​lvant; u lejn il-​punent maġenb il-​ħamsa u għoxrin elf kubitu sal-​fruntiera tal-​punent.+ Eżatt bħall-​ishma l-​oħrajn ikun hemm għall-​kap ewlieni. U l-​kontribuzzjoni qaddisa u s-​santwarju tad-​Dar iridu jkunu f’nofsu. 22  “U inkwantu għall-​proprjetà tal-​Leviti u l-​proprjetà tal-​belt, din tkun bejn il-​proprjetà tal-​kap ewlieni. Bejn il-​fruntiera taʼ Ġuda+ u l-​fruntiera taʼ Benjamin għandu jkun tal-​kap ewlieni. 23  “U inkwantu għall-​bqija tat-​tribujiet, mit-​tarf tal-​lvant sat-​tarf tal-​punent: Benjamin,+ sehem wieħed. 24  U mal-​fruntiera taʼ Benjamin, mit-​tarf tal-​lvant sat-​tarf tal-​punent: Simegħon,+ sehem wieħed. 25  U mal-​fruntiera taʼ Simegħon, mit-​tarf tal-​lvant sat-​tarf tal-​punent: Issakar,+ sehem wieħed. 26  U mal-​fruntiera taʼ Issakar, mit-​tarf tal-​lvant sat-​tarf tal-​punent: Żebulun,+ sehem wieħed. 27  U mal-​fruntiera taʼ Żebulun, mit-​tarf tal-​lvant sat-​tarf tal-​punent: Gad,+ sehem wieħed. 28  U mal-​fruntiera taʼ Gad, fit-​tarf tan-​nofsinhar lejn in-​nofsinhar, il-​fruntiera tkun minn Tamar+ sa l-​ilmijiet taʼ Meribat-kades,+ sal-​wied,+ u sal-​Baħar il-​Kbir.+ 29  “Din tkun l-​art li għandkom tqassmu b’wirt lit-​tribujiet taʼ Israel,+ u dawn ikunu l-​ishma tagħhom,”+ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova. 30  “U dawn ikunu l-​postijiet tal-​ħruġ mill-​belt: Il-​qjies tat-​tarf tat-​tramuntana jkun erbat elef u ħames mitt kubitu.+ 31  “U l-​bibien tal-​belt ikunu skond l-​ismijiet tat-​tribujiet taʼ Israel, tliet bibien fit-​tramuntana, il-​bieb taʼ Ruben, wieħed; il-​bieb taʼ Ġuda, wieħed; il-​bieb taʼ Levi, wieħed. 32  “U fit-​tarf tal-​lvant ikun hemm erbat elef u ħames mitt kubitu, u tliet bibien, iva, il-​bieb taʼ Ġużeppi, wieħed; il-​bieb taʼ Benjamin, wieħed; il-​bieb taʼ Dan, wieħed. 33  “U fit-​tarf tan-​nofsinhar, il-​qjies ikun erbat elef u ħames mitt kubitu, bi tliet bibien, il-​bieb taʼ Simegħon, wieħed; il-​bieb taʼ Issakar, wieħed; il-​bieb taʼ Żebulun, wieħed. 34  “It-​tarf tal-​punent ikun erbat elef u ħames mitt kubitu, u jkun hemm tliet bibien, il-​bieb taʼ Gad, wieħed; il-​bieb t’Aser, wieħed; il-​bieb taʼ Naftali, wieħed. 35  “Dawramejt ikun hemm tmintax-il elf kubitu; u l-​isem tal-​belt minn dakinhar ’il quddiem ikun Ġeħova Nnifsu Qiegħed Hemmhekk.”+

Noti taʼ taħt