Eżekjel 46:1-24

46  “Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘Il-​bieb tal-​bitħa taʼ ġewwa li jħares lejn il-​lvant+ għandu jibqaʼ magħluq+ għas-​sitt ġranet tax-​xogħol,+ u f’jum is-​Sabat jinfetaħ, u f’jum il-​qamar ġdid jinfetaħ.+  U l-​kap ewlieni għandu jidħol billi jgħaddi mil-​loġġa tal-​bieb,+ minn barra, u jieqaf ħdejn il-​koxxa tal-​bieb;+ u l-​qassisin joffru l-​offerta sħiħa tal-​ħruq tiegħu u s-​sagrifiċċji taʼ sħubija tiegħu, u hu jrid imil fuq l-​għatba tal-​bieb,+ u joħroġ, imma l-​bieb m’għandux jingħalaq sa fil-​għaxija.  U n-​nies tal-​pajjiż iridu jmilu fid-​daħla tal-​bieb fis-​Sabatijiet u f’jiem il-​qamar ġdid, quddiem Ġeħova.+  “‘U l-​offerta sħiħa tal-​ħruq li l-​kap ewlieni għandu jippreżenta lil Ġeħova f’jum is-​Sabat għandha tkun sitt iħrief irġiel li jkunu bla difett u muntun bla difett;+  u bħala offerta tal-​qmuħ għandu joffri efa għall-​muntun,+ u għall-​ħrief offerta tal-​qmuħ skond ma jistaʼ jagħti,+ u ħinn żejt għal kull efa.+  U f’jum il-​qamar ġdid+ għandu jkun hemm barri żgħir bla difett, wild il-​merħla, u sitt iħrief irġiel u muntun; dawn għandhom ikunu bla difett.+  U bħala offerta tal-​qmuħ għandu joffri efa għall-​barri żgħir u efa għall-​muntun, u għall-​ħrief skond kemm ikun jistaʼ; u ħinn żejt għal kull efa.+  “‘U meta jidħol il-​kap ewlieni,+ hu għandu jidħol mil-​loġġa tal-​bieb, u minnha joħroġ.+  U meta n-​nies tal-​pajjiż jidħlu quddiem Ġeħova fl-​istaġuni tal-​festi,+ dak li jidħol mill-​bieb tat-​tramuntana+ sabiex imil għandu joħroġ mill-​bieb tan-​nofsinhar;+ u dak li jidħol mill-​bieb tan-​nofsinhar għandu joħroġ mill-​bieb lejn it-​tramuntana. Ħadd m’għandu jerġaʼ lura mill-​bieb li jkun daħal minnu, imma għandu joħroġ billi jibqaʼ sejjer dritt. 10  U l-​kap ewlieni li jkun hemm f’nofshom għandu jidħol meta jidħlu huma; u meta joħorġu, joħroġ hu.+ 11  U fil-​festi+ u fl-​istaġuni tal-​festi, l-​offerta tal-​qmuħ għandha tkun efa għall-​barri żgħir u efa għall-​muntun, u għall-​ħrief skond ma jkun jistaʼ jagħti; u ħinn żejt għal kull efa.+ 12  “‘U jekk il-​kap ewlieni jipprovdi bħala offerta volontarja offerta sħiħa tal-​ħruq,+ jew sagrifiċċji taʼ sħubija bħala offerta volontarja lil Ġeħova, xi ħadd irid jiftaħlu l-​bieb li jħares lejn il-​lvant,+ u hu jipprovdi l-​offerta sħiħa tal-​ħruq tiegħu u s-​sagrifiċċji taʼ sħubija tiegħu bħalma jagħmel f’jum is-​Sabat.+ U joħroġ, u jagħlqu l-​bieb warajh.+ 13  “‘U kuljum trid tipprovdi ħaruf bla difett, fl-​ewwel sena tiegħu, bħala offerta sħiħa tal-​ħruq lil Ġeħova.+ Għandek tipprovdih kull fil-​għodu 14  u għandek tipprovdi miegħu bħala offerta tal-​qmuħ is-​sitt parti t’efa, u terz taʼ ħinn żejt biex jitraxxax fuq id-​dqiq fin.+ L-​offerta tal-​qmuħ lil Ġeħova hija statut li jdum għal żmien indefinit, il-​ħin kollu. 15  U jridu jipprovdu l-​ħaruf u l-​offerta tal-​qmuħ u ż-​żejt kull fil-​għodu bħala offerta sħiħa tal-​ħruq offruta regolarment.’ 16  “Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘Jekk il-​kap ewlieni jagħti rigal lil kull wieħed minn uliedu bħala wirt, dan isir il-​proprjetà taʼ wliedu. Ikun il-​proprjetà tagħhom b’wirt. 17  U jekk jagħti rigal minn wirtu lil xi ħadd mill-​qaddejja tiegħu, dan ikun tiegħu sas-​sena tal-​libertà;+ u mbagħad irid jerġaʼ jmur għand il-​kap ewlieni. Uliedu biss għandhom jibqgħu jżommu bħala proprjetà tagħhom il-​wirt li jagħtihom. 18  U l-​kap ewlieni m’għandux jieħu xi wirt minn tan-​nies u jkeċċihom mill-​proprjetà tagħhom.+ Mill-​proprjetà tiegħu stess għandu jagħti lil uliedu bħala wirt, sabiex ħadd mill-​poplu tiegħi ma jixxerred ’il bogħod mill-​proprjetà tiegħu.’”+ 19  U daħħalni mid-​daħla+ li kienet maġenb il-​bieb għal ġol-​kmamar taʼ l-​ikel qaddisin, il-​kmamar tal-​qassisin, li kienu jħarsu lejn it-​tramuntana,+ u kien hemm post hemmhekk fuq in-​naħa taʼ wara lejn il-​punent. 20  U qalli: “Dan hu l-​post fejn il-​qassisin se jgħallu l-​offerta għall-​ħtija+ u l-​offerta għad-​dnub,+ u fejn se jaħmu l-​offerta tal-​qmuħ,+ sabiex ma joħorġu xejn lejn il-​bitħa taʼ barra u bih iqaddsu n-​nies.”+ 21  U ħariġni lejn il-​bitħa taʼ barra u ħadni ħdejn l-​erbaʼ pilastri tal-​kantuniera tal-​bitħa, u kien hemm bitħa ħdejn dan il-​pilastru tal-​kantuniera tal-​bitħa, u bitħa ħdejn dak il-​pilastru tal-​kantuniera tal-​bitħa. 22  Ħdejn l-​erbaʼ pilastri tal-​kantuniera tal-​bitħa kien hemm btieħi żgħar, twal erbgħin kubitu u wesgħin tletin kubitu. L-​erbgħa li huma, li kellhom bini fil-​kantuniera, kienu taʼ l-​istess qjies. 23  U kien hemm ringiela ġebel dawramejt, dawramejt maʼ l-​erbgħa li huma, u taħt ir-​ringieli dawramejt kien hemm postijiet fejn isajru.+ 24  Imbagħad qalli: “Dawn huma l-​kċejjen għal dawk li jgħallu, fejn il-​ministri tad-​Dar jgħallu s-​sagrifiċċju tan-​nies.”+

Noti taʼ taħt