Eżekjel 45:1-25

45  “‘U meta tqassmu l-​art bħala wirt,+ għandkom toffru kontribuzzjoni lil Ġeħova,+ sehem qaddis mill-​art;+ it-​tul, ħamsa u għoxrin elf kubitu, u l-​wisaʼ, għaxart elef.+ Dan ikun sehem qaddis fit-​trufijiet kollha tagħha* dawramejt.  Minn din għandu jkun hemm għall-​post qaddis ħames mija b’ħames mija, kwadru dawramejt;+ u jkollu ħamsin kubitu fuq kull naħa għall-​mergħa.+  U minn dan il-​kejl għandek tkejjel tul taʼ ħamsa u għoxrin elf u wisaʼ t’għaxart elef, u fih ikun hemm is-​santwarju, xi ħaġa mill-​iktar qaddisa.+  Dan is-​sehem qaddis mill-​art ikun għall-​qassisin,+ il-​ministri tas-​santwarju, dawk li jersqu biex jaqdu lil Ġeħova.+ U jkun għalihom post għad-​djar, u post sagru għas-​santwarju.  “‘Ikun hemm tul taʼ ħamsa u għoxrin elf u wisaʼ t’għaxart elef.+ Dan ikun tal-​Leviti, il-​ministri tad-​Dar. Ikollhom għoxrin kamra taʼ l-​ikel għalihom.+  “‘U tagħtu wisaʼ taʼ ħamest elef u tul taʼ ħamsa u għoxrin elf biex ikunu tal-​belt, eżatt daqs il-​kontribuzzjoni qaddisa.+ Dan ikun taʼ dar Israel kollha.  “‘U fuq naħa waħda u fuq in-​naħa l-​oħra tal-​kontribuzzjoni qaddisa+ u l-​proprjetà tal-​belt, ħdejn il-​kontribuzzjoni qaddisa u ħdejn il-​proprjetà tal-​belt, ikun hemm għall-​kap ewlieni art fuq in-​naħa tal-​punent u art fuq in-​naħa tal-​lvant. U t-​tul ikun eżatt daqs wieħed mill-​ishma tat-​tribujiet, mill-​fruntiera tal-​punent sal-​fruntiera tal-​lvant.+  U l-​art tkun tiegħu bħala proprjetà f’Israel. U l-​kapijiet ewlenin tiegħi ma jimmaltrattawx iktar lill-​poplu tiegħi,+ u l-​art jagħtuha lil dar Israel skond it-​tribujiet tagħhom.’+  “Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘Biżżejjed, O kapijiet ewlenin taʼ Israel!’+ “‘Neħħu l-​vjolenza u t-​tħarbit,+ u agħmlu l-​ġustizzja u s-​sewwa.+ Tibqgħux tieħdu l-​proprjetà tal-​poplu tiegħi bil-​forza,’+ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova. 10  ‘Għandu jkollkom miżien eżatt u efa eżatta u bat eżatt.+ 11  U għall-​efa u l-​bat għandu jkun hemm biss ammont fiss wieħed, biex il-​bat jesaʼ wieħed minn għaxra taʼ ħomer u wieħed minn għaxra taʼ ħomer jesaʼ efa;+ l-​ammont meħtieġ ikun determinat skond il-​ħomer. 12  U x-​xekel+ hu għoxrin gera.+ U għalikom il-​piż tal-​mane għandu jkun għoxrin xekel, ħamsa u għoxrin xekel, ħmistax-il xekel.’ 13  “‘Din hi l-​kontribuzzjoni li għandkom toffru, is-​sitt parti t’efa minn ħomer qamħ, u s-​sitt parti t’efa minn ħomer xgħir; 14  u inkwantu għas-​sehem taż-​żejt, dan għandu jitkejjel bil-​bat. Il-​bat hu wieħed minn għaxra taʼ kor. Għaxar batiet huma ħomer; għax għaxar batiet huma ħomer. 15  U għandkom toffru nagħġa mill-​merħla, jiġifieri, nagħġa minn kull mitejn waħda minn fost il-​bhejjem taʼ Israel.+ Dawn l-​offerti jkunu għall-​offerta tal-​qmuħ+ u għall-​offerta sħiħa tal-​ħruq+ u għas-​sagrifiċċji taʼ sħubija,+ sabiex tagħmlu tpattija għalihom,’+ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova. 16  “‘U n-​nies kollha tal-​pajjiż ikunu responsabbli li jagħtu din il-​kontribuzzjoni+ lill-​kap ewlieni f’Israel.+ 17  U r-​responsabbiltà taʼ l-​offerti sħaħ tal-​ħruq+ u l-​offerta tal-​qmuħ+ u l-​offerta tax-​xorb+ matul il-​festi+ u matul kull qamar ġdid+ u matul is-​Sabatijiet,+ matul l-​istaġuni tal-​festi kollha taʼ dar Israel,+ taqaʼ fuq il-​kap ewlieni.+ Hu jkun il-​wieħed li jipprovdi l-​offerta għad-​dnub u l-​offerta tal-​qmuħ u l-​offerta sħiħa tal-​ħruq u s-​sagrifiċċji taʼ sħubija, sabiex issir tpattija għan-​nom taʼ dar Israel.’ 18  “Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘Fl-​ewwel xahar, fl-​ewwel jum tax-​xahar, għandek tieħu barri żgħir bla difett,+ wild il-​merħla, u trid tippurifika s-​santwarju mid-​dnub.+ 19  U l-​qassis għandu jieħu ftit mid-​demm taʼ l-​offerta għad-​dnub u jqiegħdu mal-​koxxa tal-​bieb+ tad-​Dar u maʼ l-​erbaʼ kantunieri taʼ l-​ixkaffa taʼ mad-​dawra taʼ l-​artal+ u mal-​koxxa tal-​bieb tal-​bitħa taʼ ġewwa. 20  U hekk ukoll tagħmel fis-​sebaʼ jum tax-​xahar minħabba kulmin jidneb bi żball+ u minħabba kulmin hu bla esperjenza; u tridu tagħmlu tpattija għad-​Dar.+ 21  “‘Fl-​ewwel xahar, fl-​erbatax-il jum tax-​xahar, għandu jkollkom il-​Qbiż.+ Imbagħad bħala festa għal sebat ijiem għandu jittiekel ħobż bla ħmira.+ 22  U dakinhar, għan-​nom tiegħu u għan-​nom tan-​nies kollha tal-​pajjiż, il-​kap ewlieni għandu jipprovdi barri żgħir bħala offerta għad-​dnub.+ 23  U għas-​sebat ijiem tal-​festa+ għandu jipprovdi bħala offerta sħiħa tal-​ħruq lil Ġeħova sebaʼ barrin żgħar u sebaʼ mtaten, bla difett, kuljum għas-​sebat ijiem,+ u bħala offerta għad-​dnub bodbod kuljum.+ 24  U bħala offerta tal-​qmuħ għandu jipprovdi efa għall-​barri żgħir u efa għall-​muntun, u ħinn żejt għal kull efa.+ 25  “‘Fis-​sebaʼ xahar, fil-​ħmistax-il jum tax-​xahar, matul il-​festa,+ għandu jipprovdi l-​istess affarijiet għal sebat ijiem,+ l-​istess offerta għad-​dnub, l-​istess offerta sħiħa tal-​ħruq, u l-​istess offerta tal-​qmuħ u l-​istess żejt.’”

Noti taʼ taħt

Jiġifieri, tal-​kontribuzzjoni.