Eżekjel 44:1-31

44  U reġaʼ ħadni lejn il-​bieb tas-​santwarju, dak taʼ barra li jħares lejn il-​lvant,+ u kien magħluq.+  Imbagħad Ġeħova qalli: “Dan il-​bieb se jibqaʼ magħluq. Ma jinfetaħx, u l-​ebda bniedem ma jidħol minnu; għax Ġeħova nnifsu, l-​Alla taʼ Israel,+ daħal minnu, u jrid jibqaʼ magħluq.  Madankollu, il-​kap ewlieni+—bħala kap ewlieni, se joqgħod bil-​qiegħda fil-​bieb, sabiex jiekol il-​ħobż quddiem Ġeħova.+ Mil-​loġġa tal-​bieb jidħol, u minnha joħroġ.”+  U mbagħad ħadni mill-​bieb tat-​tramuntana għal quddiem id-​Dar, sabiex nara. U l-​glorja taʼ Ġeħova mliet id-​dar taʼ Ġeħova.+ U jien inxtħett wiċċi fl-​art.+  Imbagħad Ġeħova qalli: “Bin il-​bniedem, kun moħħok+ hawn u ara b’għajnejk, u ismaʼ b’widnejk kulma qed ngħidlek dwar l-​istatuti kollha tad-​dar taʼ Ġeħova u dwar il-​liġijiet kollha tagħha, u kun moħħok fid-​daħla tad-​Dar bil-​postijiet kollha tal-​ħruġ tas-​santwarju.  U għid lil Ribelljoni,+ lil dar Israel, ‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “Għamiltu biżżejjed bl-​affarijiet mistkerrhin kollha tagħkom, O dar Israel,+  meta ddaħħlu lill-​barranin mhux ċirkonċiżi f’qalbhom u mhux ċirkonċiżi f’ġisimhom,+ u jiġu fis-​santwarju tiegħi u jipprofanawh, iva, id-​dar tiegħi; meta tippreżentaw il-​ħobż tiegħi,+ xaħam+ u demm,+ waqt li l-​patt tiegħi jkompli jinkiser minħabba l-​affarijiet mistkerrhin kollha tagħkom.+  U ma ħadtux ħsieb l-​obbligu taʼ l-​affarijiet imqaddsin tiegħi,+ u lanqas ma qabbadtu lil oħrajn biex jieħdu ħsieb l-​obbligu tiegħi fis-​santwarju tiegħi minflokkom.”’+  “‘Hekk qal il-​Mulej Sovran Ġeħova: “L-​ebda barrani, mhux ċirkonċiż fil-​qalb u mhux ċirkonċiż fil-​ġisem, ma jistaʼ jidħol fis-​santwarju tiegħi, jiġifieri, kwalunkwe barrani li hemm fost ulied Israel.”’+ 10  “‘Imma l-​Leviti li tbiegħdu minni+ meta Israel, li żvija minn warajja, żvija għal wara l-​idoli tiegħu moqżieża daqs id-​demel, huma wkoll jitgħabbew bl-​iżball tagħhom.+ 11  U mbagħad fis-​santwarju tiegħi jsiru ministri b’pożizzjonijiet taʼ indokrar fil-​bibien tad-​Dar u ministri fid-​Dar.+ Huma joqtlu l-​offerta sħiħa tal-​ħruq u s-​sagrifiċċju għan-​nies,+ u jieqfu quddiemhom biex jaqduhom.+ 12  Talli baqgħu jaqduhom quddiem l-​idoli tagħhom moqżieża daqs id-​demel+ u saru tfixkil għal dar Israel biex tiżbalja,+ għalhekk għollejt idi kontrihom,’+ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova, ‘u jridu jitgħabbew bl-​iżball tagħhom. 13  U ma jersqux lejja biex jaqduni bħala qassisin jew biex jersqu lejn l-​affarijiet imqaddsin tiegħi, lejn l-​iktar affarijiet imqaddsin,+ u jridu jġorru l-​umiljazzjoni tagħhom u l-​konsegwenzi taʼ l-​affarijiet mistkerrhin li għamlu.+ 14  U jien nagħtihom l-​inkarigu li jieħdu ħsieb l-​obbligu tad-​Dar, fejn jidħol is-​servizz kollu tagħha u kulma jrid isir fiha.’+ 15  “‘U l-​qassisin Levitiċi,+ ulied Sadok,+ li ħadu ħsieb l-​obbligu tas-​santwarju tiegħi meta wlied Israel żvijaw minn warajja,+ se jersqu lejja biex jaqduni, u se jieqfu quddiemi+ biex jippreżentawli x-​xaħam+ u d-​demm,’+ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova. 16  ‘Huma dawn li se jidħlu fis-​santwarju tiegħi,+ u huma jersqu lejn il-​mejda tiegħi biex jaqduni,+ u huma jieħdu ħsieb l-​obbligu lejja.+ 17  “‘U meta jidħlu fil-​bibien tal-​bitħa taʼ ġewwa, iridu jilbsu lbiesi taʼ l-​għażel, u m’għandu jkollhom l-​ebda lbies tas-​suf fuqhom meta jaqdu fil-​bibien tal-​bitħa taʼ ġewwa u fuq ġewwa.+ 18  Fuq rashom ikollhom għata taʼ l-​għażel,+ u fuq ġenbejhom għandu jkollhom qliezet taʼ taħt taʼ l-​għażel.+ M’għandhomx jilbsu lbies li jġegħelhom jogħrqu. 19  U meta joħorġu fil-​bitħa taʼ barra, iva, fil-​bitħa taʼ barra lejn in-​nies, iridu jinżgħu l-​ilbiesi tagħhom li jkunu qed jaqdu bihom,+ u jħalluhom fil-​kmamar taʼ l-​ikel qaddisin+ u jilbsu lbiesi oħrajn, sabiex ma jqaddsux in-​nies bl-​ilbiesi tagħhom.+ 20  U m’għandhomx iqaxxru rashom,+ u xagħarhom m’għandhomx iħalluh jitwal. Iridu assolutament jaqtgħu xagħar rashom.+ 21  U ħadd mill-​qassisin m’għandu jixrob inbid meta jidħol fil-​bitħa taʼ ġewwa.+ 22  U m’għandhom jieħdu lill-​ebda armla jew mara divorzjata bħala marthom,+ imma jistgħu jieħdu verġni minn ulied dar Israel,+ jew armla li tkun l-​armla taʼ qassis.’ 23  “‘U għandhom jgħallmu lill-​poplu tiegħi d-​differenza bejn ħaġa qaddisa u ħaġa profana; u għandhom jgħarrfuhom bid-​differenza bejn dak li hu nadif u dak li mhux nadif.+ 24  U f’kawża legali huma stess iridu jieqfu sabiex jiġġudikaw;+ bid-​deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi jiġġudikaw.+ U għandhom iħarsu l-​liġijiet u l-​istatuti tiegħi dwar l-​istaġuni tal-​festi kollha tiegħi,+ u għandhom iqaddsu s-​Sabatijiet tiegħi.+ 25  U qassis m’għandux jidħol ħdejn persuna mejta u b’hekk ma jibqax nadif, imma għal missieru jew għal ommu jew għal ibnu jew għal bintu jew għal ħuh jew għal oħtu li ma jkollhiex raġel jistaʼ ma jibqax nadif.+ 26  U wara l-​purifikazzjoni tiegħu, iridu jgħoddulu sebat ijiem.+ 27  U dakinhar li jidħol fil-​post qaddis, fil-​bitħa taʼ ġewwa, biex jaqdi fil-​post qaddis, għandu jippreżenta l-​offerta tad-​dnub tiegħu,’+ hija l-​kelma tal-​Mulej Sovran Ġeħova. 28  “‘U dan isir tagħhom bħala wirt: Jien il-​wirt tagħhom.+ U intom m’għandkom tagħtuhom xejn biex tkun il-​proprjetà tagħhom f’Israel: Jien il-​proprjetà tagħhom. 29  L-offerta tal-​qmuħ u l-​offerta għad-​dnub u l-​offerta għall-​ħtija jikluhom huma.+ U kull ħaġa dedikata* f’Israel issir tagħhom.+ 30  U l-​ewwel mill-​ewwel frott misjur taʼ kull xorta u l-​ewwel minn kull kontribuzzjoni taʼ kull xorta, minn dak kollu li ġġibu bħala kontribuzzjonijiet, isiru tal-​qassisin;+ u l-​ewwel frott tad-​dqiq mhux irfinut għandkom tagħtuh lill-​qassis,+ sabiex il-​barka tistrieħ fuq id-​dar tagħkom.+ 31  Il-qassisin m’għandhom jieklu l-​ebda ġisem li jkun diġà mejjet u l-​ebda ħliqa mit-​tjur jew mill-​bhejjem li tkun tqattgħet biċċiet.’+

Noti taʼ taħt

Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt.