Eżekjel 42:1-20

42  U ħariġni+ lejn il-​bitħa taʼ barra min-​naħa tat-​tramuntana.+ U ħadni fil-​binja tal-​kmamar taʼ l-​ikel+ li kienet quddiem il-​wesgħa separata+ u quddiem il-​bini lejn it-​tramuntana.  Mal-faċċata li kienet twila mitt kubitu kien hemm id-​daħla tat-​tramuntana, u l-​wisaʼ kienet ħamsin kubitu.  Quddiem il-​wesgħa t’għoxrin kubitu tal-​bitħa taʼ ġewwa+ u quddiem il-​paviment+ tal-​bitħa taʼ barra kien hemm kuritur+ faċċata taʼ kuritur fi tliet sulari.  U quddiem il-​kmamar taʼ l-​ikel kien hemm passaġġ wiesaʼ għaxar kubiti għal ġewwa,+ mogħdija taʼ kubitu, u d-​daħliet tagħhom kienu lejn it-​tramuntana.  U, inkwantu għall-​bini, il-​kmamar taʼ l-​ikel taʼ fuqnett kienu idjaq, għax il-​kurituri kienu jieħdu minnhom, iktar minn dawk taʼ taħtnett u minn tan-​nofs.  Għax kienu fi tliet sulari,+ u ma kellhomx kolonni bħall-​kolonni tal-​btieħi. Kien għalhekk li ttieħed iktar spazju taʼ l-​art mis-​sular taʼ fuq milli minn dak taʼ taħtnett u tan-​nofs.  U l-​ħajt tal-​ġebel li kien fuq barra kien ħdejn il-​kmamar taʼ l-​ikel mal-​bitħa taʼ barra u quddiem il-​kmamar taʼ l-​ikel l-​oħrajn. It-​tul tiegħu kien ħamsin kubitu.  Għax it-​tul tal-​kmamar taʼ l-​ikel li kienu mal-​bitħa taʼ barra kien ħamsin kubitu, u quddiem it-​tempju kien mitt kubitu.  U fl-​ewwel sular tal-​binja tal-​kmamar taʼ l-​ikel kien hemm daħla lejn il-​lvant, li wieħed setaʼ jidħol għalihom mill-​bitħa taʼ barra. 10  Fil-wisaʼ tal-​ħajt tal-​ġebel tal-​bitħa li kien lejn il-​lvant, quddiem il-​wesgħa separata+ u quddiem il-​bini, kien hemm il-​kmamar taʼ l-​ikel.+ 11  U kien hemm mogħdija quddiemhom li kienet bħal tal-​kmamar taʼ l-​ikel li kienu lejn it-​tramuntana,+ u t-​tul u l-​wisaʼ tagħhom kienu l-​istess; u l-​postijiet kollha tal-​ħruġ kienu l-​istess, u l-​pjanti tagħhom kienu l-​istess u d-​daħliet tagħhom kienu l-​istess. 12  U bħad-​daħliet tal-​kmamar taʼ l-​ikel li kienu lejn in-​nofsinhar hekk kienet id-​daħla f’ras il-​mogħdija, il-​mogħdija quddiem il-​ħajt tal-​ġebel taʼ pariġġ u li kien lejn il-​lvant, meta wieħed jidħol għalihom.+ 13  U qalli: “Il-​kmamar taʼ l-​ikel tat-​tramuntana u l-​kmamar taʼ l-​ikel tan-​nofsinhar li huma quddiem il-​wesgħa separata,+ dawn huma l-​kmamar taʼ l-​ikel qaddisin, fejn il-​qassisin li jersqu lejn+ Ġeħova jieklu l-​affarijiet l-​iktar imqaddsin.+ Hemmhekk iqiegħdu l-​affarijiet l-​iktar imqaddsin u l-​offerta tal-​qmuħ u l-​offerta għad-​dnub u l-​offerta għall-​ħtija, għax il-​post hu qaddis.+ 14  Meta dawn, il-​qassisin, ikunu daħlu, ma jerġgħux joħorġu mill-​post qaddis għall-​bitħa taʼ barra mingħajr ma jħallu hemmhekk l-​ilbiesi li s-​soltu jaqdu bihom,+ għax dawn huma xi ħaġa qaddisa. Huma jilbsu lbiesi oħrajn,+ u mbagħad jersqu lejn dak li għandu x’jaqsam man-​nies.” 15  U spiċċa jkejjel id-​dar taʼ ġewwa, u ħariġni barra billi għaddieni mill-​bieb li jħares lejn il-​lvant,+ u ħa xi qisien madwar il-​post. 16  Kejjel in-​naħa tal-​lvant bil-​qasba tal-​kejl. Kienet ħames mitt qasba, skond il-​qasba tal-​kejl,+ id-​dawra kollha. 17  Kejjel in-​naħa tat-​tramuntana, ħames mitt qasba, skond il-​qasba tal-​kejl, id-​dawra kollha. 18  In-naħa tan-​nofsinhar kejjilha wkoll, ħames mitt qasba, skond il-​qasba tal-​kejl. 19  U dar lejn in-​naħa tal-​punent u kejjel ħames mitt qasba, skond il-​qasba tal-​kejl. 20  Kejjel l-​erbaʼ naħat. Kien hemm ħajt dawramejt,+ b’tul taʼ ħames mitt qasba u wisaʼ taʼ ħames mitt qasba,+ biex jifred dak li hu qaddis minn dak li hu profan.+

Noti taʼ taħt