Eżekjel 40:1-49

40  Fis-sena ħamsa u għoxrin taʼ l-​eżilju tagħna,+ fil-​bidu tas-​sena, fl-​għaxar jum tax-​xahar, fis-​sena erbatax wara li l-​belt kienet waqgħet,+ f’dik il-​ġurnata stess id Ġeħova ġiet fuqi,+ biex hekk hu ħadni f’dak il-​post.+  Fil-viżjonijiet t’Alla ħadni fl-​art taʼ Israel u niżżilni fuq muntanja għolja ħafna,+ li fuqha kien hemm bħal struttura taʼ belt lejn in-​nofsinhar.+  U ħadni hemmhekk fejn kien hemm raġel li kien jidher qisu tar-​ram aħmar,+ u kellu ħabel tal-​kittien f’idu, u qasba tal-​kejl,+ u kien wieqaf fil-​bieb.  U r-​raġel beda jkellimni u jgħidli: “Bin il-​bniedem,+ ara b’għajnejk, u ismaʼ b’widnejk, u kun moħħok f’kulma se nurik, għax biex nurik int inġibt hawnhekk. Għid lil dar Israel b’kulma qed tara.”+  U kien hemm ħajt fuq barra tad-​dar, dawramejt magħha. U f’id ir-​raġel kien hemm qasba tal-​kejl twila sitt kubiti, li kull kubitu huwa kubitu u wisaʼ taʼ id.* U beda jkejjel il-​ħxuna tal-​ħajt, qasba waħda; u l-​għoli, qasba waħda.  Imbagħad wasal ħdejn il-​bieb, li n-​naħa taʼ quddiem tiegħu tħares lejn il-​lvant,+ u telaʼ mit-​taraġ. U beda jkejjel l-​għatba tal-​bieb,+ wiesgħa qasba, u l-​għatba l-​oħra, wiesgħa qasba.  U l-​kamra taʼ l-​għassa kienet twila qasba u wiesgħa qasba, u bejn il-​kmamar taʼ l-​għassa+ kien hemm ħames kubiti; u l-​għatba tal-​bieb ħdejn il-​loġġa tal-​bieb lejn in-​naħa taʼ ġewwa kienet qasba.  U beda jkejjel il-​loġġa tal-​bieb lejn in-​naħa taʼ ġewwa, u l-​qjies tagħha kien qasba.+  U kejjel il-​loġġa tal-​bieb, tmien kubiti; u l-​pilastri tagħha tal-​ġenb, żewġ kubiti; u l-​loġġa tal-​bieb kienet lejn in-​naħa taʼ ġewwa. 10  U l-​kmamar taʼ l-​għassa tal-​bieb li jħares lejn il-​lvant kienu tlieta fuq naħa u tlieta fuq in-​naħa l-​oħra. It-​tlieta li huma kienu ndaqs, u l-​pilastri tal-​ġenb kienu ndaqs, fuq naħa u fuq in-​naħa l-​oħra. 11  Imbagħad kejjel il-​wisaʼ tad-​daħla tal-​bieb, għaxar kubiti; il-​wisaʼ tal-​bieb kienet tlettax-il kubitu. 12  U l-​ispazju magħluq b’ċint quddiem il-​kmamar taʼ l-​għassa kien kubitu, u kien hemm spazju magħluq b’ċint taʼ kubitu fuq iż-​żewġ naħat. U l-​kamra taʼ l-​għassa kienet sitt kubiti fuq naħa u sitt kubiti fuq in-​naħa l-​oħra. 13  U mar ikejjel il-​bieb mis-​saqaf taʼ kamra taʼ l-​għassa waħda sas-​saqaf taʼ l-​oħra, wisaʼ taʼ ħamsa u għoxrin kubitu;+ id-​daħla taʼ waħda kienet faċċata tad-​daħla taʼ l-​oħra. 14  Imbagħad stabbilixxa li l-​pilastri tal-​ġenb kienu sittin kubitu, kif ukoll il-​pilastri tal-​ġenb fil-​bibien dawramejt mal-​bitħa. 15  U min-​naħa taʼ quddiem tal-​bieb san-​naħa taʼ quddiem tal-​loġġa tad-​daħla taʼ ġewwa kien hemm ħamsin kubitu. 16  U l-​kmamar taʼ l-​għassa u l-​pilastri tagħhom tal-​ġenb kellhom twieqi b’fetħa li tidjieq+ u li jħarsu lejn in-​naħa taʼ ġewwa tal-​bieb mad-​dawra kollha, u hekk ukoll kellhom il-​loġoġ. U t-​twieqi kienu mad-​dawra kollha jħarsu ’l ġewwa, u mal-​pilastri tal-​ġenb kien hemm tinqix taʼ siġar tal-​palm.+ 17  U ħadni lejn il-​bitħa taʼ barra fejn kien hemm il-​kmamar taʼ l-​ikel,+ u mad-​dawra kollha tal-​bitħa kien hemm paviment. Kien hemm tletin kamra taʼ l-​ikel fuq il-​paviment.+ 18  U l-​paviment—il-​paviment taʼ taħt—maġenb il-​bibien kien twil eżatt daqs il-​bibien. 19  U hu kejjel il-​wisaʼ minn quddiem il-​bieb taʼ taħt san-​naħa taʼ quddiem tal-​bitħa taʼ ġewwa. Barra kien mitt kubitu, u l-​wisaʼ mill-​bieb tal-​lvant u mill-​bieb tat-​tramuntana kienet l-​istess. 20  U l-​bitħa taʼ barra kellha bieb li n-​naħa taʼ quddiem tiegħu kienet tħares lejn it-​tramuntana. U hu kejjillu t-​tul u l-​wisaʼ tiegħu. 21  U kellu tliet kmamar taʼ l-​għassa fuq naħa u tlieta fuq in-​naħa l-​oħra. U l-​qisien tal-​pilastri tal-​ġenb u l-​loġġa tiegħu kienu daqs taʼ l-​ewwel bieb. Kien twil ħamsin kubitu, u wiesaʼ ħamsa u għoxrin kubitu. 22  U t-​twieqi u l-​loġġa u t-​tinqix taʼ siġar tal-​palm+ tiegħu kienu daqs dawk tal-​bieb li n-​naħa taʼ quddiem tiegħu kienet tħares lejn il-​lvant. U n-​nies setgħu jitilgħu għalih b’sebaʼ tarġiet, u l-​loġġa tiegħu kienet quddiem it-​taraġ. 23  U l-​bieb tal-​bitħa taʼ ġewwa kien faċċata tal-​bieb lejn it-​tramuntana; hekk ukoll kien fil-​każ taʼ dak li kien iħares lejn il-​lvant. U minn bieb sa bieb kejjel mitt kubitu. 24  U ħadni lejn in-​nofsinhar fejn kien hemm bieb iħares lejn in-​nofsinhar,+ u kejjel il-​pilastri tal-​ġenb u l-​loġġa tiegħu u l-​qisien tagħhom kienu daqs tal-​bibien l-​oħrajn. 25  U l-​bieb u l-​loġġa tiegħu kellhom it-​twieqi mad-​dawra kollha, bħat-​twieqi l-​oħrajn. Kien twil ħamsin kubitu, u wiesaʼ ħamsa u għoxrin kubitu. 26  U kien hemm sebaʼ tarġiet biex titlaʼ għalih,+ u l-​loġġa tiegħu kienet quddiem it-​taraġ. U kien hemm tinqix taʼ siġar tal-​palm, fuq naħa u fuq in-​naħa l-​oħra mal-​pilastri tal-​ġenb. 27  U l-​bitħa taʼ ġewwa kellha bieb iħares lejn in-​nofsinhar. U mill-​bieb sal-​bieb l-​ieħor lejn in-​nofsinhar hu kejjel mitt kubitu. 28  U ħadni fil-​bitħa taʼ ġewwa mill-​bieb tan-​nofsinhar. U kejjel il-​bieb tan-​nofsinhar u l-​qisien tiegħu kienu daqs taʼ l-​oħrajn. 29  U l-​qisien tal-​kmamar taʼ l-​għassa u l-​pilastri tal-​ġenb u l-​loġġa tiegħu kienu daqs tal-​bibien l-​oħrajn. U l-​bieb u l-​loġġa tiegħu kellhom it-​twieqi mad-​dawra kollha. Kien twil ħamsin kubitu, u wiesaʼ ħamsa u għoxrin kubitu.+ 30  U kien hemm loġoġ dawramejt; it-​tul kien ħamsa u għoxrin kubitu, u l-​wisaʼ ħames kubiti. 31  U l-​loġġa tiegħu kienet tħares lejn il-​bitħa taʼ barra, u mal-​pilastri tal-​ġenb kien hemm tinqix taʼ siġar tal-​palm,+ u kien hemm tmien tarġiet+ biex titlaʼ għalih. 32  U ħadni fil-​bitħa taʼ ġewwa min-​naħa tal-​lvant, u kejjel il-​bieb u kien daqs l-​oħrajn. 33  U l-​qisien tal-​kmamar taʼ l-​għassa u l-​pilastri tal-​ġenb u l-​loġġa tiegħu kienu daqs taʼ l-​oħrajn, u l-​bieb u l-​loġġa tiegħu kellhom it-​twieqi mad-​dawra kollha. It-​tul kien ħamsin kubitu, u l-​wisaʼ ħamsa u għoxrin kubitu. 34  U l-​loġġa tiegħu kienet tħares lejn il-​bitħa taʼ barra, u mal-​pilastri tal-​ġenb kien hemm tinqix taʼ siġar tal-​palm fuq naħa u fuq in-​naħa l-​oħra. U kien hemm tmien tarġiet biex titlaʼ għalih. 35  U ħadni fil-​bieb tat-​tramuntana,+ u beda jkejjel, u kien daqs l-​oħrajn,+ 36  bil-kmamar taʼ l-​għassa tiegħu, il-​pilastri tiegħu tal-​ġenb u l-​loġġa tiegħu. U kellu t-​twieqi mad-​dawra kollha. It-​tul kien ħamsin kubitu, u l-​wisaʼ ħamsa u għoxrin kubitu. 37  U l-​pilastri tiegħu tal-​ġenb kienu jħarsu lejn il-​bitħa taʼ barra, u kien hemm tinqix taʼ siġar tal-​palm mal-​pilastri tiegħu tal-​ġenb fuq naħa u fuq in-​naħa l-​oħra.+ U kien hemm tmien tarġiet biex titlaʼ għalih. 38  U ħdejn il-​pilastri tal-​ġenb tal-​bibien kien hemm kamra taʼ l-​ikel bid-​daħla tagħha. Hemmhekk kienu jlaħalħu l-​offerta sħiħa tal-​ħruq.+ 39  U fil-​loġġa tal-​bieb kien hemm żewġ imwejjed fuq naħa u żewġ imwejjed fuq in-​naħa l-​oħra, biex fuqhom joqtlu l-​offerta sħiħa tal-​ħruq+ u l-​offerta għad-​dnub+ u l-​offerta għall-​ħtija.+ 40  Fuq barra, int u tielaʼ lejn id-​daħla tal-​bieb tat-​tramuntana, kien hemm żewġ imwejjed. U fuq in-​naħa l-​oħra tal-​loġġa tal-​bieb kien hemm żewġ imwejjed. 41  Kien hemm erbaʼ mwejjed lil hawn u erbaʼ mwejjed lil hemm ħdejn il-​bieb—tmien imwejjed, li fuqhom kienet issir il-​qatla. 42  U l-​erbaʼ mwejjed għall-​offerta sħiħa tal-​ħruq kienu tal-​ġebel minġur. It-​tul kien kubitu u nofs, u l-​wisaʼ kubitu u nofs, u l-​għoli kubitu. Fuqhom kienu jqiegħdu wkoll l-​għodod li bihom kienu joqtlu l-​offerta sħiħa tal-​ħruq u s-​sagrifiċċju. 43  U l-​ixkafef biex iħallu l-​affarijiet fuqhom kienu wisaʼ taʼ id, imwaħħlin sew fuq ġewwa, dawramejt; u fuq l-​imwejjed kienu jqiegħdu l-​laħam taʼ l-​offerta li ssir bħala għotja.+ 44  U fuq in-​naħa taʼ barra tal-​bieb taʼ ġewwa kien hemm il-​kmamar taʼ l-​ikel taʼ l-​għannejja,+ fil-​bitħa taʼ ġewwa, maġenb il-​bieb tat-​tramuntana. U n-​naħa taʼ quddiem tagħhom kienet tħares lejn in-​nofsinhar. Kien hemm ukoll kamra taʼ l-​ikel maġenb il-​bieb tal-​lvant li n-​naħa taʼ quddiem tagħha kienet tħares lejn it-​tramuntana. 45  U kellimni u qalli: “Din, il-​kamra taʼ l-​ikel li n-​naħa taʼ quddiem tagħha tħares lejn in-​nofsinhar, hi għall-​qassisin li jieħdu ħsieb l-​obbligu tad-​dar.+ 46  U l-​kamra taʼ l-​ikel li n-​naħa taʼ quddiem tagħha tħares lejn it-​tramuntana hi għall-​qassisin li jieħdu ħsieb l-​obbligu taʼ l-​artal.+ Dawn huma wlied Sadok,+ minn ulied Levi, li jersqu lejn Ġeħova biex jaqduh.”+ 47  U kejjel il-​bitħa taʼ ġewwa. It-​tul kien mitt kubitu, u l-​wisaʼ mitt kubitu, u b’hekk kienet kwadra. U l-​artal kien quddiem id-​dar. 48  U ħadni fil-​loġġa tad-​dar,+ u beda jkejjel il-​pilastru tal-​ġenb tal-​loġġa, ħames kubiti fuq naħa u ħames kubiti fuq in-​naħa l-​oħra. U l-​wisaʼ tal-​bieb kienet tliet kubiti fuq naħa u tliet kubiti fuq in-​naħa l-​oħra. 49  Il-loġġa kienet twila għoxrin kubitu, u wiesgħa ħdax-il kubitu. U kienu jitilgħu għaliha bit-​taraġ. U kien hemm il-​kolonni ħdejn il-​pilastri tal-​ġenb, waħda naħa u waħda n-​naħa l-​oħra.+

Noti taʼ taħt

Kubitu taʼ 44.5 ċentimetru u wisaʼ taʼ id taʼ 7.4 ċentimetri kienu jammontaw għal madwar 51.8 ċentimetru u kienu jirrappreżentaw il-​kubitu t-​twil. Għalhekk, “qasba tal-​kejl twila sitt kubiti” kienet 3.11 metri.