Eżekjel 4:1-17

4  “U int, O bin il-​bniedem, ħu maduma,* u qegħedha quddiemek u naqqax fuqha belt, iva, lil Ġerusalemm.+  U dawwarha b’assedju+ u ibnilha ħajt taʼ l-​assedju+ u ibni magħha rampa għall-​assedju+ u waqqaf kampijiet kontriha u qiegħed magni li jġarrfu l-​ħitan dawramejt magħha.+  U ħu pjanċa tal-​ħadid, u qegħedha bħala ħajt tal-​ħadid bejnek u bejn il-​belt, u ċċassa lejha, u din tkun f’assedju, u int tassedjaha. Dan hu sinjal għal dar Israel.+  “U mtedd fuq ġenbek tax-​xellug, u qiegħed fuqu l-​iżball taʼ dar Israel.+ Int iġġorr l-​iżball tagħhom skond l-​għadd tal-​jiem li ddum mimdud fuqu.  U jien stess nagħtik is-​snin taʼ l-​iżball tagħhom,+ skond l-​għadd tal-​jiem, tliet mija u disgħin jum,+ u int iġġorr l-​iżball taʼ dar Israel.  U trid ittemmhom kollha. “U trid terġaʼ timtedd, għat-​tieni darba, fuq ġenbek tal-​lemin u ġġorr l-​iżball taʼ dar Ġuda erbgħin jum.+ Jum għal sena, jum għal sena, tajtek.+  U ċċassa lejn l-​assedju taʼ Ġerusalemm,+ bi driegħek mikxuf, u pprofetizza kontriha.  “U, ara! Se nqiegħed ħbula+ fuqek sabiex ma ddurx minn ġenb għal ieħor, sakemm tkun temmejt il-​jiem kollha taʼ l-​assedju tiegħek.  “U ħu qamħ+ u xgħir u ful+ u għads+ u millieġ u spelta,*+ u qegħedhom f’borma waħda u agħmilhom ħobż għalik, tul il-​jiem li se tkun mimdud fuq ġenbek; tliet mija u disgħin jum iddum tiekol minnu.+ 10  U l-​ikel tiegħek tieklu bl-​użin—għoxrin xekel kuljum.+ U tiekol minnu minn ħin għal ieħor. 11  “U tixrob ilma biss bil-​qjies, parti minn sitta taʼ ħinn. U tixrob minn ħin għal ieħor. 12  “U tieklu bħala ftira tax-​xgħir;+ u taħmiha quddiem għajnejhom fuq biċċiet nexfin tal-​ħmieġ+ tal-​bniedem.” 13  U Ġeħova kompla jgħid: “Hekk se jieklu ħobżhom mhux nadif+ ulied Israel fost il-​ġnus fejn se nxerridhom.”+ 14  U jien għedt: “Jaħasra, O Mulej Sovran Ġeħova! Ara! Ruħi m’hijiex imniġġsa;+ lanqas ma kilt xi ġisem li kien diġà mejjet jew xi annimal maħtuf minn mindu kont żgħir s’issa,+ u f’ħalqi ma daħal l-​ebda laħam imniġġes.”+ 15  Għaldaqstant qalli: “Ara, tajtek demel tal-​baqar minflok biċċiet nexfin taʼ ħmieġ tal-​bniedem, u aħmi ħobżok fuqu.” 16  U kompla jgħidli: “Bin il-​bniedem, ara, f’Ġerusalemm qed inkisser il-​bsaten li jdendlu l-​ftajjar magħhom,+ u huma jkollhom jieklu l-​ħobż bl-​użin u bl-​ansjetà,+ u se jixorbu l-​ilma bil-​qjies u bit-​twerwir,+ 17  sabiex b’hekk jonqoshom il-​ħobż u l-​ilma u jħarsu mbellhin lejn xulxin u jitmermru fl-​iżball tagħhom.+

Noti taʼ taħt

Dan ġeneralment jirreferi għal briks magħmulin minn tiben u tajn jew tafal.
Ara Eżo 9:32, in-​nota taʼ taħt.