Eżekjel 47:1-23

47  U mbagħad ħadni lura lejn id-​daħla tad-​Dar,+ u kien hemm l-​ilma+ ħiereġ minn taħt l-​għatba tad-​Dar lejn il-​lvant,+ għax in-​naħa taʼ quddiem tad-​Dar kienet fil-​lvant. U l-​ilma kien nieżel minn taħt, min-​naħa tal-​lemin tad-​Dar, lejn in-​nofsinhar taʼ l-​artal.  U ħariġni billi għaddieni mill-​bieb tat-​tramuntana+ u ħadni mit-​triq taʼ barra għall-​bieb taʼ barra li jħares lejn il-​lvant,+ u l-​ilma+ kien nieżel min-​naħa tal-​lemin.  Meta r-​raġel mar lejn il-​lvant b’ħabel tal-​kejl f’idu,+ hu kejjel elf kubitu u għaddieni mill-​ilma, ilma li kien jilħaq l-​għekiesi taʼ saqajja.  U kejjel elf oħra u għaddieni mill-​ilma, ilma li kien sa rkopptejja. U kejjel elf oħra u reġaʼ għaddieni minnu—l-​ilma kien sa ġenbejja.  U kejjel elf oħra. U kien wied li ma stajtx ngħaddi minnu, għax l-​ilma kien għola, ilma li stajt tgħum fih, wied li ma stajtx tgħaddi minnu.  Imbagħad, qalli: “Rajtu dan, O bin il-​bniedem?” Wara dan, mexxieni u ħadni lura lejn ix-​xatt tal-​wied.  Meta rġajt lura, ara, fuq ix-​xatt tal-​wied kien hemm ħafna u ħafna siġar, fuq din in-​naħa u fuq in-​naħa l-​oħra.+  U qalli: “Dan l-​ilma sejjer lejn ir-​reġjun tal-​lvant u se jinżel u jgħaddi mill-​Għaraba.+ U jasal sal-​baħar.+ U meta jmur fil-​baħar,+ l-​ilma tiegħu jfiq.  U jrid iseħħ li kull ruħ li tgħix fi qtajjaʼ,+ f’kull post fejn imur il-​wied li għola d-​doppju, se tieħu l-​ħajja. U jkun hemm ħafna u ħafna ħut, għax hemmhekk se jmur dan l-​ilma, u l-​ilma baħar ifiq,+ u kulfejn imur il-​wied kollox ikun ħaj. 10  “U jrid iseħħ li s-​sajjieda jieqfu ħdejh minn Għajn-gedi+ sa Għajn-għeġlajm. Hemmhekk ikun hemm wesgħa fejn inixxfu x-​xbieki tas-​sajd. Se jkun hemm ħafna u ħafna tipi taʼ ħut, bħall-​ħut tal-​Baħar il-​Kbir.*+ 11  “Il-​postijiet tiegħu bl-​ilma qiegħed u l-​postijiet kollhom għadajjar ma jfiqux.+ Dawn jingħataw għall-​melħ.+ 12  “U mal-​ġnub tal-​wied, max-​xatt fuq naħa u fuq oħra, jitilgħu kull xorta taʼ siġar tajbin għall-​ikel.+ Il-​weraq tagħhom ma jidbielx,+ u l-​frott tagħhom ma jispiċċax.+ Kull xahar jagħmlu frott ġdid, għax l-​ilma għalihom ħiereġ mis-​santwarju stess.+ U l-​frott tagħhom ikun għall-​ikel u l-​weraq tagħhom għall-​fejqan.”+ 13  Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Dan hu t-​territorju li se tqassmu b’wirt bejnietkom bħala l-​art għat-​tnax-il tribù taʼ Israel, b’żewġ biċċiet art għal Ġużeppi.+ 14  U intom se tirtu, kull wieħed daqs ħuh, l-​art li għaliha għollejt idi biex naħlef+ li nagħtiha lil missirijietkom;+ u din l-​art tirtuha skond kif imisskom bix-​xorti.+ 15  “U din hi l-​fruntiera taʼ l-​art fuq in-​naħa tat-​tramuntana, mill-​Baħar il-​Kbir ħdejn it-​triq għal Ħetlon,+ u tibqaʼ sejra Sedad,+ 16  Ħamat,+ Berota,+ Sibrajm, bejn il-​fruntiera taʼ Damasku+ u l-​fruntiera taʼ Ħamat; Ħaser-ħattikon, li qiegħed lejn il-​fruntiera taʼ Ħawran.+ 17  U l-​fruntiera mill-​baħar tkun Ħasar-għenon,+ il-​fruntiera taʼ Damasku u t-​tramuntana—lejn it-​tramuntana, u l-​fruntiera taʼ Ħamat.+ Din hi n-​naħa tat-​tramuntana. 18  “U n-​naħa tal-​lvant hi minn bejn Ħawran+ u Damasku+ u tul il-​Ġordan+ bejn Gilegħad+ u l-​art taʼ Israel; mill-​fruntiera sal-​baħar tal-​lvant għandkom tkejlu. Din hi n-​naħa tal-​lvant. 19  “U n-​naħa tan-​nofsinhar, li tħares lejn in-​nofsinhar, hi minn Tamar+ sa l-​ilmijiet taʼ Meribat-kades,+ il-​wied*+ lejn il-​Baħar il-​Kbir. Din hi n-​naħa lejn in-​nofsinhar, lejn in-​Negeb. 20  “U fin-​naħa tal-​punent hemm il-​Baħar il-​Kbir, mill-​fruntiera dritt sad-​daħla taʼ Ħamat.+ Din hi n-​naħa tal-​punent.” 21  “U tridu tqassmu din l-​art bejnietkom, lit-​tnax-il tribù taʼ Israel. 22  U tridu tqassmuha b’wirt għalikom+ u għar-​residenti barranin li qed jgħixu f’nofskom bħala barranin,+ li nisslu l-​ulied f’nofskom. U jsiru għalikom bħal nies tal-​post fost ulied Israel. Magħkom ikun imisshom wirt f’nofs it-​tribujiet taʼ Israel.+ 23  U jrid iseħħ li lir-​resident barrani tagħtuh wirtu fit-​tribù li jkun mar jgħix fih bħala barrani,” hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova.

Noti taʼ taħt

Jiġifieri, “il-​Baħar Mediterran.”
Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt.