Eżekjel 41:1-26

41  U daħħalni fit-​tempju, u kejjel il-​pilastri tal-​ġenb, sitt kubiti l-​wisaʼ din in-​naħa u sitt kubiti l-​wisaʼ n-​naħa l-​oħra, il-​wisaʼ tal-​pilastru tal-​ġenb.  U l-​wisaʼ tad-​daħla kienet għaxar kubiti, u l-​ġnub tad-​daħla kienu ħames kubiti fuq naħa u ħames kubiti n-​naħa l-​oħra. U kejjillu t-​tul, erbgħin kubitu; u l-​wisaʼ, għoxrin kubitu.  U daħal ġewwa u kejjel il-​pilastru tal-​ġenb fid-​daħla, żewġ kubiti; u d-​daħla, sitt kubiti; u l-​wisaʼ tad-​daħla kienet sebaʼ kubiti.  U kejjel it-​tul, għoxrin kubitu; u l-​wisaʼ, għoxrin kubitu,+ quddiem it-​tempju. Imbagħad qalli: “Dan hu l-​Iktar Qaddis.”+  U kejjel il-​ħajt tad-​dar, sitt kubiti. U l-​wisaʼ tal-​kamra tal-​ġenb kienet erbaʼ kubiti, mad-​dawra kollha; hekk kienet mad-​dawra kollha tad-​dar.+  U l-​kmamar tal-​ġenb kienu kamra tal-​ġenb fuq kamra tal-​ġenb, tliet sulari, għal tletin darba; u l-​kmamar tal-​ġenb li kien hemm mad-​dawra kollha kienu mdaħħlin fil-​ħajt tad-​dar sabiex ikollhom l-​appoġġ, imma ma kinux jinfdu l-​ħajt tad-​dar.+  U l-​kmamar tal-​ġenb kienu jitwessgħu maʼ kull sular, u l-​garigor li kien jagħti għal fuq kien f’naħat differenti tad-​dar.+ Għalhekk, il-​wisaʼ tal-​kmamar madwar id-​dar kienet tiżdied iktar ma titlaʼ ’l fuq, u mis-​sular taʼ taħt wieħed setaʼ jitlaʼ għas-​sular taʼ fuqnett,+ mis-​sular tan-​nofs.  U rajt li d-​dar kellha pjattaforma għolja dawramejt. U l-​pedamenti tal-​kmamar tal-​ġenb kienu għoljin qasba sħiħa taʼ sitt kubiti safejn kienu jingħaqdu.+  Il-wisaʼ mill-​ħajt tal-​kamra tal-​ġenb sa barra kienet ħames kubiti. U kien hemm spazju li tħalla miftuħ ħdejn il-​bini tal-​kmamar tal-​ġenb tad-​dar. 10  U bejn il-​kmamar taʼ l-​ikel+ u d-​dawra tad-​dar, il-​wisaʼ kienet għoxrin kubitu dawramejt. 11  U d-​daħla għall-​kamra tal-​ġenb kienet tħares lejn l-​ispazju li tħalla miftuħ, daħla waħda lejn it-​tramuntana u daħla lejn in-​nofsinhar; u l-​wisaʼ taʼ l-​ispazju li tħalla miftuħ kienet ħames kubiti, dawramejt. 12  U l-​bini li kien hemm quddiem il-​wesgħa separata, li n-​naħa tiegħu kienet lejn il-​punent, kien wiesaʼ sebgħin kubitu. U l-​ħajt tal-​bini kien wiesaʼ ħames kubiti, u kien mad-​dawra kollha; u kien twil disgħin kubitu. 13  U kejjel id-​dar, u kienet twila mitt kubitu; u l-​wesgħa separata u l-​bini u l-​ħitan tiegħu kienu twal mitt kubitu. 14  U l-​wisaʼ tal-​faċċata tad-​dar u tal-​wesgħa separata fuq in-​naħa tal-​lvant kienet mitt kubitu. 15  U kejjel it-​tul tal-​bini quddiem in-​naħa taʼ wara tal-​wesgħa separata u l-​kurituri tiegħu fuq naħa u fuq in-​naħa l-​oħra, mitt kubitu. Hekk ukoll kienu t-​tempju u l-​post taʼ ġewwa+ u l-​loġoġ tal-​bitħa; 16  l-għetiebi, u t-​twieqi b’fetħa li tidjieq,+ u l-​kurituri kienu madwarhom it-​tlieta. Quddiem l-​għatba kien hemm kisi taʼ l-​injam dawramejt,+ mill-​art sat-​twieqi; u t-​twieqi kienu miksijin. 17  Il-parti taʼ fuq id-​daħla, id-​dar taʼ ġewwa u fuq barra tagħha, u l-​ħajt kollu madwar id-​dar taʼ ġewwa u fuq barra tagħha, kollha kellhom qisien speċifikati. 18  U kien hemm kerubini+ u siġar tal-​palm minquxin,+ b’tinqix taʼ siġra tal-​palm bejn kerubin u ieħor, u l-​kerubin kellu żewġ uċuħ.+ 19  U l-​wiċċ taʼ bniedem kien iħares lejn it-​tinqix taʼ siġra tal-​palm fuq naħa waħda u l-​wiċċ taʼ ljun b’saħħtu kien iħares lejn it-​tinqix taʼ siġra tal-​palm fuq in-​naħa l-​oħra,+ u dawn kienu minquxin madwar id-​dar kollha. 20  Mill-art sa fuq id-​daħla kien hemm kerubini u siġar tal-​palm minquxin fuq il-​ħajt tat-​tempju. 21  U l-​koxxa tal-​bieb tat-​tempju kienet kwadra;+ u quddiem il-​post qaddis kien hemm xi ħaġa li kienet tidher hekk: 22  l-artal taʼ l-​injam kien għoli tliet kubiti, u kien twil żewġ kubiti, u kellu pilastri fil-​kantunieri.+ U t-​tul u l-​ħitan tiegħu kienu taʼ l-​injam. U kellimni u qalli: “Din hi l-​mejda li tinsab quddiem Ġeħova.”+ 23  U t-​tempju u l-​post qaddis kellhom żewġ bibien+ kull wieħed. 24  U kull bieb kellu żewġ bibien jintlewew fi tnejn. Bieb wieħed kellu żewġ bibien, u l-​ieħor kellu żewġ bibien ukoll. 25  U fuqhom, fuq il-​bibien tat-​tempju, kien hemm kerubini u tinqix taʼ siġar tal-​palm,+ bħal dawk taʼ fuq il-​ħajt, u kien hemm ħierġa ’l barra tisqifa taʼ l-​injam ’il fuq min-​naħa taʼ quddiem tal-​loġġa. 26  U kien hemm twieqi b’fetħa li tidjieq+ u tinqix taʼ siġar tal-​palm lil hawn u lil hemm tul il-​ġnub tal-​loġġa u l-​kmamar fil-​ġenb tad-​dar u t-​tisqif taʼ l-​injam.

Noti taʼ taħt